Brussell, 17.12.2024

COM(2024) 573 final

ANNESS

ta'

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, dwar emenda tal-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

(MiCA)


ANNESS

ABBOZZ TA’ DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru […]

ta’ […]

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 1 , kif ikkoreġut mill-ĠU L, 2024/90275, 2.5.2024, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)Meta jiddefinixxu liema pajjiżi għandhom ikunu fuq il-lista ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, l-Istati tal-EFTA għandhom iqisu bis-sħiħ il-lista tal-UE ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa.

(3)Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 31q (ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:

“31r. 32023 R 1114: Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40), kif ikkoreġut mill-ĠU L, 2024/90275, 2.5.2024.

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta’ dan il-Ftehim, u sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f’dan il-Ftehim, it-termini Stat Membru/(i) u awtoritajiet kompetenti għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament.

(b)Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan il-Ftehim, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-ESMA), l-Awtorità Bankarja Ewropea (l-EBA), il-Bank Ċentrali Ewropew (il-BĊE) u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkooperaw, jiskambjaw informazzjoni u jikkonsultaw lil xulxin għall-finijiet tar-Regolament, b’mod partikolari qabel ma jieħdu kwalunkwe azzjoni.

(c)Ir-referenzi għas-setgħat tal-EBA skont l-Artikoli 9 (5) u 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dan ir-Regolament għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu, fil-każijiet previsti fil-punt 31g ta’ dan l-Anness u f’konformità miegħu, għas-setgħat tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istati tal-EFTA.

(d)Ir-referenzi għas-setgħat tal-ESMA skont l-Artikoli 9 (5), 17 u 19 tar-Regolament Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dan ir-Regolament għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu, fil-każijiet previsti fil-punt 31i ta’ dan l-Anness u f’konformità miegħu, għas-setgħat tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istati tal-EFTA.

(e)Il-BĊE għandu jassisti lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fit-twettiq tal-kompiti tagħha li toħroġ opinjonijiet skont l-Artikoli 17 (5),, 20 (5), 24 (2), 24 (3) u 25 (3) u tipprovdi stimi skont l-Artikolu 22(5) ta’ dan ir-Regolament. Il-BĊE u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jimmiraw li jaqblu dwar pożizzjoni komuni dwar il-kontenut tal-opinjoni.

Jekk ma tkunx tista’ tintlaħaq pożizzjoni komuni u l-BĊE ma jaqbilx mal-opinjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jew mal-informazzjoni dwar l-estimi, huwa jista’ jissottometti opinjoni kuntrarja lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. F’każ bħal dan, il-President tal-BĊE jew il-Kulleġġ tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jista’ jitlob lill-Partijiet Kontraenti biex jirreferu l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li għandu jittrattaha f'konformità mal-Artikolu 111 tal-Ftehim ŻEE li għandu japplika mutatis mutandis. Minkejja dak kollu li hemm f'dan il-paragrafu, Parti Kontraenti tista’ f'kull ħin tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fuq inizjattiva tagħha stess f'konformità mal-Artikoli 5 jew 111 ta’ dan il-Ftehim.

(f)Minkejja l-adattamenti (k), (l), (n), (p) u (q), il-BĊE għandu joħroġ opinjonijiet skont l-Artikoli 17(5), 20(5), 24(2), 24(3) u 25(3) u jipprovdi stimi skont l-Artikolu 22(5) lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati taż-ŻEE-EFTA fejn it-token irreferenzjat ma’ assi jirreferi għall-Euro. F’każijiet bħal dawn, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma għandhiex toħroġ opinjoni.

(g)Deċiżjonijiet, deċiżjonijiet interim, talbiet, revoki ta’ deċiżjonijiet u miżuri oħra tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikoli 43(2), 44(3), 56(1), 57(3), 103(1), 104(1), 117, 122(1), 123(3), 124(5), 125, 130(1), 131(1), 132(1), u 137(1) għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jiġu adottati abbażi ta’ abbozzi mħejjija mill-EBA jew mill-ESMA, skont il-każ, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.

(h)Meta r-Regolament jirreferi għall-banek ċentrali nazzjonali, għandu, fir-rigward tal-Liechtenstein, jirreferi għall-Ministeru tal-Finanzi fil-Liechtenstein.

(i)Fl-Artikoli 6, 19, 51, 67, 98, 109 u 128, il-kliem “liġi tal-Unjoni jew nazzjonali” għandu jiġi sostitwit b’ “dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE jew tal-liġi nazzjonali”.

(j)Fl-Artikoli 14(1) u 34(6) u fil-punt 33 tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament, il-kliem “l-istandards xierqa tal-Unjoni” għandhom jiġu sostitwiti bi “l-istandards xierqa skont il-Ftehim ŻEE”.

(k)Fl-Artikolu 17(5):

(i)fl-ewwel subparagrafu, il-kliem “u, fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “BĊE”;

(ii)fit-tieni u t-tielet subparagrafi, il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “BĊE”.

(l)Fl-Artikolu 20:

(i)fil-punt 4, il-kliem “u, fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “BĊE”;

(ii)fil-punt 5, il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara “BĊE”.

(m)Fl-Artikolu 21(4), il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘BĊE’.

(n)Fl-Artikolu 22(5), il-kliem “jew, fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “BĊE”.

(o)Fl-Artikolu 23(2), il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘BĊE’.

(p)Fl-Artikoli 24(2) u (3), il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘BĊE’.

(q)Fl-Artikolu 25:

(i)fl-ewwel subparagrafu tal-punt 3, il-kliem “jew, fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “BĊE”;

(ii)fit-tieni subparagrafu tal-punt 3 u fil-paragrafu 4, il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “BĊE”

(r)Fl-Artikolu 43(2), (6) u (7) il-kliem “jew, fir-rigward ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi maħruġa minn emittent stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “EBA”.

(s)Fl-Artikolu 43(4), il-kliem “u, fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “BĊE”.

(t)Fl-Artikolu 43(5), għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, meta l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tikkonkludi li token irreferenzjat ma’ assi jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 f’konformità mal-punt 2, l-EBA għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni sabiex tikklassifika t-token irreferenzjat ma’ assi bħala token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti u tinnotifika dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-emittent ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi, lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-EFTA domiċiljari tal-emittent, lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, lill-BĊE u fil-każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt 4, lill-bank ċentrali tal-Istat taż-ŻEE kkonċernat.

L-emittenti ta’ tali tokens irreferenzjati ma’ assi, l-awtoritajiet kompetenti, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, il-BĊE u, fejn applikabbli, il-bank ċentrali tal-Istat taż-ŻEE kkonċernat għandu jkollhom 20 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika tal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-EBA sabiex jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub. L-EBA għandha tikkunsidra kif xieraq dawk l-osservazzjonijiet qabel ma tħejji abbozz fid-dawl ta’ deċiżjoni min-naħa tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont il-punt 6.”.

(u)Fl-Artikolu 43(8):

(i)fl-ewwel subparagrafu, il-kliem “jew, fir-rigward ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti maħruġa minn emittent stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “EBA”;

(ii)is-subparagrafi segwenti għandhom jiżdiedu:

“Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, meta l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tikkonkludi li ċerti tokens irreferenzjati ma’ assi ma għadhomx jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-punt 1 f’konformità mal-punt 2, l-EBA għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni sabiex ma tibqax tikklassifika t-tokens irreferenzjati ma’ assi bħala sinifikanti u tinnotifika dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-emittent ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi, lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-EFTA domiċiljari tal-emittent, lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, lill-BĊE u fil-każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt 4, lill-bank ċentrali tal-Istat taż-ŻEE kkonċernat.

L-emittenti ta’ tali tokens irreferenzjati ma’ assi, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, il-BĊE u, fejn applikabbli, il-bank ċentrali tal-Istat taż-ŻEE kkonċernat għandu jkollhom 20 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika tal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-EBA sabiex jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub. L-EBA għandha tikkunsidra kif xieraq dawk l-osservazzjonijiet qabel ma tħejji abbozz ta’ deċiżjoni għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont il-punt 9.”.

(v)Fl-Artikolu 43(9) u (10), il-kliem “jew, fir-rigward ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti maħruġa minn emittent stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kliem “EBA”.

(w)Fl-Artikolu 44(1), il-kliem “u, fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “BĊE”.

(x)F'Artikolu 44(2) għandhom jiddaħħlu s-sotto-paragrafi li ġejjin:

“Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-EBA għandha, fi żmien 20 jum tax-xogħol min-notifika msemmija fil-punt 1 ta’ dan l-Artikolu, tħejji abbozz ta’ deċiżjoni li jkun fih l-opinjoni tagħha bbażata fuq il-programm tal-operazzjonijiet dwar jekk it-token irreferenzjat ma’ assi jissodisfax jew huwiex probabbli li jissodisfa mill-inqas tlieta mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 43(1) u tinnotifika dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-emittent ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi, lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-EFTA domiċiljari tal-emittent, lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u lill-bank ċentrali tal-Istat tal-EFTA fejn ikun stabbilit l-emittent li japplika, u fil-każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(4), lill-BĊE jew lill-bank ċentrali tal-Istat taż-ŻEE kkonċernat.

L-awtoritajiet kompetenti tal-emittenti ta’ tali tokens irreferenzjati ma’ assi, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, il-BĊE u, fejn applikabbli, il-bank ċentrali tal-Istat taż-ŻEE kkonċernat għandu jkollhom 20 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika ta’ dak l-abbozz ta’ deċiżjoni sabiex jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub. L-EBA għandha tikkunsidra kif xieraq dawk l-osservazzjonijiet qabel ma tħejji abbozz ta’ deċiżjoni għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont il-punt 3.”.

(y)Fl-Artikolu 44(3), il-kliem “jew, fir-rigward ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi maħruġa minn emittent stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “EBA”.

(z)Fl-Artikolu 44(4), il-kliem “jew, fir-rigward ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti maħruġa minn emittent stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “EBA”.

(za)Fl-Artikolu 45(4), il-kliem “jew, fir-rigward ta’ emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti stabbiliti fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “EBA”.

(zb)Fl-Artikoli 56(1), (5) u (6) il-kliem “jew, fir-rigward ta’ tokens tal-flus elettroniċi maħruġa minn emittent stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “EBA”.

(zc)Fl-Artikolu 56(3), il-kliem “u, fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “BĊE”.

(zd)Fl-Artikolu 56(4), għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, meta l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tikkonkludi li token tal-flus elettroniċi jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 43(1) f’konformità mal-punt 1 ta’ dan l-Artikolu, l-EBA għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni sabiex tikklassifika t-token tal-flus elettroniċi bħala token tal-flus elettroniċi sinifikanti u tinnotifika dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-emittent tat-token tal-flus elettroniċi, lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-EFTA domiċiljari tal-emittent, lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, lill-BĊE u, fil-każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt 3, lill-bank ċentrali tal-Istat taż-ŻEE kkonċernat.

L-emittenti ta’ tali tokens tal-flus elettroniċi, l-awtoritajiet kompetenti, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, il-BĊE u, fejn applikabbli, il-bank ċentrali tal-Istat taż-ŻEE kkonċernat għandu jkollhom 20 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika ta’ dak l-abbozz ta’ deċiżjoni sabiex jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub. L-EBA għandha tikkunsidra kif xieraq dawk l-osservazzjonijiet qabel ma tħejji abbozz fid-dawl ta’ deċiżjoni min-naħa tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont il-punt 5.”.

(ze)Fl-Artikolu 56(7), il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “EBA”.

(zf)Fl-Artikolu 56(8):

(i)fl-ewwel subparagrafu, il-kliem “jew, fir-rigward ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti maħruġa minn emittent stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “EBA”;

(ii)is-subparagrafi segwenti għandhom jiżdiedu:

“Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, meta l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tikkonkludi li ċerti tokens tal-flus elettroniċi ma jibqgħux jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 43(1), f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-EBA għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni biex ma tibqax tikklassifika t-token tal-flus elettroniċi bħala sinifikanti u tinnotifika dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-emittent ta’ dawk it-tokens tal-flus elettroniċi, lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-EFTA domiċiljari tal-emittent, lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, lill-BĊE u, fil-każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt 3, lill-BĊE jew lill-bank ċentrali tal-Istat taż-ŻEE kkonċernat.

L-emittenti ta’ tali tokens tal-flus elettroniċi, l-awtoritajiet kompetenti, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, il-BĊE u l-bank ċentrali tal-Istat taż-ŻEE kkonċernat għandu jkollhom 20 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika tal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-EBA sabiex jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub. L-EBA għandha tikkunsidra kif xieraq dawk l-osservazzjonijiet qabel ma tħejji abbozz fid-dawl ta’ deċiżjoni min-naħa tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont il-punt 9.”.

(zg)Fl-Artikolu 56(9) u (10), il-kliem “jew, fir-rigward ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti maħruġa minn emittent stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “EBA”.

(zh)Fl-Artikolu 57:

(i)fil-punt 1, il-kliem “u, fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “BĊE”;

(ii)is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 2:

“Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-EBA għandha, fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika msemmija fil-punt 1 ta’ dan l-Artikolu, tħejji abbozz ta’ deċiżjoni li jkun fih l-opinjoni tagħha bbażata fuq il-programm tal-operazzjonijiet tal-emittent dwar jekk it-token tal-flus elettroniċi jissodisfax jew huwiex probabbli li jissodisfa mill-inqas tlieta mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 43(1) u tinnotifika dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-emittent ta’ dak it-token tal-flus elettroniċi, lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-EFTA domiċiljari tal-emittent, lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, lill-BĊE u fil-każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 56(3), lill-bank ċentrali tal-Istat taż-ŻEE kkonċernat.

L-awtoritajiet kompetenti tal-emittenti ta’ tali tokens tal-flus elettroniċi, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, il-BĊE u, fejn applikabbli, il-bank ċentrali tal-Istat taż-ŻEE kkonċernat għandu jkollhom 20 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika ta’ dak l-abbozz ta’ deċiżjoni sabiex jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub. L-EBA għandha tikkunsidra kif xieraq dawk l-osservazzjonijiet qabel ma tħejji abbozz fid-dawl ta’ deċiżjoni min-naħa tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont il-punt 3.”.

(iii)fil-punt 3, il-kliem “jew, fir-rigward ta’ token tal-flus elettroniċi maħruġ minn emittent stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “EBA”.

(iv)fil-punt 4, il-kliem “jew, tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “tal-EBA”.

(v) fil-punt 4, il-kliem “jew, fir-rigward ta’ emittenti ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kliem “lill-EBA”.

(vi)fil-punt 5, il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “EBA".

(zi)Fl-Artikolu 59(2), it-tieni sentenza għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Huma għandu jkollhom il-post ta’ ġestjoni effettiva tagħhom fiż-ŻEE u mill-inqas wieħed mid-diretturi għandu jkun residenti fiż-ŻEE jew fl-Iżvizzera.”.

(zj)Fl-Artikolu 73(1), il-kliem “l-istandards dwar il-protezzjoni tad-data tal-Unjoni” għandhom jiġu sostitwiti bi “standards tal-protezzjoni tad-data skont il-Ftehim ŻEE”.

(zk)Fl-Artikolu 95:

(i)fil-punt 1, il-kliem “u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “ESMA”;

(ii)fil-punt 4, il-kliem “u, fejn tkun involuta awtorità kompetenti ta’ Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA,” għandu jiddaħħal wara l-kliem “l-EBA u l-ESMA”;

(iii)fil-punt 5, il-kliem “jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, fir-rigward ta’ spezzjoni jew investigazzjoni fi Stat tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kliem “ESMA” u “EBA”.

(zl)Fl-Artikolu 100, il-kliem “atti leġiżlattivi tal-Unjoni jew nazzjonali” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE jew atti leġiżlattivi nazzjonali”.

(zm)Fl-Artikoli 103, 104 u 105, il-kliem ‘il-liġi tal-Unjoni’ għandu jiġi sostitwit bil-kliem “il-Ftehim ŻEE”.

(zn)Fl-Artikoli 103(1) sa (7), il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kliem “l-ESMA”.

(zo)Fl-Artikoli 104 (1) sa (7), il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “EBA”.

(zp)Fl-Artikolu 110:

(i)fil-punt 4, il-kliem “jew, skont il-każ, mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kliem “fuq inizjattiva proprja”;

(ii)fil-punt 5, il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “l-ESMA”.

(zq)Fl-Artikolu 111:

(i)fil-punt 1, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “sat-30 ta’ Ġunju 2024” għandu jinqara “sat-30 ta’ Ġunju 2025”;

(ii)fil-punt 3, il-kliem “liġi tal-Unjoni” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE”.

(zr)Fl-Artikolu 117:

(i)fl-ewwel subparagrafu tal-punt 1, il-kliem “jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, fir-rigward ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti maħruġa minn emittent stabbilit fi Stat tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “EBA”;

(ii)fit-tieni subparagrafu tal-punt 1 u fil-paragrafi 3, 4 u 5, il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “EBA”.

(zs)Fl-Artikolu 119(2):

(i)għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

“(n) l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.”;

(ii)is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

“Il-parteċipazzjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fil-kulleġġi għandha, f’każijiet li jikkonċernaw emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti stabbiliti barra mill-Istati tal-EFTA, tkun fuq bażi volontarja.”.

(zt)Fl-Artikolu 120, il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “l-EBA”.

(zu)Fl-Artikolu 121, il-kliem “jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “EBA”.

(zv)Fl-Artikolu 122:

(i)il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kliem “l-EBA”;

(ii)fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-punt (g) tal-punt 3 għandu jinqara kif ġej:

“tindika d-dritt li d-deċiżjoni tiġi eżaminata mill-Qorti tal-EFTA skont l-Artikolu 36 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja.”.

(zw)Fl-Artikolu 123:

(i)fil-punt 1, il-kliem “jew, fil-każ ta’ emittent soġġett għal investigazzjoni stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “l-EBA”;

(ii)fil-punt 1, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Uffiċjali tal-EBA u persuni oħrajn awtorizzati minnha għandhom ikunu intitolati li jassistu lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha skont dan l-Artikolu u għandhom id-dritt li jipparteċipaw f’investigazzjonijiet fuq talba tal-EBA.”;

(iii)fil-punti 2, 3, 4, 5, 6 u fl-ewwel sentenza tal-punt 7, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kelma “l-EBA” għandha tinqara “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”;

(iv)it-tieni sentenza tal-punt 3, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, għandha tinqara kif ġej:

“Id-Deċiżjoni tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, il-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 132 u d-dritt li d-deċiżjoni tkun eżaminata mill-Qorti tal-EFTA f'konformità mal-Artikolu 36 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja.”;

(v)fit-tieni sentenza tal-punt 7, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “il-fajl tal-EBA” għandu jsir “il-fajl tal-EBA u tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”;

(vi)it-tielet sentenza tal-punt 7, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, għandha tinqara kif ġej:

“Il-legalità tad-deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tkun soġġetta għal rieżami biss mill-Qorti tal-EFTA f'konformità mal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja.”.

(zx)Fl-Artikolu 124:

(i)fil-punt 1, il-kliem “jew, fil-każ ta’ emittenti stabbiliti fl-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “l-EBA”;

(ii)fil-punt 1, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha mingħajr dewmien bla bżonn tibgħat l-informazzjoni li tirċievi skont dan l-Artikolu lill-ESMA.”;

(iii)fil-punti 2 sa 10 u fl-ewwel sentenza tal-punt 11, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “EBA” għandu jsir “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”;

(iv)fil-punt 2, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-uffiċjali tal-EBA u persuni oħrajn awtorizzati minnha għandhom ikunu intitolati jassistu lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fit-twettiq ta’ dmirijietha skont dan l-Artikolu u jkollhom id-dritt li jipparteċipaw fi spezzjonijiet fuq il-post fuq talba tal-EBA.”;

(v) it-tieni sentenza tal-punt 5, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, għandha tinqara kif ġej:

“Id-Deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni, tispeċifika d-data li fiha għandha tibda u tindika l-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 132 kif ukoll id-dritt li d-deċiżjoni tiġi rieżaminata mill-Qorti tal-EFTA f’konformità mal-Artikolu 36 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja.”;

(vi)fit-tieni sentenza tal-punt 11, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “il-fajl tal-EBA” għandu jinqara “il-fajl tal-EBA u tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”;

(vii)it-tielet sentenza tal-punt 11 għandha, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, tinqara kif ġej:

“Il-legalità tad-deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tkun soġġetta għal rieżami biss mill-Qorti tal-EFTA f'konformità mal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja.”.

(zy)Fl-Artikolu 125:

(i)il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “tal-EBA”;

(ii)il-kliem “u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “l-EBA”.

(zz)Fl-Artikolu 128, il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “l-EBA”.

(zza)Fl-Artikolu 129:

(i)il-kliem “, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-ewwel użu tal-kelma “EBA”;

(ii)il-kliem “, għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara t-tieni użu tal-kelma “EBA”;

(iii)il-kliem “jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara t-tielet u r-raba’ użu tal-kelma “EBA”.

(zzb)Fl-Artikolu 130:

(i)fil-punt 1, il-kliem “jew fil-każ ta’ emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “EBA”;

(ii)fil-punt 2, il-kliem “jew fil-każ ta’ emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “EBA”;

(iii)il-punt 3, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kelma “l-EBA” għandha tinqara “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”;

(iv)fil-paragrafi 4 u 5, il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “EBA”;

(v)fil-punt 6, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tinnotifika kwalunkwe miżura meħuda skont il-paragrafi 1 u 2 lill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew lill-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti stabbilit fi Stat tal-EFTA responsabbli għall-ksur mingħajr dewmien żejjed u għandha tikkomunika dik il-miżura lill-awtoritajiet kompetenti, lill-EBA kif ukoll lill-Kummissjoni. L-EBA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiddivulgaw pubblikament kwalunkwe deċiżjoni bħal din fuq is-sit web tagħhom fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data tal-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni, sakemm tali divulgazzjoni ma tipperikolax serjament l-istabbiltà finanzjarja jew tikkawża dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti. Tali divulgazzjoni ma għandux ikun fih data personali.”;

(vi)fil-punt 7, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Id-divulgazzjoni mill-EBA u mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA lill-pubbliku tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA msemmija fil-punt 6, għandha tinkludi d-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

(a)dikjarazzjoni li tafferma d-dritt tal-persuna responsabbli għall-ksur li d-deċiżjoni tiġi rieżaminata mill-Qorti tal-EFTA;

(b) fejn rilevanti, dikjarazzjoni li tafferma li ġie ppreżentat rieżami u li tispeċifika li tali rieżami ma għandux effett sospensiv;

(c)dikjarazzjoni li tasserixxi li huwa possibbli li l-Qorti tal-EFTA tissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata f'konformità mal-Artikolu 40 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja.”.

(zzc)Fl-Artikolu 131:

(i)fil-punt 1, il-kliem “jew, fil-każ ta’ emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “EBA”;

(ii)fil-punt 2, il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-ewwel użu tal-kelma “EBA”;

(iii)fil-punt 2, il-kliem “u, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara t-tieni użu tal-kelma “EBA”.

(zzd)Fl-Artikolu 132:

(i)il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “EBA”;

(ii)il-kliem “jew, skont il-każ, id-deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kliem “deċiżjoni tal-EBA”.

(zze)Fl-Artikolu 133:

(i)fil-punt 1, il-kliem “u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “EBA”;

(ii)fil-punt 4, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA għandu jiddetermina l-allokazzjoni tal-ammonti tal-multi u tal-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali miġbura mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.”;

(iii)fil-punt 5, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Meta id-deċiżjoni li ma jiġux imposti multi jew ħlasijiet ta’ penali tittieħed mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, din għandha tinforma lill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-EFTA kkonċernat u għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.”.

(zzf)Fl-Artikolu 134:

(i)fil-punt 1, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Meta, fit-twettiq tar-responsabbiltajiet superviżorji tagħha skont l-Artikolu 117, ikun hemm raġunijiet ċari u dimostrabbli biex wieħed jissuspetta li kien hemm jew li se jkun hemm ksur kif elenkat fl-Anness V jew VI, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha taħtar uffiċjal indipendenti tal-investigazzjoni fi ħdan l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA biex jinvestiga l-kwistjoni wara konsultazzjonijiet mal-EBA. L-uffiċjal tal-investigazzjoni ma għandux ikun involut jew ikun ġie involut direttament jew indirettament fis-superviżjoni tal-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew tal-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti kkonċernati u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu indipendentement mill-Kulleġġ tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u mill-EBA.”;

(ii)fil-paragrafi 4, 5 u 7, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “EBA”;

(iii)fil-paragrafi 7 u 9, il-kliem “jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “tal-EBA”;

(iv)fil-punt 8, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, it-test wara l-kliem “l-Artikolu 135,”, għandu jinqara kif ġej:

“l-awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tiddeċiedi jekk twettaqx ksur kif elenkat fl-Anness V jew VI mill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew mill-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti soġġett għall-investigazzjoni u, f’każ bħal dan, għandha tieħu miżura superviżorja f’konformità mal-Artikolu 130 jew timponi multa f’konformità mal-Artikolu 131.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni u l-fajls kollha meħtieġa għat-twettiq tal-obbligi tagħha skont dan il-paragrafu.”;

(v)fil-punt 11, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kelma “l-EBA” għandha ssir “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”.

(zzg) Fl-Artikolu 135:

(i)fil-punt 1, għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Qabel ma tħejji kwalunkwe abbozz għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 130, 131 jew 132, l-EBA għandha tagħti lill-persuni soġġetti għal investigazzjoni l-opportunità li jinstemgħu wara s-sejbiet tagħha. L-EBA għandha tibbaża l-abbozzi tagħha biss fuq sejbiet li dwarhom il-persuni soġġetti għal tali investigazzjoni kellhom l-opportunità li jikkummentaw.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha skont l-Artikolu 130, 131 jew 132 biss fuq sejbiet li dwarhom il-persuni soġġetti għall-proċedimenti kellhom l-opportunità li jikkummentaw.”;

(ii)fil-punt 2, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“It-tieni u t-tielet subparagrafi tal-punt 1 ma għandhomx japplikaw jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti sabiex tiġi evitata ħsara sinifikanti u imminenti għall-istabbiltà finanzjarja jew għad-detenturi tal-kriptoassi, b’mod partikolari d-detenturi fil-livell tal-konsumatur. F’każ bħal dan, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ tadotta deċiżjoni interim, u l-persuni kkonċernati għandhom jingħataw l-opportunità li jinstemgħu malajr kemm jista’ jkun wara li tittieħed id-deċiżjoni.”;

(iii)fil-punt 3, il-kliem “il-fajl tal-EBA” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “il-fajl tal-EBA u tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”;

(iv)fil-punt 3, il-kliem “id-dokumenti preparatorji interni tal-EBA” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “id-dokumenti preparatorji interni tal-EBA u tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”.

(zzh)Fl-Artikolu 137(1), għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Fir-rigward tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u l-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti stabbiliti fi Stat tal-EFTA, għandhom jiġu imposti tariffi mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fuq l-istess bażi bħat-tariffi imposti fuq emittenti oħrajn ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-att delegat tal-Kummissjoni msemmi fil-paragrafu 3.

L-ammonti miġbura mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA f’konformità ma’ dan il-paragrafu għandhom jiġu mgħoddija lill-EBA mingħajr dewmien żejjed.”.

(zzi)Fl-Artikolu 138:

(i)il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “EBA”;

(ii)il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:

“5. Qabel ma jiddelegaw kompitu, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u l-EBA għandhom jikkonsultaw lil xulxin.’.

(zzj)Fl-Artikolu 149:

(i)fil-punt 1, il-kliem “jew f’data magħżula skont il-liġi nazzjonali mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru [nn/ssss] ta’ [xahar/sena] (Din id-deċiżjoni)” għandu jiddaħħal wara l-kelma “Unjoni”;

(ii)fil-punt 2, il-kliem “30 ta’ Diċembru 2024” għandu jinqara “id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru [nn/ssss] ta’ [xahar/sena] (Din id-deċiżjoni) jew data magħżula skont il-liġi nazzjonali mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru [nn/yyyy] ta’ [xahar/sena] (Din id-deċiżjoni)”;

(iii)il-paragrafi 3 u 4, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, ma għandhomx japplikaw.

(zzk)Fil-punt 76 tal-Anness V u fil-punt 35 tal-Anness VI l-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “EBA”.”

2.L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti 14 (id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 31g (ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 31i (ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“—32023 R 1114: Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023, (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40), kif ikkoreġut mill-ĠU L, 2024/90275, 2.5.2024.”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2023/1114, kif ikkoreġut mill-ĠU L, 2024/90275, 2.5.2024, bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-erbatax-il jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE 2*.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, .

   Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

   Il-President

   

   Is-Segretarji

   Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

   

(1)    ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40.
(2) *    [Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]