Sentenza tal-Qorti tal-Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Mejju 2011 – Flaco-Geräte vs UASI – Delgado Sánchez (FLACO)
(Kawża T‑74/10)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FLACO – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FLACO – Raġuni relattiva għal rifjut – Identiċità tal-prodotti – Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Talba għall-prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti mressqa għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u Regola 22 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”
1. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja preċedenti identika rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(a)) (ara l-punti 37, 48)
2. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 37, 57)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Novembru 2009 (Każ R 86/2009 2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Jesus Delgado Sánchez u Flaco-Geräte GmbH. |
Informazzjoni dwar il-kawża
|
Aplikant għat-trade mark Komunitarja: |
Flaco-Geräte GmbH |
|
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
Trade mark verbali FLACO għal prodotti fil-klassijiet 7 sa 9 u 11 – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 4108502 |
|
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: |
Jesús Delgado Sánchez |
|
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: |
Trade mark Spanjola FLACO rreġistrata għal prodotti fil-klassi 7 |
|
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: |
Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja parzjalment miċħuda |
|
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: |
Appell miċħud |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Flaco Geräte GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |