European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3975

21.6.2024

AVVIŻ

Gwida għall-Istati Membri dwar ir-Rekwiżiti ta’ Informazzjoni għall-Pjanijiet Fiskali-Strutturali fuq Terminu Medju u għar-Rapporti ta’ Progress Annwali

(C/2024/3975)

Ir-Regolament (UE) 2024/1263 dwar il-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi u dwar is-sorveljanza baġitarja multilaterali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 (minn hawn ’il quddiem, “ir-Regolament”) jistabbilixxi li, “sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni effettiva u monitoraġġ xieraq ta’ [dan] ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi gwida f’waqtha, wara li titlob opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri fil-pjanijiet fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju tagħhom u fir-rapporti ta’ progress annwali tagħhom. Jenħtieġ li dik il-gwida ssir pubblika.” Dan l-avviż fih din il-gwida. L-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF) ingħatat fis-7 ta’ Ġunju 2024 u l-Kummissjoni ħadet nota tagħha.

Din il-gwida hija maħsuba biex tgħin lill-Istati Membri fl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/1263. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss hija kompetenti sabiex tinterpreta b’mod awtorevoli d-dritt tal-Unjoni.

PARTI A

REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-PJANIJIET FISKALI-STRUTTURALI FUQ TERMINU MEDJU

1.   Introduzzjoni

Din il-gwida tikkonċerna d-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar il-kontenut tal-pjanijiet fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju (minn hawn ’il quddiem, “MTP”, “il-pjanijiet fuq terminu medju” jew sempliċiment “il-pjanijiet”). Din tipprovdi gwida lill-Istati Membri għat-tħejjija tal-pjanijiet tagħhom, b’mod partikolari dwar: kif għandhom jitħejjew il-pjanijiet b’mod li jiżgura l-impenn politiku u s-sjieda nazzjonali xierqa, filwaqt li jiġi limitat il-piż tar-rapportar; l-informazzjoni meħtieġa biex il-Kummissjoni tivvaluta jekk l-impenji fiskali jirrispettawx ir-rekwiżiti tar-Regolament; l-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata dwar l-impenji ta’ investiment u ta’ riforma li jirfdu estensjoni tal-perkorsi ta’ aġġustament fiskali; u l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża dwar ir-rispons tal-Istati Membri għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs, country-specific recommendations) (inkluż skont il-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku) u l-prijoritajiet komuni tal-UE.

Din il-gwida dwar ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-pjanijiet fuq terminu medju għandha tinqara flimkien mal-gwida dwar ir-rapporti ta’ progress annwali. Il-biċċa l-kbira tat-tabelli fil-pjanijiet fuq terminu medju u fir-rapporti ta’ progress annwali huma simili, filwaqt li jkopru għadd differenti ta’ snin, b’ċifri bi status differenti (eżitu, stima, previżjoni jew impenji ta’ politika) u jinkludu iktar jew inqas dettalji.

Fl-ispirtu tas-sjieda nazzjonali, din il-gwida ma tissuġġerix pjanijiet bi struttura mudell stretta. L-Istati Membri huma liberi li jiddeċiedu dwar id-deskrizzjoni preċiża u l-livell ta’ dettall tal-pjanijiet tagħhom — peress li jista’ jkollhom ħtiġijiet differenti għall-finijiet nazzjonali tagħhom — dment li l-pjanijiet ikun fihom l-informazzjoni meħtieġa mir-Regolament u diskussa f’dan l-avviż. Biex tassisti lill-Istati Membri fit-tħejjija tal-pjanijiet, din il-gwida tagħti ħarsa ġenerali lejn l-elementi li għandhom jiġu inklużi u li huma indispensabbli biex il-Kummissjoni tivvaluta kif xieraq il-konformità mar-Regolament, kif ukoll mudelli għat-tabelli li jinkludu l-informazzjoni meħtieġa. Il-pjanijiet għandhom fl-aħħar mill-aħħar jinkludu — b’mod ċar — l-informazzjoni li hija meħtieġa biex il-Kunsill u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jaċċertaw jekk il-pjanijiet jirrispettawx l-objettivi u r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament u japprovaw il-pjan permezz ta’ Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li l-implimentazzjoni tagħha se tiġi mmonitorjata (1).

L-element ċentrali fi pjan fuq terminu medju huwa l-impenn relatat mar-rata ta’ tkabbir tan-nefqa primarja netta ffinanzjata fil-livell nazzjonali (minn hawn ’il quddiem “nefqa netta”). “Nefqa netta” tfisser in-nefqa tal-gvern netta min-nefqa fuq l-imgħax, mill-miżuri ta’ dħul diskrezzjonali, min-nefqa fuq programmi tal-Unjoni ffinanzjati bis-sħiħ mid-dħul tal-fondi tal-Unjoni, min-nefqa nazzjonali fuq il-kofinanzjament ta’ programmi ffinanzjati mill-Unjoni, mill-elementi ċikliċi tan-nefqa fuq il-benefiċċji tal-qgħad, u minn miżuri ta’ darba u miżuri temporanji oħra (2). Fil-pjanijiet, l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom li jżommu n-nefqa netta f’termini nominali taħt ir-rati ta’ tkabbir annwali (u, konsegwentement, anke kumulattiv (3)) li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti għas-sostenibbiltà tad-dejn u jirrispettaw is-salvagwardji. Biex iwettaq dan l-impenn, gvern jista’ jagħżel bejn trażżin fl-infiq u/jew żidiet tad-dħul diskrezzjonali. Il-pjan fuq terminu medju għandu jiddiskuti l-istrateġija ekonomika u fiskali (miżuri ta’ dħul u/jew nefqa, investimenti, riformi strutturali, eċċ.) li beħsiebhom jimplimentaw biex jiżguraw it-twettiq tal-impenji tal-pjan. Tipikament, l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprovdu aktar dettall dwar din l-istrateġija għas-snin preċedenti tal-pjan (4). F’konformità mal-prattiki tal-Istati Membri, il-baġits annwali mbagħad jikkonfermaw jew jimmodifikaw, kif ukoll jikkwantifikaw, l-istrumenti ta’ politika preċiżi li se jiżguraw li l-impenn qed jiġi rrispettat.

Lista ta’ kontroll għall-elementi li għandhom jiġu koperti fil-pjanijiet

 

Bażi ġuridika fir-Regolament

Koperti fit-Taqsima:

Koperti fit-Tabella:

Perkors tan-nefqa netta pluriennali (inkluż ir-rispett tar-reżiljenza tad-defiċit u s-salvagwardji tas-sostenibbiltà tad-dejn), kif ukoll ...

Artikoli 7; 8; 13(a)

Taqsimiet 2.2; 2,4

Tabella MTP 1a;

Tabella MTP 4

... is-suppożizzjonijiet makroekonomiċi sottostanti u ...

Artikolu 13(a)

Taqsimiet 2.2; 2.3

Tabella MTP 1b; Tabella MTP 2

... il-miżuri fiskali-strutturali ppjanati.

Artikolu 13(a)

Taqsima 2.6

Tabella MTP 8

It-trajettorja referenzjarja jew l-informazzjoni teknika li tintbagħat mill-Kummissjoni.

Artikolu 13(b)

Taqsima 2.9

 

Meta l-pjan fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju jinkludi perkors tan-nefqa netta ogħla milli fit-trajettorja referenzjarja maħruġa mill-Kummissjoni, argumenti ekonomiċi sodi u mmexxija mid-data li jispjegaw id-differenza.

Artikolu 13(b)

Taqsima 2.9

 

Investimenti u riformi li jirrispondu għall-isfidi ewlenin identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew – b’mod partikolari s-CSRs – u li jindirizzaw il-prijoritajiet komuni tal-Unjoni.

Artikolu 13(c)

Taqsima 2.6

Tabella MTP 8; Tabella MTP 9

Azzjonijiet biex jiġu indirizzati s-CSRs rilevanti għall-MIP u twissijiet mill-Kummissjoni / rakkomandazzjonijiet mill-Kunsill.

Artikolu 13(d)

Taqsima 2.6

Tabella MTP 8; Tabella MTP 9

L-impatt tal-investimenti u r-riformi diġà implimentati.

Artikolu 13(f)

Taqsimiet 2.3; 2,4

 

Informazzjoni relatata mas-suppożizzjonijiet makroekonomiċi u baġitarji ewlenin, ...

Artikolu 13(g)

Taqsimiet 2.2; 2.3; 2,4;

Tabella MTP 1b

... obbligazzjonijiet impliċiti u kontinġenti, ...

Artikolu 13(g)

Taqsima 2.5; 2.7

Tabella MTP 7

... il-livell previst ta’ investiment pubbliku ffinanzjat nazzjonalment, ...

Artikolu 13(g)

Taqsima 2.4

Tabella MTP 4

... il-ħtiġijiet ta’ investiment pubbliku inkluż dawk relatati mal-prijoritajiet komuni tal-Unjoni, ...

Artikolu 13(g)

Taqsima 2.6

Tabella MTP 10

... il-konsultazzjoni tal-parlamenti nazzjonali u l-proċess ta’ konsultazzjoni organizzat ,....

Artikolu 13(g);

Artikolu 11

Taqsima 2.1

 

... il-konsistenza u, fejn xieraq, il-komplementarjetà mal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni u l-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 13(g)

Taqsimiet 2.1; 2.6

Tabella MTP 9

L-impatt tas-sett ta’ impenji ta’ riformi u investiment li jirfdu estensjoni tal-potenzjal tat-tkabbir u r-reżiljenza, is-sostenibbiltà fiskali, u l-investiment pubbliku ffinanzjat fil-livell nazzjonali.

L-Artikolu 14.2; 13(g)

Taqsima 2.6

 

Informazzjoni dwar kif ir-riformi u l-impenji ta’ investiment li jirfdu estensjoni jindirizzaw il-prijoritajiet komuni tal-Unjoni u s-CSRs rilevanti (inkluż dawk maħruġa skont l-MIP), u, ...

L-Artikolu 14.2

Taqsima 2.6

Tabella MTP 8

... għal kull waħda minn dawn ir-riformi u l-investimenti, deskrizzjoni ċara, skeda ta’ żmien, u, fejn rilevanti, indikaturi.

L-Artikolu 14.3;

13(e)

Taqsima 2.6

Tabella MTP 8

Konsistenza tas-sett ta’ riformi u investimenti għal estensjoni mal-impenji inklużi fl-RRP approvat u l-Ftehim ta’ Sħubija maqbul fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali.

L-Artikolu 14.4

Taqsima 2.6

Tabella MTP 8

Jekk il-pjan iservi bħala pjan ta’ azzjoni korrettiva taħt l-EIP/MIP, l-azzjoni ta’ politika speċifika (li għandha tiġi) implimentata u skeda ta’ żmien għal dawk l-azzjonijiet.

L-Artikolu 31

Taqsima 2.8

Tabella MTP 11

Arranġamenti tranżitorji: L-impenji tal-RRP li għandhom jitqiesu

L-Artikolu 36

Taqsima 2.6

Tabella MTP 8; Tabella MTP 9

2.   Kontenut tal-Pjan

Din il-gwida tuża għadd ta’ konvenzjonijiet meta tirreferi għall-perjodu ta’ żmien tal-pjanijiet. Il-konvenzjoni fit-tabelli hija li s-sena T hija s-sena tal-preżentazzjoni tal-pjan (is-sena tal-pjan). Id-data sħiħa għas-sena T-1 (l-aħħar sena bid-data tal-eżitu, li sservi bħala s-sena bażi) hija dejjem meħtieġa (5). Is-sena T+1 hija l-ewwel sena sħiħa tal-implimentazzjoni tal-pjan. Għalhekk, pjan ta’ erba’ snin ikopri s-snin sa T+4 u jistabbilixxi impenn fiskali (perkors tan-nefqa netta) sa dik is-sena (6).

Filwaqt li l-perjodu ta’ ppjanar standard ta’ pjan huwa ta’ erba’ snin, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw pjanijiet li jkopru ħames snin jekk dan iwassal għal allinjament aħjar maċ-ċiklu leġiżlattiv tagħhom (Artikolu 2(6)). Fil-bqija ta’ dan id-dokument, ir-referenzi għal pjanijiet ta’ erba’ snin għandhom għalhekk dejjem jinftiehmu bħala li jkopru wkoll pjanijiet ta’ ħames snin meta jkun xieraq (7). Pjan b’perkors ta’ aġġustament estiż (u għalhekk aktar gradwali) sa seba’ snin, sostnut minn impenji ta’ riforma u investiment, għandu wkoll perjodu ta’ ppjanar ta’ erba’ jew ħames snin.

2.1.   Approvazzjoni politika, proċess ta’ konsultazzjoni u komplementarjetà mal-fondi tal-UE

Il-pjan għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-proċess ta’ konsultazzjoni organizzat qabel il-preżentazzjoni tal-pjan (Artikolu 11; Artikolu 13(g)). Sabiex tissaħħaħ is-sjieda nazzjonali, l-Istati Membri għandhom iwettqu proċess ta’ konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali, l-awtoritajiet reġjonali u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, f’konformità mal-qafas nazzjonali. Qabel ma jippreżentaw il-pjan, kull Stat Membru jista’ jitlob ukoll opinjoni tal-istituzzjoni fiskali indipendenti dwar il-pjan (8), u/jew jiddibatti l-abbozz tal-pjan mal-parlament nazzjonali tiegħu. Bħala parti mid-dispożizzjonijiet tranżitorji fl-Artikolu 36(1)(c), għall-ewwel sett ta’ pjanijiet fuq terminu medju, l-Istati Membri jistgħu jwettqu konsultazzjoni pubblika mas-sħab soċjali, l-awtoritajiet reġjonali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati nazzjonali rilevanti oħra.

Il-pjan għandu jispjega l-konsistenza u, fejn applikabbli, il-komplementarjetà mal-fondi ta’ koeżjoni u (matul il-ħajja tiegħu) mal-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) (Artikolu 13(g)). Bħala l-politika ta’ investiment fuq terminu twil tal-baġit tal-UE, l-investimenti u r-riformi tal-politika ta’ koeżjoni għandhom jitqiesu kif xieraq meta jitfasslu l-pjanijiet fuq terminu medju. Il-pjan jista’ jiddeskrivi b’mod utli liema oqsma ta’ intervent huma appoġġati mill-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, kif ukoll kif l-investimenti u r-riformi ppjanati jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ koeżjoni. Bħala parti mill-arranġamenti tranżitorji matul il-ħajja tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-pjan għandu jispjega wkoll kif huwa konsistenti u, fejn applikabbli, komplementari mal-RRP tal-Istat Membru; investimenti u riformi ġodda skont il-pjan fuq terminu medju jistgħu jibnu fuq jew itejbu dawk diġà implimentati bl-RRPs.

2.2.   Ħarsa ġenerali lejn l-impenn fiskali u sommarju tal-varjabbli makroekonomiċi u baġitarji ewlenin

Ladarba l-pjan ikun ġie vvalutat u approvat, il-perkors tan-nefqa netta stabbilit mill-Kunsill fir-Rakkomandazzjoni tiegħu jikkostitwixxi r-referenza operattiva unika għas-sorveljanza fiskali matul il-fażi ta’ implimentazzjoni. L-impenn fiskali ċentrali tal-pjan huwa li n-nefqa primarja netta ffinanzjata fil-livell nazzjonali tinżamm taħt ir-rati ta’ tkabbir annwali (u, konsegwentement, kumulattiv) li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti għas-sostenibbiltà tad-dejn u jirrispettaw is-salvagwardji. Dan jikkostitwixxi r-restrizzjoni baġitarja li tinkwadra l-politika fiskali nazzjonali matul il-perjodu tal-ippjanar tal-pjan. It-Tabella MTP 1a tistabbilixxi dak l-impenn (Artikolu 13(a)). Meta pjan jiġi ppreżentat fis-sena T (is-sena tal-pjan), ir-rati ta’ tkabbir kumulattiv ikunu ankrati fil-livell tan-nefqa netta fis-sena T-1 (sena bażi) — l-aħħar sena li għaliha jkun hemm data tal-eżitu ppubblikata mill-istituti nazzjonali tal-istatistika u l-Eurostat. Imbagħad, pjan ta’ erba’ snin normalment jimpenja ruħu għal rati ta’ tkabbir annwali (u, konsegwentement, kumulattiv) għan-nefqa netta għas-sena li fiha jiġi ppreżentat il-pjan (T) u erba’ snin sussegwenti: T+1, T+2, T+3 u T+4 (9). Meta l-pjan jinkludi perkors tan-nefqa netta ogħla mit-trajettorja referenzjarja maħruġa mill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jipprovdi fil-pjan tiegħu argumenti ekonomiċi sodi u mmexxija mid-data li jispjegaw id-differenza (ara wkoll it-Taqsima 2.9).

It-tabella bl-impenji hija kkomplementata b’tabella b’ħarsa ġenerali li tiġbor fil-qosor il-projezzjonijiet għall-varjabbli makroekonomiċi u baġitarji ewlenin (Artikolu 13(a), Artikolu 13(g)). B’mod partikolari, it-Tabella MTP 1b tiġbor flimkien il-varjabbli ewlenin irrapportati f’tabelli oħra tal-pjan (ara hawn taħt), li huma meħtieġa biex jiġi vvalutat jekk il-perkors tan-nefqa netta propost fil-pjan jilħaqx l-objettivi tas-sostenibbiltà tad-dejn u jirrispettax is-salvagwardji.

Tabella MTP 1a

Impenn fiskali

Image 1

Noti:

In-nefqa primarja netta ffinanzjata fil-livell nazzjonali għandha tiġi rrapportata f’termini nominali.

Tabella MTP 1b

Varjabbli ewlenin

Image 2

Noti:

Il-varjabbli ewlenin fit-Tabella MTP 1b jippermettu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jimmonitorjaw jekk il-perkors tan-nefqa netta propost fil-pjan jilħaqx l-objettivi tas-sostenibbiltà tad-dejn u s-salvagwardji. Ir-referenza operattiva unika għall-impenn fiskali ta’ Istat Membru hija espressa f’termini tar-rati ta’ tkabbir tan-nefqa primarja netta ffinanzjata fil-livell nazzjonali (ara t-Tabella MTP 1a).

2.3.   Suppożizzjonijiet makroekonomiċi

Il-pjan fuq terminu medju għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-projezzjonijiet u s-suppożizzjonijiet dwar varjabbli makroekonomiċi ewlenin, li huma meħtieġa biex jiġi vvalutat jekk ir-rekwiżiti legali dwar is-salvagwardji tas-sostenibbiltà tad-dejn humiex irrispettati (Artikolu 13(a)). Dan jinkludi projezzjonijiet għat-tkabbir potenzjali tal-PDG (10), kif ukoll suppożizzjonijiet dwar id-deflatur tal-PDG u r-rati tal-imgħax.

Il-pjan għandu jippreżenta wkoll xenarju ċentrali u plawżibbli għat-tkabbir tal-PDG (reali u nominali) u, fejn possibbli, jista’, b’mod fakultattiv, jipprovdi aktar dettalji dwar il-kompożizzjoni tal-projezzjonijiet tal-PDG. Ix-xenarju ċentrali u plawżibbli għandu jkun konsistenti mas-suppożizzjonijiet tal-pjan (imsemmija hawn fuq), l-istrateġija ekonomika u fiskali li l-pjan jiddeskrivi, u b’mod partikolari, l-aġġustament fiskali implikat mill-impenn fuq in-nefqa netta. L-għoti ta’ aktar dettalji dwar il-kompożizzjoni mistennija tal-projezzjonijiet tal-PDG huwa fakultattiv u indikattiv biss, peress li l-kompożizzjoni tat-tkabbir tiddependi fuq l-ispeċifikazzjoni dettaljata tal-miżuri, li tista’ ma tkunx magħrufa f’dettall sħiħ għas-snin kollha tal-pjan (11).

Is-suppożizzjonijiet makroekonomiċi — inkluż dwar it-tkabbir tal-PDG, l-inflazzjoni, u r-rati tal-imgħax — għandhom ikunu prudenti. It-tkabbir reali u nominali tal-PDG għandu jirrifletti l-interazzjonijiet bejn l-aġġustament fiskali u t-tkabbir ekonomiku, u l-għeluq tad-distakk fl-output. F’każ ta’ devjazzjonijiet mis-suppożizzjonijiet użati fit-trajettorja referenzjarja tal-Kummissjoni, għandhom jiġu pprovduti evidenza jew ġustifikazzjoni soda. B’mod partikolari, jekk l-Istati Membri jużaw data aktar reċenti, jew inkella differenti, biex jistabbilixxu r-rati tal-imgħax u s-suppożizzjonijiet tal-inflazzjoni tagħhom, dan għandu jsir b’mod konsistenti fil-varjabbli kollha fil-pjan.

Il-mod kif ir-riformi strutturali implimentati dan l-aħħar huma kkunsidrati fil-projezzjonijiet tat-tkabbir potenzjali għandu jkun prudenti. L-effetti relatati jistgħu jeħtieġu diskussjoni dettaljata fil-pjanijiet, b’mod partikolari jekk il-projezzjonijiet tat-tkabbir potenzjali jiddevjaw b’mod sinifikanti minn dawk użati fit-trajettorja referenzjarja tal-Kummissjoni. F’każ bħal dan, evidenza soda u mmexxija mid-data jeħtieġ li tappoġġa dawn id-devjazzjonijiet sabiex tissaħħaħ il-kredibbiltà tal-pjan.

L-impatt mistenni fuq l-attività ekonomika tar-riformi u l-investimenti li għadhom ma ġewx implimentati (inkluż dawk li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta’ aġġustament fiskali) ma għandhomx jitqiesu fl-istimi potenzjali tal-PDG. Ir-Regolament (Artikolu 13 u Premessa 34) jipprevedi li l-impatt tal-investimenti u r-riformi, ladarba jiġu implimentati fil-pjanijiet fuq terminu medju, se jitqies kif xieraq fil-futur, inkluż fit-tfassil ta’ pjanijiet sussegwenti. L-impatt ta’ riformi u investimenti li għadhom ma ġewx implimentati ma għandux jitqies fl-istimi potenzjali tal-PDG. Filwaqt li l-PDG potenzjali huwa wieħed mill-aktar varjabbli rilevanti fid-determinazzjoni tal-ispazju fiskali disponibbli, dawk ir-riformi u l-investimenti li għadhom ma ġewx implimentati se jikkontribwixxu għal aġġustament fiskali aktar gradwali meta jiġu ssodisfati l-kriterji għal estensjoni tal-perjodu ta’ aġġustament skont l-Artikolu 14. Madankollu, l-informazzjoni dwar l-impatt mistenni tar-riformi u l-investimenti li jirfdu l-estensjoni tal-perjodu ta’ aġġustament għandha tiġi diskussa separatament (ara t-Taqsima 2.6), filwaqt li wieħed ikun konxju li huwa diffiċli li jsiru stimi affidabbli tal-impatt tar-riformi fuq it-tkabbir potenzjali fi kwalunkwe ċirkostanza, u aktar u aktar qabel ma r-riformi jiġu speċifikati bis-sħiħ (li tipikament huwa l-każ biss wara l-konklużjoni tal-proċess leġiżlattiv rispettiv).

Tabella MTP 2

Xenarju makroekonomiku

Image 3

Nota:

Jekk pjan jiġi ppreżentat qabel ma tkun ġiet ippubblikata d-data tal-eżitu għas-sena T-1 mill-Eurostat u l-istituti nazzjonali tal-istatistika, is-sena bażi għandha tkun T-2 (minflok T-1). “bn NAC” tirreferi għall-munita nazzjonali f’biljuni.

Il-pjan fuq terminu medju għandu jsemmi s-suppożizzjonijiet esterni li jirfdu l-projezzjonijiet makroekonomiċi u baġitarji (Tabella MTP 3).

Tabella MTP 3

Suppożizzjonijiet esterni

Image 4

2.4.   Projezzjonijiet baġitarji

Kif imsemmi hawn fuq, l-impenn ċentrali tal-pjan għall-politika fiskali fit-terminu medju huwa r-rata ta’ tkabbir tan-nefqa netta. Ir-rati ta’ tkabbir annwali (u, konsegwentement, kumulattiv) li l-gvern jimpenja ruħu għalihom fil-pjan, jikkostitwixxu r-restrizzjoni baġitarja li tinkwadra l-politika fiskali nazzjonali matul il-perjodu ta’ ppjanar tal-pjan. Għalhekk, ir-rata ta’ tkabbir tan-nefqa netta se tkun ir-referenza operattiva unika għall-valutazzjoni tal-implimentazzjoni u l-iskattar ta’ azzjonijiet ta’ infurzar (12).

It-test tal-pjan għandu jiddiskuti l-istrateġija ekonomika u fiskali għall-perjodu tal-pjan, li tirfed l-aġġustament fiskali relatat. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu l-kompożizzjoni ġenerali tal-aġġustament fiskali, il-politiki ġenerali dwar id-dħul u n-nefqa li beħsiebhom isegwu biex jiksbu l-aġġustament u, fejn possibbli, jipprovdu sett indikattiv ta’ miżuri ta’ politika, fid-dettall kollu li jkun disponibbli fiż-żmien tal-preżentazzjoni (13). L-Istati Membri jistgħu jew possibbilment ma jkunux jistgħu, jindikaw il-miżuri speċifiċi ta’ nefqa u dħul li se jiżguraw li l-impenn tan-nefqa netta jitwettaq matul il-perjodu tal-pjan. Għalkemm il-valutazzjoni tal-pjan se tkun ibbażata fuq it-tkabbir nett fin-nefqa u r-rispett tar-rekwiżiti fir-Regolament, id-dettalji dwar sett indikattiv ta’ miżuri ta’ politika jżidu mal-kredibbiltà ta’ pjan u jnaqqsu r-riskji tal-implimentazzjoni. L-istrateġija ekonomika u fiskali tal-pjan, kif ukoll kwalunkwe dettall dwar miżuri ta’ politika indikattivi, huma diskussi bħala parti mid-djalogi tekniċi mal-Kummissjoni. L-ispeċifikazzjoni preċiża tal-miżuri ta’ politika rilevanti tiġi mbagħad ikkonfermata jew aġġustata u kkwantifikata fil-baġits annwali.

Il-projezzjonijiet baġitarji fil-pjan għandhom jiffukaw fuq il-parametri baġitarji ewlenin (bħad-defiċit nominali u d-dejn)  (14) . Dawn il-parametri għandhom ikunu konsistenti mal-impenji baġitarji u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi ewlenin (bħall-PDG potenzjali, il-PDG, l-iżviluppi fil-prezzijiet, ir-rati tal-imgħax, eċċ.). Minbarra r-rata ta’ tkabbir tan-nefqa netta, id-defiċit u d-dejn, il-pjan fuq terminu medju għandu jirrapporta dwar l-investiment pubbliku ppjanat iffinanzjat fil-livell nazzjonali (Artikolu 13(g)) u n-nefqa fuq l-imgħax. Għas-snin T-1 u T, it-Tabella MTP 4 u t-Tabella MTP 5 għandhom jispeċifikaw ukoll l-impatt baġitarju stmat tal-miżuri tad-dħul (15) u tal-miżuri ta’ darba (kemm fuq in-naħa tad-dħul kif ukoll fuq in-naħa tan-nefqa). Fit-Tabella MTP 5, il-miżuri tan-nefqa (għajr dawk ta’ darba) jistgħu jiġu inklużi wkoll, iżda dan huwa fakultattiv. Il-pjan għandu jiddeskrivi wkoll il-miżuri ta’ darba f’ċertu dettall fit-test.

In-nefqa netta teskludi n-nefqa nazzjonali fuq il-kofinanzjament ta’ programmi ffinanzjati mill-Unjoni. Il-kofinanzjament nazzjonali ta’ programmi ffinanzjati mill-Unjoni jikkonċerna dawk il-fondi tal-UE li jiffinanzjaw programmi kofinanzjati mill-Istati Membri, fejn ir-Regolament rispettiv li jistabbilixxi l-fond jinkludi rekwiżit ta’ kofinanzjament nazzjonali u li r-rekwiżit ta’ kofinanzjament tagħhom iwassal għal nefqa tal-gvern estiż kif irreġistrata fil-kontijiet nazzjonali. Skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (2021-2027) attwali, il-kofinanzjament nazzjonali li jaqa’ taħt id-definizzjoni t’hawn fuq u li huwa rilevanti għall-implimentazzjoni tar-Regolament huwa n-nefqa nazzjonali tal-gvern estiż fuq il-kofinanzjament ta’ programmi taħt it-tmien fondi koperti mir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR) (16), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Dan ma jippreġudikax l-istruttura tal-Oqfsa Finanzjarji Pluriennali futuri. Dawk l-għaxar fondi flimkien jirrappreżentaw n-nefqa ta’ kofinanzjament nazzjonali makroekonomikament rilevanti mġarrba mill-gvern estiż. Il-kofinanzjament nazzjonali pprovdut mis-settur privat mhuwiex rilevanti għall-esklużjoni mill-indikatur tan-nefqa netta. Il-livell ta’ kofinanzjament nazzjonali rilevanti għar-Regolament (jiġifieri, l-ammonti li għandhom jitnaqqsu mill-aggregat tan-nefqa netta) għandu jkun ibbażat fuq data tal-eżitu kif ivvalidata mill-Eurostat u għandu jkun limitat għall-obbligi nazzjonali ta’ kofinanzjament stabbiliti fil-ftehimiet rilevanti bejn l-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet tal-UE. Ir-rapportar dwar il-kofinanzjament nazzjonali għas-sena T-1 fit-Tabella MTP 4 għandu jaqbel mal-ammonti li ġew irrapportati lill-Eurostat u vvalidati minnu (17).

Tabella MTP 4

Projezzjonijiet baġitarji

Image 5

Nota:

Jekk pjan jiġi ppreżentat qabel ma tkun ġiet ippubblikata d-data tal-eżitu għas-sena T-1 mill-Eurostat u l-istituti nazzjonali tal-istatistika, is-sena bażi għandha tkun T-2 (minflok T-1). Il-linja 30 “tkabbir tan-nefqa primarja netta ffinanzjata fil-livell nazzjonali ” tista’ tiġi kkalkulata bl-użu tal-formula li ġejja:
Formula
, fejn e t huwa t-tkabbir tan-nefqa primarja netta ffinanzjata fil-livell nazzjonali (Tabella MTP 4, linja 30) għas-sena t,
Formula
u
Formula
huma n-nefqa primarja netta ffinanzjata fil-livell nazzjonali (qabel il-miżuri ta’ dħul) bħala sehem tal-PDG fis-snin t u t-1, rispettivament (Tabella MTP 4, linja 29),
Formula
huwa l-miżuri ta’ dħul bħala sehem tal-PDG fis-sena t (Tabella MTP 4, linja 10), u g t huma r-rata ta’ tkabbir tal-PDG nominali fis-sena t (Tabella MTP 2, linja 3).

MTP Tabella 5

Impatt stmat tal-miżuri ta’ dħul diskrezzjonali

Image 6

Nota:

Minbarra l-miżuri ffinanzjati mill-UE. Il-miżuri għandhom jiġu rrapportati f’inkrementi. Miżuri ta’ darba għandhom dejjem jiġu rreġistrati bħala li għandhom effett ta’ +/-X fis-sena tal-ewwel impatt baġitarju u -/+ X fis-sena ta’ wara, jiġifieri l-impatt ġenerali fuq il-livell ta’ dħul jew infiq f’sentejn konsekuttivi huwa żero. Iż-żidiet (tnaqqis) kemm fin-nefqa kif ukoll fid-dħul għandhom jiġu rrapportati b’sinjal pożittiv (negattiv). Jekk pjan jiġi ppreżentat qabel ma tkun ġiet ippubblikata d-data tal-eżitu għas-sena T-1 mill-Eurostat u l-istituti nazzjonali tal-istatistika, is-sena bażi għandha tkun T-2 (minflok T-1).

L-Istati Membri huma mistiedna wkoll jistabbilixxu b’mod fakultattiv il-miżuri ta’ dħul u ta’ nefqa li beħsiebhom isegwu — f’konformità mal-istrateġija ekonomika u fiskali indikattiva tagħhom — f’tabella (Tabella MTP 6). Fejn disponibbli, l-Istati Membri jistgħu jinkludu wkoll kwantifikazzjoni tal-impatti fiskali mistennija; dawn il-kwantifikazzjonijiet imbagħad jiġu kkonfermati jew riveduti fil-baġits annwali.

Tabella MTP 6

Miżuri indikattivi ta’ dħul u ta’ nefqa previsti fil-pjan

Image 7

2.5.   Projezzjonijiet tad-dejn

Meta tivvaluta l-pjanijiet, il-Kummissjoni għandha teżamina għall-Istati Membri kollha jekk l-impenn tan-nefqa netta jikkonformax mar-rekwiżiti u s-salvagwardji inklużi fil-leġiżlazzjoni, jew li dan jiżgura li d-dejn u d-defiċit jibqgħu f’livelli prudenti fuq terminu medju (Artikolu 16). F’dan il-kuntest (u f’konformità mal-Artikolu 13), il-projezzjonijiet tad-dejn u tad-defiċit u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi sottostanti ewlenin sa għaxar snin wara t-tmiem tal-perjodu ta’ aġġustament (T+14 għal pjanijiet ta’ erba’ snin; sa T+17 f’każ ta’ estensjoni) għandhom jiġu rrapportati fil-pjanijiet (Tabella MTP 7a).

Tabella MTP 7a

Projezzjonijiet tad-dejn u tal-bilanċ nominali u suppożizzjonijiet sottostanti ewlenin (skont il-perkors fiskali ppjanat)

Għall-Istati Membri kollha

Image 8

Nota:

Jekk pjan jiġi ppreżentat qabel ma tkun ġiet ippubblikata d-data tal-eżitu għas-sena T-1 mill-Eurostat u l-istituti nazzjonali tal-istatistika, is-sena bażi għandha tkun T-2 (minflok T-1).

Għall-Istati Membri li għalihom titħejja trajettorja referenzjarja mill-Kummissjoni, il-pjanijiet għandhom jinkludu wkoll analiżi tas-sensittività li turi li d-dejn projettat huwa fuq perkors plawżibbli ’l isfel, jew jibqa’ f’livell prudenti. Din l-analiżi tas-sensittività għandha tkun ibbażata fuq il-metodoloġija komuni (jiġifieri, it-testijiet tal-istress deterministiċi standard u l-analiżi stokastika – Artikolu 10) (Tabella MTP 7b) (18).

Tabella MTP 7b

Projezzjonijiet tad-dejn u varjabbli enfasizzati ewlenin, xenarji deterministiċi u simulazzjonijiet stokastiċi

Għall-Istati Membri biss li għalihom il-Kummissjoni tħejji trajettorja referenzjarja

Image 9

Nota:

Jekk pjan jiġi ppreżentat qabel ma tkun ġiet ippubblikata d-data tal-eżitu għas-sena T-1 mill-Eurostat u l-istituti nazzjonali tal-istatistika, is-sena bażi għandha tkun T-2 (minflok T-1).

Jekk il-pjan jippreżenta rati ta’ tkabbir tan-nefqa netta ogħla milli fit-trajettorja referenzjarja, jew l-informazzjoni teknika, jew jekk is-suppożizzjonijiet sottostanti jkunu aktar favorevoli mis-suppożizzjonijiet komuni  (19) , l-Istati Membri għandhom jipprovdu deskrizzjoni aktar dettaljata tas-suppożizzjonijiet makroekonomiċi sottostanti. Dan ir-rapportar addizzjonali huwa meħtieġ biex il-Kummissjoni tivverifika jekk argumenti ekonomiċi sodi u mmexxija mid-data jistgħux jispjegaw id-differenza mat-trajettorja referenzjarja (Artikolu 13) jew mill-qafas għall-projezzjoni fuq terminu medju tad-dejn pubbliku b’mod aktar ġenerali (Premessa 25), u biex il-Kummissjoni tkun tista’ teżamina kif xieraq jekk ir-rekwiżiti humiex issodisfati (Artikolu 16). Dan jinkludi (i) informazzjoni dwar il-linja bażi ta’ “l-ebda bidla fil-politika fiskali” sottostanti għall-pjan (Tabella MTP 7c), jiġifieri t-trajettorja bażi mingħajr aġġustament, li jfisser speċifikament bilanċ primarju strutturali kostanti nett tal-bidliet fil-kostijiet marbutin tat-tixjiħ mill-ewwel sena sħiħa tal-implimentazzjoni tal-pjan (20), kif ukoll (ii) informazzjoni dwar is-suppożizzjonijiet sottostanti li jikkonċernaw l-istruttura tal-maturità tad-dejn, ir-rata ta’ tifdija, u l-maturitajiet għall-ħruġ ġdid tad-dejn (Tabella MTP 7d) (21). Dan ir-rapportar addizzjonali huwa meħtieġ għar-replikabbiltà tal-projezzjonijiet tal-Istati Membri, u jippermetti lill-Kummissjoni tivvaluta jekk hemmx konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15, u jekk id-differenzi mat-trajettorji referenzjarji, jew id-devjazzjonijiet mis-suppożizzjonijiet komuni, humiex ġustifikati.

Tabella MTP 7c

Il-projezzjonijiet tad-dejn u tal-bilanċ nominali u s-suppożizzjonijiet sottostanti (skont il-linja bażi “l-ebda bidla fil-politika fiskali” )

Għall-Istati Membri biss b’perkors tan-nefqa netta ogħla milli fit-trajettorja referenzjarja, jew fl-informazzjoni teknika, jew f’każijiet fejn is-suppożizzjonijiet sottostanti jkunu aktar favorevoli mis-suppożizzjonijiet komuni.

Image 10

Nota:

jekk pjan jiġi ppreżentat qabel ma tkun ġiet ippubblikata d-data tal-eżitu għas-sena T-1 mill-Eurostat u l-istituti nazzjonali tal-istatistika, is-sena bażi għandha tkun T-2 (minflok T-1).

Tabella MTP 7d

Projezzjonijiet tad-dejn u suppożizzjonijiet addizzjonali (skont il-perkors fiskali projettat)

Għall-Istati Membri biss b’perkors tan-nefqa netta ogħla milli fit-trajettorja referenzjarja, jew fl-informazzjoni teknika, jew f’każijiet fejn is-suppożizzjonijiet sottostanti jkunu aktar favorevoli mis-suppożizzjonijiet komuni.

Image 11

Nota:

jekk pjan jiġi ppreżentat qabel ma tkun ġiet ippubblikata d-data tal-eżitu għas-sena T-1 mill-Eurostat u l-istituti nazzjonali tal-istatistika, is-sena bażi għandha tkun T-2 (minflok T-1).

2.6.   Informazzjoni dwar ir-riformi u l-investimenti

Għall-Istati Membri kollha, il-pjan għandu jipprovdi informazzjoni dwar ir-riformi u l-investimenti ewlenin għas-snin li ġejjin (Artikolu. 13). Il-pjan għandu jispjega kif se jiżgura t-twettiq ta’ investimenti u riformi li jirrispondu għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (22) rilevanti indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat (inkluż, fejn applikabbli, rakkomandazzjonijiet maħruġa skont il-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku), investimenti u riformi li jindirizzaw il-prijoritajiet komuni tal-Unjoni (23), u, fejn applikabbli, twissijiet mill-Kummissjoni jew rakkomandazzjonijiet mill-Kunsill skont l-Artikolu 121(4) TFUE. Dawn jinkludu, pereżempju, miżuri fl-oqsma soċjali, tas-saħħa, tal-edukazzjoni u t-taħriġ, tal-pensjonijiet, u tas-suq tax-xogħol, ir-riformi tas-suq tal-prodotti, ir-riformi tat-taxxa, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-promozzjoni ta’ politiki, jew investimenti kbar fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali (24), b’mod partikolari dawk li l-Istati Membri ddeskrivew fil-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima (NECPs) u fil-pjanijiet direzzjonali strateġiċi tad-Deċennju Diġitali Nazzjonali tagħhom. Il-pjan għandu jiddiskuti l-modi li bihom dawn ir-riformi u l-investimenti jirrispondu għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi rilevanti u jindirizza l-prijoritajiet komuni rilevanti tal-Unjoni. Biex jikkomplementa dan, il-pjan għandu jiddeskrivi l-ħtiġijiet ta’ investiment pubbliku, inkluż dawk relatati mal-prijoritajiet komuni tal-Unjoni (Artikolu 13(g)). L-Istati Membri huma mħeġġa wkoll jiddiskutu l-impatt fuq l-attività ekonomika, ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà tar-riformi u l-investimenti f’parti speċifika tal-pjan (25).

Jekk applikabbli, il-pjan għandu jinkludi dettall addizzjonali dwar ir-riformi u l-investimenti ewlenin li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta’ aġġustament, inkluż il-miżuri strutturali fiskali (Artikolu 13) (26). Dawn jistgħu jkunu addizzjonali għar-riformi u l-investimenti ppreżentati f’konformità mal-Artikolu 13, jew subsett tagħhom. Għandhom jissodisfaw ukoll il-kriterji addizzjonali speċifiċi għal estensjoni, kif kopert fl-Artikolu 14. Pereżempju, miżuri tas-saħħa, tal-pensjonijiet, tas-suq tax-xogħol u tal-ħiliet, riformi li jsaħħu l-kompetizzjoni, spostamenti tal-piż tat-taxxa jew miżuri li jtejbu l-konformità mar-regoli tat-taxxa, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-promozzjoni ta’ politiki jew investimenti fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali huma fost dawk li jistgħu jiġu inklużi. It-test tal-pjan għandu jkopri l-elementi li ġejjin biex tintwera l-konformità mal-Artikolu 14:

i.

valutazzjoni tal-impatt tas-sett ta’ riformi u ta’ investimenti li jirfdu t-talba għal estensjoni (a) fuq it-titjib tal-potenzjal tat-tkabbir u tar-reżiljenza tal-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat b’mod sostenibbli, abbażi ta’ suppożizzjonijiet kredibbli u prudenti; (b) fuq l-appoġġ tas-sostenibbiltà fiskali, b’titjib strutturali tal-finanzi pubbliċi fuq it-terminu medju, bħat-tnaqqis tal-proporzjon tan-nefqa pubblika mal-PDG jew iż-żieda tal-proporzjon tad-dħul pubbliku mal-PDG; u (c) fuq l-iżgurar li l-livell ġenerali ppjanat ta’ investiment pubbliku ffinanzjat fil-livell nazzjonali matul il-ħajja tal-pjan fuq terminu medju ma jkunx aktar baxx mil-livell fuq terminu medju qabel il-perjodu ta’ dak il-pjan, filwaqt li jitqiesu l-firxa u l-iskala tal-isfidi speċifiċi għall-pajjiż, inkluż id-data u l-projezzjonijiet fejn xieraq (27);

ii.

spjegazzjoni ta’ kif is-sett ippjanat ta’ riformi u ta’ investimenti se jikkontribwixxi għall-indirizzar tal-prijoritajiet komuni tal-Unjoni u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (inkluż, fejn applikabbli, rakkomandazzjonijiet maħruġa skont il-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku);

iii.

informazzjoni dwar l-objettiv ewlieni ta’ kull miżura, il-passi ewlenin li għandhom jittieħdu biex jintlaħaq l-objettiv, l-iskedi ta’ żmien assoċjati, u, fejn rilevanti, l-indikaturi jew elementi oħra li jistgħu jappoġġaw il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni;

iv.

spjegazzjoni ta’ kif is-sett ta’ riformi u ta’ investimenti li jirfdu estensjoni huwa konsistenti mal-impenji inklużi fil-programmi skont il-Ftehimiet ta’ Sħubija maqbula fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (28).

Ir-riformi u l-investimenti rilevanti għandhom jiġu rrapportati f’waħda minn żewġ tabelli. Ir-riformi u l-investimenti li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta’ aġġustament f’konformità mal-Artikolu 14 għandhom jiġu rrapportati fit-Tabella MTP 8. Kwalunkwe riforma u investiment ieħor — ippreżentat f’konformità mal-Artikolu 13 — għandu jiġi rrapportat fit-Tabella MTP 9 (29), it-Tabella MTP 8 u t-Tabella MTP 9 għandhom jinkludu kolonna apposta li tindika jekk riforma jew investiment humiex appoġġati taħt il-kappa tal-Ftehimiet ta’ Sħubija tiegħu.

Il-pjan għandu jiddeskrivi l-azzjoni li l-Istat Membru qed jieħu biex jindirizza r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi maħruġa skont il-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku (Artikolu 13(d)). Jekk applikabbli, il-pjan għandu jiddeskrivi l-azzjoni li l-Istat Membru qed jieħu jew qed jippjana li jieħu biex jindirizza l-iżbilanċi jew l-iżbilanċi eċċessivi tiegħu b’mod ċar, integrat u faċilment identifikabbli.

Il-pjan għandu jinkludi informazzjoni dwar ir-rabtiet bejn ir-riformi u l-investimenti ppjanati u dawk diġà inklużi fl-RRPs. Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-komplementarjetà mal-RRPs, il-pjan għandu jispjega l-konnessjonijiet bejn ir-riformi u l-investimenti ppjanati u dawk diġà inklużi fl-RRPs nazzjonali.

Għat-tul tal-ħajja tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), l-impenji inklużi fl-RRPs jitqiesu għal estensjoni tal-perjodu ta’ aġġustament, taħt ċerti kundizzjonijiet (Artikolu 36(1)(d)). B’mod partikolari, il-pjan għandu jispjega wkoll kif is-sett ta’ riformi u ta’ investimenti li jirfdu estensjoni huwa konsistenti mal-impenji inklużi fl-RRP approvat (Artikolu 14(4)). Il-pjanijiet fuq terminu medju jistgħu jkunu wkoll opportunità biex jissaħħu aktar l-impenji ta’ riforma u ta’ investiment fl-RRP. Għat-tul tal-ħajja tal-RRF, it-Tabella MTP 8 u t-Tabella MTP 9 għandhom jirrapportaw ukoll jekk riforma jew investiment huwiex inkluż fl-RRP (bħala parti mill-kolonna apposta dwar il-Ftehimiet ta’ Sħubija).

Tabella MTP 8

Riformi u investimenti li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta’ aġġustament

Image 12

Nota:

il-kolonna “RRF/PA” għandha tkun “RRF” jekk ir-riforma/l-investiment tkun/ikun ukoll parti mill-RRP tal-Istat Membru; “PA” jekk ir-riforma/l-investiment tkun/ikun appoġġata/appoġġat taħt il-kappa tal-ftehim ta’ sħubija tal-Istat Membru u tibqa’ vojta f’każijiet oħra. Għar-riformi u l-investimenti li jirriżultaw mill-RRF, il-kolonna “RRF/PA” għandha tinkludi wkoll referenza għall-miżuri fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill rispettiva.

Tabella MTP 9

Riformi u investimenti oħra

Image 13

Nota:

il-kolonna “RRF/PA” għandha tkun “RRF” jekk ir-riforma/l-investiment tkun/ikun ukoll parti mill-RRP tal-Istat Membru; “PA” jekk ir-riforma/l-investiment tkun/ikun appoġġata/appoġġat taħt il-kappa tal-ftehim ta’ sħubija tal-Istat Membru u tibqa’ vojta f’każijiet oħra. Għar-riformi u l-investimenti li jirriżultaw mill-RRF, il-kolonna “RRF/PA” għandha tinkludi wkoll referenza għall-miżuri fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill rispettiva.

Barra minn hekk, il-pjan fuq terminu medju għandu jkun fih informazzjoni dwar il-ħtiġijiet ta’ investiment relatati mal-prijoritajiet komuni tal-Unjoni f’tabella (Artikolu 13(g)(v))(Tabella MTP 10). Il-metodoloġija biex jiġu identifikati u kkwantifikati l-ħtiġijiet tal-investiment taħt kull waħda mill-prijoritajiet komuni se teħtieġ aktar elaborazzjoni fi żmien debitu.

Tabella MTP 10

Ħtiġijiet tal-investiment

Image 14

2.7.   Informazzjoni dwar obbligazzjonijiet impliċiti u kontinġenti

Il-pjan għandu jinkludi informazzjoni dwar obbligazzjonijiet impliċiti u kontinġenti b’impatt potenzjalment kbir fuq il-baġits tal-gvern (Artikolu 13(g)). Dawn jistgħu jinkludu b’mod partikolari garanziji tal-gvern, self li ma jrendix, u obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-operat ta’ korporazzjonijiet pubbliċi, inkluż il-firxa tagħhom, u, sa fejn ikun possibbli, informazzjoni dwar obbligazzjonijiet kontinġenti għad-diżastri, il-klima u n-natura. Minħabba l-eteroġeneità tas-sitwazzjonijiet, din il-gwida mhijiex qed tissuġġerixxi tabella standard għal dan l-għan.

2.8.   Rapportar f’każ ta’ Proċedura ta’ Żbilanċ Eċċessiv

L-Istat Membru li għalih tinfetaħ proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 għandu jippreżenta pjan rivedut, li jservi wkoll bħala l-pjan ta’ azzjoni korrettiva (Artikolu 31) (30). Il-pjan għandu mbagħad jistabbilixxi l-azzjonijiet ta’ politika speċifiċi li għandhom l-għan li jindirizzaw l-iżbilanċi eċċessivi — abbażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li se tinkludi skeda ta’ żmien għal dawk l-azzjonijiet. F’każ bħal dan, il-pjan għandu jinkludi tabella addizzjonali (Tabella MTP 11), li tiddeskrivi l-azzjonijiet ta’ politika speċifiċi biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi eċċessivi u l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ dawk l-azzjonijiet, kif mitlub skont ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011. Meta l-pjan fuq terminu medju jservi wkoll bħala l-pjan ta’ azzjoni korrettiva, huwa essenzjali li jidentifika b’mod ċar liema miżuri tal-pjan jindirizzaw l-iżbilanċi eċċessivi, u kif — fil-fehma tal-Istat Membru — l-pjan jissodisfa r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont il-Proċedura ta’ Żbilanċ Eċċessiv (l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011).

Tabella MTP 11

Riformi u investimenti biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi eċċessivi (pjan ta’ azzjoni korrettiva)

Image 15

2.9.   Annessi li għandhom jiġu inklużi mal-pjanijiet fuq terminu medju

Jekk applikabbli, il-pjan għandu jinkludi — f’anness — it-trajettorja referenzjarja, jew l-informazzjoni teknika, mibgħuta mill-Kummissjoni (Artikolu 13(b)). Kif elaborat hawn fuq, meta l-pjan jinkludi perkors tan-nefqa netta ogħla mit-trajettorja referenzjarja maħruġa mill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jipprovdi fil-pjan tiegħu argumenti ekonomiċi sodi u mmexxija mid-data li jispjegaw id-differenza.

Fejn disponibbli, il-pjan għandu jinkludi wkoll anness bl-opinjoni tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti (IFIs) nazzjonali dwar il-projezzjonijiet makroekonomiċi u s-suppożizzjonijiet li jirfdu l-perkors tan-nefqa netta (Artikolu 11(2)). L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-IFI rilevanti biex tagħti din l-opinjoni, filwaqt li jipprovdu biżżejjed żmien biex l-IFI tagħmel dan. Mill-1 ta’ Mejju 2032, l-IFI rilevanti għandha toħroġ tali opinjoni — sakemm ikollha kapaċità suffiċjenti.

PARTI B

REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI GĦAR-RAPPORTI TA’ PROGRESS ANNWALI

3.   Introduzzjoni

Ir-Rapporti ta’ Progress Annwali (APRs, Annual Progress Reports) huma dokumenti kruċjali fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill li japprovaw il-pjanijiet fiskali-strutturali fuq terminu medju. Huma għandhom jippreżentaw id-data tal-eżitu u jiddeskrivu l-passi ta’ implimentazzjoni li ttieħdu jew li qed jittieħdu. L-ARPs għandhom jirrapportaw dwar in-nefqa netta u jekk il-perkors tan-nefqa netta stabbilit mill-Kunsill fir-rakkomandazzjoni tiegħu ġiex irrispettat, dwar l-implimentazzjoni tar-riformi u l-investiment li l-Kunsill elenka bħala li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta’ aġġustament, kif ukoll dwar l-implimentazzjoni usa’ tar-riforma u l-investiment u l-inizjattivi ta’ politika mill-Istati Membri (31). Huma jipprovdu wkoll informazzjoni aġġornata dwar miżuri li ġew inklużi fil-baġits annwali, bħal dettalji dwar miżuri ta’ dħul diskrezzjonali u l-impatt baġitarju stmat tagħhom. Barra minn hekk, l-APRs jaġġornaw xi previżjonijiet makroekonomiċi. It-tabelli fl-APRs huma allinjati kemm jista’ jkun mat-tabelli fil-pjanijiet fuq terminu medju.

L-APRs ma jirrevedux l-impenji ta’ politika ċentrali fil-pjanijiet fuq terminu medju. L-impenji ta’ politika ċentrali huma approvati mill-Kunsill u huma msemmija speċifikament fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Filwaqt li l-APRs huma fundamentalment dokumenti amministrattivi u fattwali retrospettivi, l-Istati Membri jistgħu jużawhom ukoll biex iħabbru inizjattivi ta’ politika rilevanti ġodda, b’mod partikolari fil-qasam tar-riformi strutturali u l-investimenti.

L-APRs huma kontribut essenzjali għad-diversi proċessi taħt is-Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika. Filwaqt li jkomplu l-prattika tal-programmi nazzjonali ta’ riforma, l-APRs għandhom jirrapportaw dwar il-progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi u l-indirizzar tal-iżbilanċi makroekonomiċi, il-progress fit-twettiq tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (inkluż il-miri nazzjonali tal-2030 dwar l-impjiegi, il-ħiliet u t-tnaqqis tal-faqar), l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, u l-progress fir-rispons għall-prijoritajiet komuni l-oħra tal-UE (32). Għat-tul tal-ħajja tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-APRs għandhom jinkludu wkoll ir-rapportar dwar il-progress fl-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe riforma u investiment tal-RRP inklużi fil-pjanijiet fuq terminu medju (ara t-Taqsima 4.6).

Fl-ispirtu tas-sjieda nazzjonali, din il-gwida ma tissuġġerix struttura mudell stretta għall-APRs. L-Istati Membri huma liberi li jiddeċiedu dwar id-deskrizzjoni preċiża u l-livell ta’ dettall tal-APR tagħhom (l-Istati Membri jista’ jkollhom ħtiġijiet differenti għall-finijiet nazzjonali tagħhom), dment li l-APRs ikun fihom l-informazzjoni meħtieġa mir-Regolament. Biex tassisti lill-Istati Membri fit-tħejjija tal-APRs, din il-gwida tagħti ħarsa ġenerali lejn l-elementi li għandhom jiġu inklużi u li huma indispensabbli biex il-Kummissjoni tivvaluta kif xieraq il-konformità mar-Regolament, kif ukoll mudelli għat-tabelli li jirrapportaw l-informazzjoni meħtieġa.

4.   Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-Rapporti ta’ Progress Annwali

L-APR għandu jippreżenta d-data tal-eżitu u jiddeskrivi l-passi ta’ implimentazzjoni li ttieħdu jew li qed jittieħdu. Bħala prinċipju, il-fokus tal-APR għandu jkun fuq is-sena preċedenti, li tkopri l-perjodu ta’ żmien mill-APR preċedenti jew mill-preżentazzjoni tal-pjan fuq terminu medju (33). Fl-istess ħin, minħabba l-possibbiltà ta’ reviżjonijiet fid-data u informazzjoni oħra, it-tabelli fl-APR għandhom ikopru l-perjodu sħiħ mill-preżentazzjoni tal-pjan fuq terminu medju. Għaldaqstant, f’din il-parti tal-gwida, il-konvenzjoni fit-tabelli hija li s-sena T hija s-sena tal-preżentazzjoni tal-APR (is-sena tal-APR). L-għadd ta’ snin ta’ implimentazzjoni li qed jiġi rrapportat mill-APR jinqabad fit-tabelli minn T-X, b’“T-X” tirrappreżenta s-sena bażi użata fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill  (34). Pereżempju, jekk il-pjan fuq terminu medju jiġi ppreżentat fil-ħarifa tal-2024, l-APRs tas-snin li ġejjin dejjem se jirrapportaw data mill-2023.

L-APR għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-perkors tan-nefqa netta stabbilit mill-Kunsill fir-rakkomandazzjoni tiegħu (Taqsima 4.2). Għandu jirrapporta wkoll aktar dettalji dwar l-iżviluppi makroekonomiċi u esterni (Taqsima4.3), kif ukoll l-iżviluppi baġitarji (Taqsima 4.4).

Barra minn hekk, l-APR għandu jirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-azzjoni ta’ politika li twettaq is-CSRs, il-prijoritajiet komuni tal-Unjoni, inkluż il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. B’mod partikolari, għandu jirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-impenji ta’ riforma u investiment li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta’ aġġustament fiskali, jekk applikabbli; u l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe riforma u investiment ieħor fil-pjan fuq terminu medju biex jiġu indirizzati l-prijoritajiet komuni tal-Unjoni u s-CSRs (Taqsima 4.6). L-annessi komprensivi għandhom jipprovdu aktar dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ politika biex jitwettqu l-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-prijoritajiet komuni tal-Unjoni, kif ukoll dwar l-azzjoni ta’ politika fit-twettiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (Taqsima 4.8).

Meta jkun xieraq, l-APR għandu jirrapporta wkoll dwar kif l-Istat Membru jkun wieġeb għar-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet taħt proċessi oħra — f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli. Fil-prattika, dan ifisser li diversi flussi ta’ rapportar jiġu integrati f’dokument uniku — l-APR — kull meta ż-żmien ikun allinjat biżżejjed. Tali rapportar jista’ jikkonċerna, fost l-oħrajn, il-mod kif l-Istat Membru qed iwieġeb għal rakkomandazzjonijiet jew deċiżjonijiet skont il-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv (PDE) (35), rakkomandazzjonijiet skont il-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku, jew twissijiet mill-Kummissjoni jew rakkomandazzjonijiet mill-Kunsill skont l-Artikolu 121(4) TFUE. F’każ ta’ Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv, l-APR għandu jispjega kif l-iżviluppi baġitarji rrapportati fit-tabelli standard jirrelataw mal-perkors ta’ aġġustament skont il-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv. F’każ ta’ proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv, l-APR għandu jinkludi tabella addizzjonali li tikkostitwixxi r-rapport ta’ progress tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva (ara t-Taqsima 4.7).

4.1.   Proċess ta’ konsultazzjoni

Meta applikabbli, l-APR għandu jipprovdi informazzjoni dwar id-diskussjonijiet dwar ir-rapporti ta’ progress li saru mal-partijiet ikkonċernati rilevanti (Artikolu 21(5)). L-APR għandu jipprovdi informazzjoni f’każ li l-Istat Membru jitlob lill-istituzzjoni fiskali indipendenti tipprovdi valutazzjoni tal-konformità tad-data dwar l-eżiti tal-baġit fl-APR mal-perkors tan-nefqa netta (Artikolu 23). L-APR għandu wkoll, meta applikabbli, jipprovdi informazzjoni dwar l-involviment tal-atturi istituzzjonali ewlenin u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra (il-Parlament Nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali/lokali, is-sħab soċjali u l-partijiet ikkonċernati tas-soċjetà ċivili) fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti.

4.2.   Informazzjoni dwar ir-rispett tal-perkors tan-nefqa netta

L-APRs għandhom jirrapportaw dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-perkors tan-nefqa netta stabbilit mir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. It-Tabella APR 1a tfakkar dik ir-rakkomandazzjoni, kif ukoll id-data tal-eżitu għas-sena/snin preċedenti, u l-projezzjonijiet għas-sena attwali u s-sena sussegwenti. It-Tabella APR 1a fiha l-informazzjoni bażika biex jiġi vvalutat jekk il-perkors tan-nefqa netta stabbilit mill-Kunsill fir-rakkomandazzjoni tiegħu huwiex qed jiġi rrispettat. L-APR għandu jikkwantifika u jispjega kwalunkwe devjazzjoni ’l fuq (attwali jew fil-projezzjonijiet) (36) mill-perkors tan-nefqa netta stabbilit mill-Kunsill fir-rakkomandazzjoni tiegħu. Id-data dwar in-nefqa netta fit-Tabella APR 1a hija kkomplementata minn tabella ġenerali li tiġbor fil-qosor l-eżiti u l-projezzjonijiet għall-varjabbli baġitarji ewlenin (Tabella APR 1b). B’mod partikolari, it-tabella tiġbor flimkien il-varjabbli ewlenin li huma rrapportati fit-Tabella APR 4. Id-data fl-APR, u b’mod partikolari, it-Tabella APR 1a, hija input għall-kont ta’ kontroll stabbilit, u ġestit, mill-Kummissjoni biex jinżamm rekord tad-devjazzjonijiet kumulattivi ’l isfel tan-nefqa netta osservata mill-perkors tan-nefqa netta kif stabbilit mill-Kunsill (Artikolu 22(2)). Il-Kummissjoni tippubblika b’mod regolari (mill-inqas darba fis-sena) il-kont ta’ kontroll għal kull Stat Membru.

Tabella APR 1a

Referenza operattiva unika għas-sorveljanza fiskali

Image 16

Tabella APR 1b

Varjabbli ewlenin

Image 17

Nota:

Il-varjabbli ewlenin murija fit-Tabella APR 1b ma jikkostitwixxux l-element ċentrali tal-pjan fuq terminu medju. Ir-referenza operattiva unika għas-sorveljanza fiskali hija espressa f’termini tar-rati ta’ tkabbir tan-nefqa primarja netta ffinanzjata fil-livell nazzjonali (ara t-Tabella APR 1a).

4.3.   Żviluppi makroekonomiċi

L-APRs għandhom jirrapportaw dwar l-iżviluppi makroekonomiċi u esterni matul l-implimentazzjoni tal-pjan. It-tabelli għandhom jinkludu data sas-sena T, filwaqt li l-projezzjonijiet għas-sena T+1 huma fakultattivi. It-tabelli dwar l-iżviluppi makroekonomiċi u l-iżviluppi esterni għandu jkun fihom l-aħħar previżjoni disponibbli (37).

Tabella APR 2

Żviluppi makroekonomiċi

Image 18

Tabella APR3

Żviluppi esterni

Image 19

4.4.   Żviluppi baġitarji

Il-perkors tan-nefqa netta stabbilit mill-Kunsill fir-rakkomandazzjoni tiegħu jikkostitwixxi r-referenza operattiva unika għas-sorveljanza fiskali matul il-fażi ta’ implimentazzjoni. Ir-rati annwali rakkomandati (u, konsegwentement, kumulattivi) jikkostitwixxu r-restrizzjoni baġitarja li tinkwadra l-politika fiskali nazzjonali matul il-perjodu ta’ żmien tal-pjan. Għalhekk, it-tkabbir nett fin-nefqa huwa r-referenza operattiva unika għall-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ devjazzjoni u l-iskattar ta’ azzjonijiet ta’ infurzar. L-APR jista’ jirrapporta dwar kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti li tkun immaterjalizzat, kif ukoll dwar kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti ġdida meqjusa rilevanti, inkluż dwar il-klima u n-natura.

L-APR għandu jinkludi projezzjonijiet baġitarji għal T u, b’mod fakultattiv, għal T+1. Iċ-ċifri għal T u T+1 mhumiex normattivi — huma previżjonijiet li jqisu l-politiki mħabbra b’mod kredibbli f’dettall suffiċjenti, fil-mument tal-preżentazzjoni tal-APR, u mhux miri ta’ politika. Dawn iċ-ċifri għal T u T+1 jistgħu jikkontribwixxu għal identifikazzjoni bikrija ta’ devjazzjonijiet mill-perkors tan-nefqa netta stabbilit mill-Kunsill.

L-APR għandu jirrapporta dwar il-miżuri ta’ dħul diskrezzjonali u l-miżuri ta’ darba li kkontribwew għall-eżiti u l-projezzjonijiet tal-baġit. Ir-rapportar dwar il-miżuri tan-nefqa huwa fakultattiv. Għall-kuntrarju tal-pjanijiet fuq terminu medju, ir-rapportar ta’ miżuri ta’ dħul diskrezzjonali u miżuri ta’ darba jeħtieġ li jkun eżawrjenti għall-perjodu ta’ żmien sas-sena T (Tabella APR 5) minħabba li tali informazzjoni hija indispensabbli biex jiġu kkalkulati n-nefqa netta u r-rati ta’ tkabbir rispettivi. Barra minn hekk, għal kalkolu preċiż tad-devjazzjonijiet kumulattivi fil-kont ta’ kontroll, l-Istati Membri għandhom jipprovdu stampa sħiħa u aġġornata fis-snin inzjali suċċessivi tal-APR. B’mod partikolari, dan jimplika li l-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll stimi riveduti għall-impatt tal-miżuri ta’ politika rrapportati preċedentement fl-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji tagħhom (għall-Istati Membri taż-żona tal-euro) jew APRs preċedenti. Ir-rapportar dwar miżuri ta’ nefqa (minbarra miżuri ta’ darba) jista’ jiġi inkluż wkoll, iżda huwa fakultattiv, peress li tali informazzjoni mhijiex meħtieġa biex tiġi kkalkulata n-nefqa netta. Miżuri b’impatt baġitarju stmat ta’ aktar minn 0,1 % tal-PDG għandhom jiġu deskritti fid-dettall, filwaqt li dawk b’impatt baġitarju taħt dan il-limitu jeħtieġ li jiġu identifikati u li jiġi indikat l-impatt baġitarju aggregat tagħhom. Barra minn hekk, kwalunkwe miżura ta’ darba (kemm dħul kif ukoll nefqa) inkluża fl-APR għandha tiġi identifikata u spjegata. Is-suppożizzjonijiet sottostanti użati biex jiġi stmat l-impatt baġitarju ta’ kull miżura (eż. elastiċitajiet jew evoluzzjoni tal-bażi għat-taxxa) għandhom jiġu deskritti wkoll b’mod xieraq. Kull miżura b’impatt inkrementali fuq il-kontijiet tas-sena T għandha tiġi rrapportata fil-ħarifa ta’ T-1 meta jitħejja l-baġit, u tiġi riveduta kif meħtieġ fir-rebbiegħa ta’ T u fil-ħarifa ta’ T matul l-implimentazzjoni tal-baġit u fir-rebbiegħa ta’ T+1. Wara r-rapportar fir-rebbiegħa ta’ T+1, is-servizzi tal-Kummissjoni se jikkunsidraw il-valutazzjoni tal-miżuri ta’ dħul diskrezzjonali (u ta’ darba) li jaffettwaw is-sena T bħala stabbli, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet speċifiċi għal reviżjoni ulterjuri (dan jista’ jseħħ eż., f’każ ta’ reviżjonijiet sinifikanti tad-data tal-kontijiet nazzjonali li jaffettwaw diversi snin).

Innota li l-miżuri ta’ nefqa u ta’ dħul huma ttrattati b’mod differenti. Kif indikat hawn fuq, il-qafas ta’ governanza ekonomika ma għandu l-ebda preġudizzju lejn miżuri ta’ dħul fuq miżuri ta’ nefqa, jew viċi versa. Madankollu, filwaqt li l-eżitu tal-azzjonijiet ta’ politika relatati man-nefqa (iż-żieda jew it-tnaqqis tan-nefqa jew it-trasferiment tal-krediti baġitarji minn xi kategoriji ta’ nfiq għal oħrajn) huwa fl-aħħar mill-aħħar rifless fid-diversi varjabbli tan-nefqa li jikkompilaw l-istituti nazzjonali tal-istatistika u l-Eurostat, il-miżuri ta’ dħul diskrezzjonali jridu jiġu stmati ex ante meta jitħejjew il-baġits nazzjonali (u fl-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji għall-Istati Membri taż-żona tal-euro), matul l-implimentazzjoni u ex post. L-APR għandu jirrapporta wkoll dwar in-nefqa nazzjonali fuq il-kofinanzjament ta’ programmi ffinanzjati mill-Unjoni u l-elementi ċikliċi tal-benefiċċju tal-qgħad (fit-Tabella APR 4) (38).

Tabella APR 4

Żviluppi baġitarji

Image 20

Noti:

Il-linja 30 “tkabbir tan-nefqa primarja netta ffinanzjata fil-livell nazzjonali ” tista’ tiġi kkalkulata bl-użu tal-formula li ġejja:
Formula
, fejn e t huwa t-tkabbir tan-nefqa primarja netta ffinanzjata fil-livell nazzjonali (Tabella APR 4, linja 30) għas-sena t,
Formula
u
Formula
huma n-nefqa primarja netta ffinanzjata fil-livell nazzjonali (qabel il-miżuri ta’ dħul) bħala sehem tal-PDG fis-snin t u t-1, rispettivament (Tabella APR 4, linja 29),
Formula
huwa l-miżuri ta’ dħul bħala sehem tal-PDG fis-sena t (Tabella APR 4, linja 10), u g t huwa r-rata ta’ tkabbir tal-PDG nominali fis-sena t (Tabella APR 2, linja 3).

Tabella APR 5

Impatt stmat ta’ miżuri ta’ nefqa u ta’ dħul diskrezzjonali

Image 21

Nota:

minbarra l-miżuri ffinanzjati mill-UE. Il-miżuri għandhom jiġu rrapportati f’inkrementi. Miżuri ta’ darba għandhom dejjem jiġu rreġistrati bħala li għandhom effett ta’ +/-X fis-sena tal-ewwel impatt baġitarju u -/+ X fis-sena ta’ wara, jiġifieri l-impatt ġenerali fuq il-livell ta’ dħul jew infiq f’sentejn konsekuttivi għandu jkun żero. Iż-żidiet (tnaqqis) kemm fin-nefqa kif ukoll fid-dħul għandhom jiġu rrapportati b’sinjal pożittiv (negattiv).

4.5.   Għotjiet u self mill-RRF

Matul il-ħajja tal-RRF, l-APRs għandhom ikomplu jirrapportaw dwar in-nefqa u kostijiet oħra ffinanzjati mill-għotjiet u s-self mill-RRF.

Tabella APR 6

Għotjiet mill-RRF

Image 22

Tabella APR 7

Self mill-RRF

Image 23

4.6.   Informazzjoni dwar ir-riformi u l-investimenti

Għal pajjiżi b’perjodu ta’ aġġustament estiż sa seba’ snin, l-APRs għandhom jirrapportaw speċifikament dwar l-implimentazzjoni tal-impenji ta’ riforma u ta’ investiment li jirfdu l-estensjoni, kif elenkati fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. L-Istat Membru jrid jikkonforma b’mod sodisfaċenti mas-sett ta’ impenji ta’ riforma u ta’ investiment li jirfdu l-estensjoni, u fin-nuqqas ta’ dan il-Kunsill jista’ jirrakkomanda perkors tan-nefqa netta rivedut b’perjodu ta’ aġġustament iqsar abbażi ta’ rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni (Artikolu 20). Fit-Tabella APR 8, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar l-istat ta’ implimentazzjoni ta’ kull wieħed mill-passi ta’ implimentazzjoni (fit-triq it-tajba, imdewwem, lest jew mhux lest). Għal kull pass li jitlesta, it-test tal-APR għandu jispjega għaliex l-Istat Membru jqis li dan il-pass ikun tlesta — f’konformità mal-indikaturi u l-objettiv tiegħu. Għal kull pass li għadu ma tlestiex, it-test tal-APR għandu jispjega s-sitwazzjoni attwali kontra l-iskeda ta’ żmien stabbilita fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Kwalunkwe dewmien jeħtieġ li jiġi rrapportat bi spjegazzjonijiet dettaljati, inkluż jekk hemmx ċirkostanzi oġġettivi li jipprevjenu l-implimentazzjoni sal-iskadenza prevista fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Bl-istess mod, f’każ li kwalunkwe riforma jew investiment ikunu ġew aġġustati mid-disinn oriġinarjament miftiehem tiegħu, kif ukoll f’każ ta’ kwalunkwe treġġigħ lura jew nuqqas ta’ tlestija, l-APR għandu jkun fih spjegazzjonijiet dettaljati (39). Il-Kummissjoni se tivvaluta l-ispjegazzjoni pprovduta u tista’ titlob spjegazzjoni ulterjuri u/jew tieħu azzjoni ulterjuri.

Tabella APR 8

Progress fir-riformi u l-investimenti li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta’ aġġustament

Image 24

Noti:

Ħlief għall-kolonna “pass tal-istatus fit-triq it-tajba”, il-kolonni għandhom jirrepetu l-informazzjoni inkluża fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. il-kolonna “RRF/PA” għandha tkun “RRF” jekk ir-riforma/l-investiment tkun/ikun appoġġata/appoġġat taħt il-kappa tal-RRP tal-Istat Membru; “PA” jekk ir-riforma/l-investiment tkun/ikun ukoll parti mill-ftehim ta’ sħubija tal-Istat Membru u tibqa’ vojta f’każijiet oħra. Għar-riformi u l-investimenti li jirriżultaw mill-RRF, il-kolonna “RRF/PA” għandha tinkludi wkoll referenza għall-miżuri fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill rispettiva. “Data ta’ implimentazzjoni ppjanata” għandha tikkorrispondi għad-“data ta’ implimentazzjoni ppjanata” għal kull pass, kif inkluż fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-pjan fuq terminu medju. F’konformità mal-kategoriji ta’ rapportar f’FENIX, il-“pass tal-istatus fit-triq it-tajba” għal kull pass għandu jindika jekk il-pass huwiex “fit-triq it-tajba” (il-pass huwiex fit-triq it-tajba biex jitlesta sad-data ta’ implimentazzjoni ppjanata), “imdewwem” (il-pass se jitlesta aktar tard mid-data ta’ implimentazzjoni ppjanata, li tkun għadha ma għaddietx fiż-żmien tar-rapportar), “lest” (il-pass ikun tlesta), jew “mhux lest” (id-data ta’ implimentazzjoni ppjanata tkun għaddiet saż-żmien tar-rapportar, iżda l-pass ikun qed jesperjenza dewmien jew ma jistax/mhux se jitlesta).

L-APR għandu jirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta’ riformi u investimenti oħra inklużi fil-pjan fuq terminu medju. L-APRs għandhom jinkludu t-Tabella APR 9, li tkopri r-riformi u l-investimenti elenkati fil-pjanijiet fuq terminu medju li huma maħsuba biex jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-prijoritajiet komuni tal-Unjoni u tas-CSRs (40). Peress li l-pjan fuq terminu medju jiddeskrivi l-azzjoni tal-Istat Membru kkonċernat biex jikkoreġi l-iżbilanċi skont il-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku billi jindirizza s-CSRs rilevanti, l-APR għandu jirrapporta wkoll dwar il-progress fl-indirizzar ta’ dawk l-iżbilanċi (41). Ir-rapportar dwar il-miżuri kollha li jindirizzaw is-CSRs għandu jkompli jsir ukoll permezz tal-interfaċċa CeSaR (42). Għat-trasparenza, ir-rapport ta’ sinteżi dwar l-implimentazzjoni tas-CSR li huwa ġġenerat mis-CeSaR dwar l-implimentazzjoni tas-CSR għandu jiġi mehmuż mal-APR (ara t-Tabella I tal-Anness għal din il-gwida). Ir-rapportar fit-test għandu jiffoka fuq dawk il-miżuri fejn ittieħdu azzjonijiet ta’ politika ġodda mill-preżentazzjoni tal-aħħar APR — filwaqt li tiġi evitata r-ripetizzjoni ta’ żviluppi diġà rrapportati qabel. B’mod partikolari, meta investiment jew riforma tkun għadha kif ġiet immarkata bħala “lesta,” “imdewma” jew “mhux lesta” fit-Tabella APR 9, it-test tal-APR għandu jinkludi spjegazzjoni awtonoma qasira għall-bidla fl-istatus. Aktar dettalji rilevanti jeħtieġ li jiġu inklużi fit-test biss sa fejn dawn mhumiex diġà rrapportati fil-bażi tad-data CeSaR. F’każ ta’ dewmien, aġġustamenti, jew nuqqas ta’ tlestija, it-test tal-APR għandu jispjega wkoll kif l-Istat Membru biħsiebu jibqa’ jilħaq l-objettivi li għandhom jiġu indirizzati mir-riformi u l-investimenti.

Tabella APR 9

Progress fir-riformi u l-investimenti

Image 25

Noti:

il-kolonna “RRF/PA” għandha tkun “RRF” jekk ir-riforma/l-investiment tkun/ikun ukoll parti mill-RRP tal-Istat Membru; “PA” jekk ir-riforma/l-investiment tkun/ikun appoġġata/appoġġat taħt il-kappa tal-ftehim ta’ sħubija tal-Istat Membru u tibqa’ vojta f’każijiet oħra. Għar-riformi u l-investimenti li jirriżultaw mill-RRF, il-kolonna “RRF/PA” għandha tinkludi wkoll referenza għall-miżuri fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill rispettiva. F’konformità mal-kategoriji ta’ rapportar f’FENIX, l-“istatus fit-triq it-tajba” għandu jindika jekk l-investiment jew ir-riforma huwiex/hijiex “fit-triq it-tajba” (ir-riforma/l-investiment hija/huwa fit-triq it-tajba biex titlesta/jitlesta kif ippjanat), “imdewma” (ir-riforma/l-investiment se titlesta/jitlesta aktar tard milli ppjanat u d-data ppjanata tat-tlestija tkun għadha ma għaddietx fiż-żmien tar-rapportar), “lesta” (ir-riforma/l-investiment tkun/ikun tlestiet/tlesta), jew “mhux lesta” (id-data ta’ tlestija ppjanata tkun għaddiet saż-żmien tar-rapportar, iżda r-riforma/l-investiment tkun/ikun qed tesperjenza/jesperjenza dewmien u ma tistax/jistax/mhux se titlesta/jitlesta), bl-Istati Membri jagħżlu l-kategorija li - fil-fehma tagħhom - tikkorrispondi l-aktar mill-qrib mal-istat attwali.

Għat-tul tal-ħajja tal-RRF, l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe riforma u investiment tal-RRP inklużi fil-pjanijiet fuq terminu medju għandha tiġi rrapportata wkoll fl-APRs (Artikolu 36) (43). Il-monitoraġġ ta’ dawk l-impenji ta’ riforma u ta’ investiment, fi kwalunkwe każ, ikompli jseħħ fil-kuntest tal-RRF. Rapportar aktar dettaljat dwar l-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti tal-RRP minn dak inkluż fit-Tabella APR 8 u t-Tabella APR 9 għandu jiġi pprovdut permezz tal-interfaċċa FENIX, bħala parti mit-talbiet għall-pagament u r-rapportar biannwali skont l-Artikolu 27 tar-Regolament RRF. L-Istati Membri huma mistiedna jinkludu rapport ta’ sinteżi estratt mill-interfaċċa FENIX — inkluż l-aktar informazzjoni reċenti dwar ir-rapportar biannwali tal-RRF (ara t-Tabella II tal-Anness ta’ din il-gwida), li jkun mehmuż mal-APR (44). Għar-riformi u l-investimenti koperti fit-Tabella APR 8 u t-Tabella APR 9, ir-rapportar fit-test għandu jiffoka fuq dawk il-miżuri fejn ittieħdu azzjonijiet ta’ politika ġodda mill-preżentazzjoni tal-aħħar APR (jew, fil-każ tal-ewwel APR, mill-preżentazzjoni tal-pjan fuq terminu medju) — filwaqt li jiġu evitati ripetizzjonijiet mhux meħtieġa ta’ żviluppi diġà rrapportati qabel. Meta investiment jew riforma tkun immarkata bħala “lesta,” “imdewma” jew “mhux lesta” fl-APR, it-test għandu jinkludi spjegazzjoni awtonoma, iżda qasira. Lil hinn mill-ispjegazzjoni qasira, it-test tal-APR jeħtieġ biss li jkopri aktar dettalji (dwar riformi jew investimenti lesti, imdewma, jew mhux lesti li jirfdu estensjoni) sal-punt li tali informazzjoni ma tkunx diġà pprovduta permezz tal-interfaċċa FENIX — f’konformità mal-approċċ meħud għar-rapportar tas-CeSaR hawn fuq.

4.7.   Rapportar f’każ ta’ proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv

F’każ ta’ proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv skont il-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku, l-APR għandu jirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ politika li għandhom l-għan li jindirizzaw l-iżbilanċi eċċessivi (Tabella APR 10). F’każ ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv, il-pjan rivedut fuq terminu medju jservi wkoll bħala l-pjan ta’ azzjoni korrettiva previst skont il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (Artikolu 31(3)). Il-pjan għandu mbagħad jistabbilixxi l-azzjonijiet ta’ politika speċifiċi li għandhom l-għan li jindirizzaw l-iżbilanċi eċċessivi — abbażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li tinkludi skeda ta’ żmien għal dawk l-azzjonijiet. Għal kull waħda minn dawk l-azzjonijiet, l-APR għandu jirrapporta dwar il-progress miksub, b’mod partikolari mill-aħħar APR (jew, fil-każ tal-ewwel APR, mill-preżentazzjoni tal-pjan fuq terminu medju), u jispjega jekk humiex fit-triq it-tajba, imdewma, lesti, jew mhux lesti. Għal kull pass li jitlesta, it-test tal-APR għandu jiġġustifika għaliex l-Istat Membru jqis li din ir-riforma jew dan l-investiment ikunu tlestew — f’konformità mal-objettiv tiegħu. Għal kull azzjoni li tiġi mdewma jew li ma tkunx tlestiet, it-test tal-APR għandu jispjega (i) għaliex ikun seħħ id-dewmien jew in-nuqqas ta’ tlestija, (ii) jekk kienx hemm ċirkostanzi oġġettivi li jistgħu jispjegaw dan id-dewmien, (iii) x’inhuma l-pjanijiet biex ilaħħqu mad-dewmien jew biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta’ tlestija, kif ukoll x’inhi l-iskeda ta’ żmien rilevanti, u (iv) jiddeskrivi kwalunkwe sforz ieħor li sar li jikkontribwixxi b’mod suffiċjenti għall-objettiv tal-azzjoni problematika. Filwaqt li l-APR jipprovdi rendikont annwali, il-monitoraġġ u r-rapportar relatat relatati mal-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv jistgħu jsiru wkoll barra mill-kuntest tal-APR.

Tabella APR 10

Progress fir-riformi u l-investimenti biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi eċċessivi (pjan ta’ azzjoni korrettiva)

Image 26

4.8.   L-Annessi li għandhom jiġu inklużi mal-APR

L-APR għandu jinkludi rapportar komprensiv biżżejjed dwar l-implimentazzjoni tal-azzjoni ta’ politika fit-twettiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u b’rispons għall-prijoritajiet komuni l-oħra tal-UE  (45). Huwa rrakkomandat li din l-informazzjoni tiġi inkluża fl-annessi, iżda l-Istati Membri jistgħu jagħżlu wkoll li jintegraw din l-informazzjoni fl-APR innifsu. Din l-informazzjoni għandha tikkomplementa r-rapportar dwar l-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti li ġie diskuss hawn fuq. Għandha tipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva biżżejjed lejn ir-rispons ta’ politika tal-Istat Membru għall-isfidi ewlenin tal-impjiegi, tal-edukazzjoni, tal-ħiliet u dawk soċjali (kif identifikati fl-aħħar Rapport tal-Pajjiż u r-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi, inkluż fl-analiżi tal-Kummissjoni dwar ir-riskji għall-konverġenza soċjali ’l fuq), li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Din il-ħarsa ġenerali għandha tiġi kkomplementata b’informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fit-Tabella III tal-Anness ta’ din il-gwida. Bl-istess mod, l-annessi għandhom jinkludu ħarsa ġenerali komprensiva biżżejjed lejn l-investimenti u r-riformi implimentati mill-NECPs tal-Istati Membri, distinti mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija (id-dekarbonizzazzjoni, l-effiċjenza enerġetika, is-sigurtà tal-enerġija, is-suq intern tal-enerġija, ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività), u l-impatt (stmat) tagħhom fuq id-dekarbonizzazzjoni, fejn applikabbli. Sabiex jiġi minimizzat il-piż amministrattiv, kontroreferenza għar-rapporti biennali ta’ progress tal-NECPs — minħabba r-rilevanza tagħhom għall-prijorità komuni tal-UE dwar it-tranżizzjoni ekoloġika u tal-enerġija u għall-Pjanijiet Direzzjonali Strateġiċi tad-Deċennju Diġitali Nazzjonali — jew kwalunkwe dokument aktar reċenti li jirrapporta dwar il-politiki u l-miżuri rilevanti għandhom jiġu inklużi f’dawn l-annessi tal-APR. F’dawn l-annessi, l-Istati Membri huma mħeġġa wkoll jirrapportaw dwar l-impatt speċifiku tal-miżuri ta’ politika dwar il-klima u tal-miżuri meħuda biex jintlaħqu l-miri u l-objettivi tad-Deċennju Diġitali meħuda bħala parti mill-impenji skont il-pjanijiet strutturali fiskali fuq terminu medju. Fir-rigward tar-rapportar dwar il-progress miksub lejn it-tranżizzjoni diġitali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konsistenza mar-rapportar tagħhom tal-progress diġitali lill-Kummissjoni għall-finijiet tal-Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali (DESI) u għall-monitoraġġ tad-Deċennju Diġitali. Barra minn hekk, l-Istati Membri huma mħeġġa jagħmlu kontroreferenza għall-aħħar data mibgħuta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, kif ukoll jirrapportaw dwar il-progress fl-indirizzar tad-disparitajiet ewlenin enfasizzati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, f’dawn l-annessi.

CeSaR se tkompli tintuża għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri tas-CSRs fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Ir-rapport ta’ sinteżi li huwa ġġenerat mis-CeSaR dwar l-implimentazzjoni tas-CSR (ara t-Tabella I tal-Anness tal-gwida) għandu jiġi mehmuż mal-APR. Bl-istess mod, matul il-ħajja tal-RRF, l-Istati Membri huma mistiedna jehmżu mal-APR ir-rapport ta’ sinteżi estratt mill-FENIX (ara t-Tabella II tal-Anness ta’ din il-gwida).


(1)  L-Istati Membri jistgħu jitolbu assistenza permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku biex isaħħu l-kapaċità u l-għarfien espert fl-oqsma tal-ġestjoni finanzjarja pubblika rilevanti għat-tħejjija tal-pjanijiet tagħhom. Dawn jistgħu jinkludu, fost oħrajn, prattiki ta’ bbaġitjar fuq terminu medju, rieżamijiet tal-infiq, analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn, u l-produzzjoni ta’ statistika fiskali u makroekonomika.

(2)  Ara l-Artikolu 2(2) tar-Regolament.

(3)  F’konformità mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament, il-Kummissjoni se tistabbilixxi kont ta’ kontroll biex iżżomm rendikont tad-devjazzjonijiet kumulattivi ’l fuq u ’l isfel tan-nefqa netta osservata mill-perkors tan-nefqa netta kif stabbilit mill-Kunsill, li għandu jiġi stabbilit mill-ġdid wara l-approvazzjoni mill-Kunsill ta’ pjan fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju ġdid.

(4)  Meta pjan jiġi ppreżentat bejn wieħed u ieħor fl-istess żmien bħall-abbozz tal-baġit annwali għas-sena li jmiss, iċ-ċifri rrapportati fil-pjan għandhom ikunu konsistenti mad-dettalji stabbiliti fl-abbozz tal-baġit annwali.

(5)  Jekk pjan jiġi ppreżentat fil-bidu ta’ sena, pereżempju bejn Jannar u Marzu tas-sena T, qabel ma tkun ġiet ippubblikata d-data tal-eżitu għas-sena T-1 mill-Eurostat u l-istituti nazzjonali tal-istatistika, huwa xieraq li r-rati ta’ tkabbir kumulattiv jiġu ankrati fil-livelli tas-sena T-2. F’każijiet bħal dawn, is-sena bażi tat-tabelli msemmija f’din il-gwida għandha tkun T-2 (minflok T-1).

(6)  Il-pjan għandu jiddikjara d-data limitu tad-data u informazzjoni oħra meqjusa għall-projezzjonijiet makroekonomiċi u baġitarji u għandu juża d-data ppubblikata l-aktar reċenti disponibbli f’dik id-data limitu.

(7)  Skont l-Artikolu 15(1), il-perjodu ta’ żmien tal-pjan jista’ jkun iqsar f’xi każijiet: “ Sa mhux iktar tard minn tnax-il xahar qabel tmiem il-pjan fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju attwali, Stat Membru jista’ jitlob li jippreżenta pjan fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju rivedut lill-Kummissjoni qabel tmiem il-perjodu kopert mill-pjan fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju jekk ikun hemm ċirkostanzi oġġettivi li jipprevjenu l-implimentazzjoni tiegħu f’dak il-perjodu. F’dak il-każ, il-pjan fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju rivedut għandu jkopri l-perjodu li jibqa’ għaddej sa tmiem il-perjodu inizjali tal-pjan. ”

(8)  Jekk disponibbli, l-opinjoni tal-istituzzjoni fiskali indipendenti għandha tiġi mehmuża mal-preżentazzjoni tal-pjan fuq terminu medju lill-Kummissjoni (ara t-Taqsima2.9).

(9)  Jekk pjan jiġi ppreżentat fil-bidu ta’ sena, pereżempju bejn Jannar u Marzu tas-sena T, is-sena T tista’ sservi wkoll bħala l-ewwel sena tal-aġġustament fiskali, u f’dak il-każ il-pjan jimpenja ruħu għal rati ta’ tkabbir tan-nefqa netta għal T sa T+3.

(10)  Filwaqt li jirrikonoxxu l-impatt eċċezzjonali ta’ xokkijiet ekonomiċi reċenti u l-inċertezza attwali fir-rigward ta’ stimi ta’ tkabbir potenzjali, l-Istati Membri jistgħu jużaw serje aktar stabbli minn dawk li jirriżultaw mill-metodoloġija maqbula b’mod komuni għall-ewwel grupp ta’ pjanijiet, dment li dan ikun ġustifikat kif xieraq b’argumenti ekonomiċi u t-tkabbir akkumulat matul il-perjodu ta’ projezzjoni jibqa’ ġeneralment konformi (Artikolu 36).

(11)  Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jkomplu jitolbu dettalji tekniċi dwar tali varjabbli fil-kuntest ta’ proċessi oħra, bħall-iskambji tekniċi mal-Istati Membri bħala parti mill-previżjoni tal-Kummissjoni.

(12)  Id-devjazzjonijiet mill-perkors tan-nefqa netta rakkomandati mill-Kunsill se jiġu rreġistrati fil-kont ta’ kontroll ġestit mill-Kummissjoni.

(13)  L-Istati Membri li jitolbu eċċezzjoni għall-klawżola ta’ ebda posponiment (Artikolu 36(1)(e)) għandhom jirrapportaw ukoll dwar in-nefqa ppjanata ffinanzjata mis-self mill-RRF.

(14)  Huwa importanti li wieħed iżomm f’moħħu d-differenzi fin-natura tad-defiċit nominali u ċ-ċifri tad-dejn fil-pjanijiet għas-snin sa T+4, ma’ dawk fil-previżjonijiet tal-Kummissjoni, meta jitqabblu ċ-ċifri rispettivi. Fil-previżjoni tal-Kummissjoni, il-persunal tal-Kummissjoni jinkludi biss l-impatt ta’ miżuri li huma speċifikati biżżejjed u mħabbra b’mod kredibbli. Fil-pjanijiet, hija meħtieġa biss il-kwantifikazzjoni tal-aġġustamenti fiskali (filwaqt li kwalunkwe kwantifikazzjoni tal-politiki dettaljati tad-dħul u tan-nefqa hija fakultattiva). Fi kliem ieħor, il-projezzjonijiet baġitarji fil-pjanijiet huma bbażati fuq aġġustament fiskali anke qabel ma jiġu speċifikati u mħabbra miżuri dettaljati.

(15)  B’kostruzzjoni, id-data dwar miżuri ta’ nefqa diskrezzjonali mhijiex meħtieġa għall-kalkolu tal-indikatur tat-tkabbir tan-nefqa netta. In-nefqa netta hija kkalkulata abbażi tal-iżviluppi tan-nefqa totali netti mill-miżuri tad-dħul. Għal dik ir-raġuni, il-miżuri tad-dħul huma inklużi b’mod espliċitu fit-tabelli tar-rapportar. Madankollu, dan ma jfissirx li l-qafas il-ġdid għandu preferenza integrata għall-aġġustament meħud permezz tad-dħul jew tan-nefqa. Dan sempliċiment jirriżulta mill-mod kif tiġi definita n-nefqa netta (jiġifieri nefqa netta minn miżuri ta’ dħul diskrezzjonali).

(16)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).

(17)  L-Eurostat u l-komunità tal-istatistika, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet baġitarji nazzjonali, se jistabbilixxu qafas għar-rapportar mill-Istati Membri ta’ data statistika dwar il-kofinanzjament nazzjonali ta’ programmi ffinanzjati mill-Unjoni, meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-regolament u li għadhom ma nġabrux mill-Eurostat fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż. Għall-ewwel, l-Istati Membri jistgħu jiddependu fuq stimi, sakemm jiġi stabbilit il-qafas għall-ġbir u l-forniment ta’ tali data.

(18)  Il-projezzjonijiet u s-suppożizzjonijiet sottostanti għat-trajettorji referenzjarji jiġu kkomunikati mill-Kummissjoni flimkien mat-trajettorji referenzjarji.

(19)  Skont l-Artikolu 9(1) (a) u (b), il-Kummissjoni tibgħat is-suppożizzjonijiet sottostanti tagħha lill-Istati Membri kollha – bħala parti mill-gwida preċedenti tagħha.

(20)  Ara l-konvenzjoni fil-bidu tat-Taqsima 2

(21)  Dawn il-projezzjonijiet u s-suppożizzjonijiet huma inklużi fl-ispreadsheets ipprovduti mill-Kummissjoni.

(22)  Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għandhom jitqiesu “ ‘rilevanti’ ” sakemm l-Istat Membru jkun għadu ma għamilx progress “sħiħ” jew “sostanzjali” fl-indirizzar tagħhom skont it-tifsira tal-eżerċizzju ta’ sorveljanza tas-Semestru Ewropew.

(23)  Skont l-Artikolu 13(c) tar-Regolament, il-pjan għandu jispjega kif se jindirizza l-prijoritajiet komuni tal-Unjoni li ġejjin: (i) tranżizzjoni ekoloġika u diġitali ġusta, inkluża l-konsistenza mal-Liġi Ewropea dwar il-Klima; (ii) ir-reżiljenza soċjali u ekonomika, inkluż il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; (iii) is-sigurtà tal-enerġija; u (iv) fejn meħtieġ, it-tisħiħ tal-mezzi ta’ difiża.

(24)  L-Istati Membri jistgħu jitolbu assistenza għat-tfassil u għall-implimentazzjoni ta’ dawn kollha permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku.

(25)  Ara t-Taqsimiet ta’ hawn fuq 2.3 u t-Taqsima 2.4, dwar kif l-impatt tar-riformi u l-investimenti għandu, jew ma għandux, jiġi inkorporat fil-projezzjonijiet potenzjali tal-PDG.

(26)  Kull wieħed mill-impenji ta’ riforma u ta’ investiment li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta’ aġġustament għandu jissodisfa l-kriterji tal-Artikolu 14(3), inkluż li jkun dettaljat biżżejjed, bil-quddiem, marbut biż-żmien u verifikabbli.

(27)  It-tul tal-perjodu ta’ referenza għal-livell ta’ investiment fuq terminu medju għandu jkun l-aħħar 4 snin qabel il-bidu tal-pjan fuq terminu medju, sakemm il-pjan ma jiddikjarax l-użu ta’ perjodu ta’ żmien differenti abbażi ta’ ġustifikazzjoni soda. It-test tal-pjan għandu għalhekk jirrapporta din iċ-ċifra.

(28)  Għall-fini ta’ din il-gwida, ir-referenza għall-Ftehimiet ta’ Sħubija tinkludi l-programmi skont il-Ftehimiet ta’ Sħubija, peress li dawn jipprovdu ħarsa ġenerali aktar dettaljata u aġġornata lejn ir-riformi u l-investimenti.

(29)  Sabiex jiġi evitat ir-rapportar doppju, ir-riformi u l-investimenti koperti fit-Tabella MTP 8 ma għandhomx jiġu inklużi fit-Tabella MTP 9.

(30)  Aktar gwida dwar ir-rekwiżiti ta’ tali pjanijiet ta’ azzjoni korrettiva tista’ tkun meħtieġa fi stadju aktar tard.

(31)  Għall-Istati Membri taż-żona tal-euro, l-Opinjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji (l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 473/2013) se jikkontribwixxu wkoll għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill li japprovaw il-pjanijiet fuq terminu medju.

(32)  L-Istati Membri huma mħeġġa wkoll jirrapportaw dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-ibbaġitjar ekoloġiku.

(33)  Għall-ewwel sena inizjali tal-APRs, li għandhom jiġu ppreżentati sat-30 ta’ April 2025, l-Istati Membri huma mħeġġa jirrapportaw l-implimentazzjoni tal-politika li tkun seħħet mill-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-2023, inkluż il-konformità mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tal-2024.

(34)  Is-sena bażi fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill hija l-aħħar sena li għaliha hemm data tal-eżitu disponibbli fiż-żmien tar-rakkomandazzjoni.

(35)  Pereżempju, jekk iż-żmien jippermetti dan, l-APR jista’ jintegra b’mod utli r-rapport dwar azzjoni effettiva skont il-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv.

(36)  Iċ-ċifri ta’ projezzjoni għal T u T+1 fit-Tabella APR 1 mhumiex normattivi. Huma għandhom ikunu previżjonijiet li jqisu l-politiki mħabbra b’mod kredibbli f’dettall suffiċjenti fil-mument tal-preżentazzjoni tal-APR, u mhux il-miri ta’ politika.

(37)  Għandha tingħata d-data limitu tal-previżjoni.

(38)  Għad-definizzjoni ta’ kofinanzjament nazzjonali ta’ programmi ffinanzjati mill-Unjoni, jekk jogħġbok ara t-Taqsima 2.4.

(39)  F’każ ta’ dubju, l-Istati Membri huma mħeġġa jiddiskutu mal-Kummissjoni fil-livell tekniku qabel ma jippreżentaw ir-rapport ta’ progress.

(40)  Għall-Istati Membri b’estensjoni tal-perjodu ta’ aġġustament fiskali, it-Tabella APR 9 tinkludi riformi u investimenti għajr dawk li jirfdu l-estensjoni kif elenkati fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-pjan fuq terminu medju, li huma koperti fit-Tabella APR 8.

(41)  F’każ ta’ żbilanċi eċċessivi, ara t-taqsima li jmiss.

(42)  L-interfaċċa CeSaR tista’ tiġi aċċessata fuq: https://webgate.ec.europa.eu/csr. Għat-tul tal-ħajja tal-RRF, ir-rapportar dwar is-CeSaR għandu jiffoka fuq l-indirizzar ta’ dawk is-CSRs mhux koperti mill-RRPs.

(43)  L-informazzjoni pprovduta fl-APRs ma tippreġudikax il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-konformità ma’ rekwiżiti speċifiċi skont l-RRF. F’każ li l-APR jirrapporta dwar bidliet fil-miżuri li diġà jkunu ġew ivvalutati b’mod pożittiv skont l-RRF, l-Istati Membri huma mistiedna jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar tali bidliet qabel ma jippreżentaw l-APR tagħhom.

(44)  Ir-rapport ta’ sinteżi standard estratt mill-interfaċċa FENIX, li jinkludi r-riformi u l-investimenti kollha tal-RRP (mhux biss dawk inklużi fil-pjanijiet strutturali fiskali fuq terminu medju), għandu jiġi mehmuż.

(45)  Dawn jirreferu għall-prijoritajiet li ġejjin: (i) tranżizzjoni ekoloġika u diġitali ġusta, inkluża l-konsistenza mal-Liġi Ewropea dwar il-Klima; (ii) ir-reżiljenza soċjali u ekonomika, inkluż il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; (iii) is-sigurtà tal-enerġija; u (iv) fejn meħtieġ, it-tisħiħ tal-mezzi ta’ difiża.


ANNESS

Tabella I

RAPPORTAR MILL-ISTAT MEMBRU ESTRATT MINN CeSaR

CSR.Sena.Nru

CSR Sena Subparti Nru: Test tas-CSR


Miżuri

Entrata 1

 

Entrata 2

 

Kummenti

Entrata 1

 

Entrata 2

 

Qagħda attwali

Entrata 1

 

Entrata 2

 


Tabella II

RAPPORTAR MILL-ISTATI MEMBRU ESTRATT MINN FENIX

(għandu jitniżżel minn FENIX - fakultattiv)

Subparti tas-CSR

Isem il-miżura

Stadju importanti/isem fil-mira

Data ta’ skadenza (Trimestru)

Status f’Fenix

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Tabella III

RAPPORTAR DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PILASTRU EWROPEW TAD-DRITTIJIET SOĊJALI: IL-MIŻURI EWLENIN U L-IMPATT STMAT TAGĦHOM

Prinċipju tal-pilastru

Lista ta’ miżuri ewlenin ta’ kontribuzzjoni

Impatt stmat tal-miżuri (kwalitattiv u/jew kwantitattiv)

1.

Edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja

1.

2.

3.

 

2.

Ugwaljanza bejn il-ġeneri

1.

2.

3.

 

3.

Opportunitajiet indaqs

1.

2.

3.

 

4.

Appoġġ attiv għall-impjiegi

1.

2.

3.

 

5.

Impjieg sigur u adattabbli

1.

2.

3.

 

6.

Pagi

1.

2.

3.

 

7.

Informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-impjieg u l-protezzjoni f’każ ta’ sensji

1.

2.

3.

 

8.

Djalogu soċjali u involviment tal-ħaddiema

1.

2.

3.

 

9.

Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

1.

2.

3.

 

10.

Ambjent tax-xogħol tajjeb għas-saħħa, sikur u adattat sew u l-protezzjoni tad-data

1.

2.

3.

 

11.

Indukrar tat-tfal u appoġġ għat-tfal

1.

2.

3.

 

12.

Protezzjoni soċjali

1.

2.

3.

 

13.

Benefiċċji tal-qgħad

1.

2.

3.

 

14.

Introjtu minimu

1.

2.

3.

 

15.

Introjtu tax-xjuħija u pensjonijiet

1.

2.

3.

 

16.

Kura tas-saħħa

1.

2.

3.

 

17.

Inklużjoni tal-persuni b’diżabbiltà

1.

2.

3.

 

18.

Kura fit-tul

1.

2.

3.

 

19.

Akkomodazzjoni u assistenza għal persuni mingħajr dar

1.

2.

3.

 

20.

Aċċess għal servizzi essenzjali

1.

2.

3.

 


Tabella IV

RAPPORTAR DWAR L-SDGs: DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI EWLENIN U L-IMPATT STMAT TAGĦHOM

SDG

Lista ta’ miżuri ewlenin ta’ kontribuzzjoni

Impatt stmat tal-miżuri (kwalitattiv u/jew kwantitattiv)

1.

Ebda faqar

1.

2.

3.

 

2.

Ebda ġuħ

1.

2.

3.

 

3.

Saħħa tajba u benesseri

1.

2.

3.

 

4.

Edukazzjoni ta’ kwalità

1.

2.

3.

 

5.

Ugwaljanza bejn il-ġeneri

1.

2.

3.

 

6.

Ilma nadif u sanitazzjoni

1.

2.

3.

 

7.

Enerġija affordabbli u nadifa

1.

2.

3.

 

8.

Xogħol deċenti u tkabbir ekonomiku

1.

2.

3.

 

9.

Industrija, innovazzjoni u infrastruttura

1.

2.

3.

 

10.

Tnaqqis fl-inugwaljanzi

1.

2.

3.

 

11.

Bliet u komunitajiet sostenibbli

1.

2.

3.

 

12.

Konsum u produzzjoni responsabbli

1.

2.

3.

 

13.

Azzjoni klimatika

1.

2.

3.

 

14.

Il-ħajja taħt l-ilma

1.

2.

3.

 

15.

Il-ħajja fuq l-art

1.

2.

3.

 

16.

Paċi, ġustizzja u istituzzjonijiet b’saħħithom

1.

2.

3.

 

17.

Sħubiji biex jintlaħqu l-għanijiet

1.

2.

3.

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3975/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)