|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/334 |
17.2.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/334
tal-14 ta’ Frar 2025
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2024/583 dwar operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-10 ta’ Jannar 2024, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2722 (2024), li tikkundanna bl-aktar mod qawwi l-attakki mill-Houthis fuq bastimenti merkantili u kummerċjali, filwaqt li tenfasizza l-importanza tal-eżerċizzju tad-drittijiet u l-libertajiet tan-navigazzjoni tal-bastimenti tal-Istati kollha fil-Baħar l-Aħmar, inkluż għall-bastimenti merkantili u kummerċjali li jgħaddu mill-Istrett tal-Baab al-Mandab, f’konformità mal-liġi internazzjonali, filwaqt li tesiġi li l-Houthis immedjatament iwaqqfu l-attakki kollha bħal dawn, kif ukoll tafferma li l-eżerċizzju tad-drittijiet u l-libertajiet tan-navigazzjoni minn bastimenti merkantili u kummerċjali, f’konformità mal-liġi internazzjonali, irid jiġi rrispettat, u b’kont meħud tad-dritt tal-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti, f’konformità mal-liġi internazzjonali, li jiddefendu l-bastimenti tagħhom minn attakki, inkluż attakki li jdgħajfu d-drittijiet u l-libertajiet tan-navigazzjoni. |
|
(2) |
Fit-8 ta’ Frar 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/583 (1) li stabbiliet operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES). |
|
(3) |
Fid-19 ta’ Frar 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/632 (2), li nediet l-EUNAVFOR ASPIDES b’mandat sat-18 ta’ Frar 2025. |
|
(4) |
Fis-17 ta’ Ottubru 2024, il-Kunsill Ewropew, meta tenna l-appell tiegħu lill-Houthis biex iwaqqfu immedjatament l-attakki kollha u biex jippermettu li terġa’ tiġi stabbilita s-sigurtà marittima, issottolinja l-kontribut kruċjali tal-EUNAVFOR ASPIDES fil-promozzjoni tas-sigurtà marittima u l-libertà tan-navigazzjoni. |
|
(5) |
Fit-28 ta’ Novembru 2024, fil-kuntest tar-Rieżami Strateġiku tal-operazzjoni, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) irrakkomanda li l-EUNAVFOR ASPIDES tiġi estiża sat-28 ta’ Frar 2026. |
|
(6) |
Fil-21 ta’ Jannar 2025, il-KPS qabel ukoll li, sabiex tiġi żgurata sensibilizzazzjoni dwar is-sitwazzjoni marittima fiż-Żona tal-Operazzjoni, jenħtieġ li l-EUNAVFOR ASPIDES tiġbor informazzjoni, flimkien mad-data meħtieġa għall-protezzjoni tal-bastimenti, dwar it-traffikar tal-armi u dwar flotot mistura bil-ħsieb li dik l-informazzjoni tiġi kondiviża mal-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC), l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija Kriminali (INTERPOL), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (EUROPOL) u l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), kif adatt. |
|
(7) |
Fil-15 ta’ Jannar 2025, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta l-UNSCR 2768 (2025), li tfakkar, b’mod partikolari, fl-importanza tas-sigurtà marittima u rrikonoxxa li ż-żamma tas-sigurtà marittima fir-reġjun tal-Baħar l-Aħmar hija essenzjali għall-istabbiltà tal-ktajjen tal-provvista globali u l-iżvilupp ekonomiku. Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tenna t-talba tiegħu li l-Houthis iwaqqfu immedjatament l-attakki kollha kontra l-bastimenti tal-merkanzija u kummerċjali. |
|
(8) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2024/583 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/583 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu li ġej: “6. Sabiex tiġi żgurata sensibilizzazzjoni dwar is-sitwazzjoni marittima fiż-Żona tal-Operazzjoni, l-EUNAVFOR ASPIDES għandha tiġbor informazzjoni, flimkien mad-data meħtieġa għall-protezzjoni tal-bastimenti, dwar it-traffikar tal-armi u dwar flotot mistura, bil-ħsieb li dik l-informazzjoni tiġi kondiviża mal-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC), l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija Kriminali (INTERPOL), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (EUROPOL) u l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), kif adatt.” |
|
(2) |
fl-Artikolu 6, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “5. L-EUNAVFOR ASPIDES għandha tikkoordina mill-qrib mal-industrija tat-tbaħħir, b’mod partikolari permezz taċ-Ċentru għas-Sigurtà Marittima – l-Oċean Indjan (MSC IO).” |
|
(3) |
fl-Artikolu 9, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-EUNAVFOR ASPIDES għall-perjodu mid-19 ta’ Frar 2025 sat-28 ta’ Frar 2026 għandu jkun ta’ EUR 17 400 000. Il-perċentwal tal-ammont ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 51(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 għandu jkun ta’ 20 % għal impenji u 20 % għal pagamenti.” |
|
(4) |
l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
l-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. SZŁAPKA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/583 tat-8 ta’ Frar 2024 dwar operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES) (ĠU L, 2024/583, 12.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/583/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/632 tad-19 ta’ Frar 2024 li tniedi l-operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES) (ĠU L, 2024/632, 20.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/632/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/334/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)