|
16.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
325 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1212/2005
tal-25 ta' Lulju 2005
li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (1) tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni minn prodotti mibjugħa taħt il-prezz impurtati minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, (ir-“Regolament bażiku”) u b’mod partikulari l-Artikolu 9 tiegħu,
B’rispett lejn il-proposta sottomessa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
|
(1) |
Fit-30 ta’ April 2004, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta’ avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2), il-bidu ta’ proċeduri kontra l-bejgħ taħt il-prezz ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut impurtati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) u maħduma hemm. |
|
(2) |
Il-proċeduri bdew wara li sar ilment f’Marzu 2004 minn EUROFONTE (“il-kwerelant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw parti kbira, f’dan il-każ iżjed minn 50 % tal-produzzjoni totali ta’ prodotti tal-ħadid fondut fil-Komunità. L-ilment kien fih prima facie provi ta’ bejgħ taħt il-prezz tal-prodott imsemmi u ta’ dannu materjali kkaġunat minn dan kollu, li tqiesu li kienu biżżejjed biex jiġġustifikaw il-bidu ta’ proċeduri. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-kwerelant, il-produtturi tal-Komunità msemmija fl-ilment, il-produtturi l-oħra kollha magħrufa fil-Komunità, l-awtoritajiet ta’ l-RPĊ, il-produtturi li jesportaw, l-importaturi, kif ukoll l-assoċjazzjonijiet ikkonċernati dwar il-bidu ta’ l-istħarriġ. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu li jinstemgħu fil-limiti taż-żmien mogħtija fl-avviż dwar il-bidu tal-proċeduri. |
|
(4) |
Numru ta’ produtturi tal-Komunità rappreżentati mill-applikant, produtturi oħrajn tal-Komunità li kkooperaw, produtturi li jesportaw, importaturi, kumpaniji ta’ provvista u assoċjazzjonijiet oħra li jużaw il-prodotti wasslu l-fehmiet tagħhom. Il-partijiet interessati kollha li talbu fil-limiti taż-żmien imsemmi iżjed ’il fuq u wrew li kien hemm raġunijiet partikulari għalfejn għandhom jinstemgħu ngħataw l-opportunità li jinstemgħu. |
1. It-teħid ta’ kampjuni, trattament ta’ l-ekonomija tas-suq u trattament individwali
|
(5) |
Minħabba n-numru kbir ta’ produtturi li jesportaw, il-produtturi tal-Komunità u importaturi mdaħħla fl-istħarriġ, l-applikazzjoni tal-metodi tat-teħid tal-kampjuni kien previst fl-avviż dwar il-bidu tal-proċeduri, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
|
(6) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk kienx hemm bżonn ta’ teħid ta’ kampjuni u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, produtturi li jesportaw u rappreżentanti li kienu qed jidhru f’isimhom, produtturi tal-Komunità u importaturi ġew mitluba jippreżentaw lilhom infushom u jagħtu tagħrif kif speċifikat fl-avviż tal-bidu dwar il-proċeduri. Il-Kummissjoni kkuntattjat ukoll assoċjazzjonijiet magħrufa ta’ produtturi li jesportaw u lill-Awtoritajiet ta’ l-RPĊ. Dawn il-partijiet ma qajmu l-ebda oġġezzjoni għat-teħid tal-kampjuni. |
|
(7) |
B’kollox, 33 esportatur/produttur fl-RPĊ, 24 produttur tal-Komunità u 15 importatur wieġbu għall-kwestjonarju dwar it-teħid tal-kampjuni fil-limiti taż-żmien u taw it-tagħrif mitlub. |
|
(8) |
Sabiex produtturi ta’ l-RPĊ li jesportaw jitħallew iressqu talba għal trattament tal-ekonomija tas-suq (TES) jew trattament individwali (TI), jekk hekk kienu jixtiequ, il-Kummissjoni bagħtet ukoll formoli b’talbiet TES jew TI lill-kumpaniji Ċiniżi magħrufa li kellhom x’jaqsmu, u lill-kumpaniji l-oħra kollha li ppreżentaw irwieħhom fiż-żmien stipulat fl-avviż dwar il-bidu tal-proċeduri. Rigward dan, 21 kumpanija talbu TES skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, u 3 kumpaniji talbu TI biss skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. |
|
(9) |
L-għażla tat-teħid tal-kampjuni mill-produtturi li jesportaw saret wara konsultazzjoni ma’ produtturi ta’ l-RPĊ li jesportaw u jikkooperaw u mill-awtoritajiet ta’ l-RPĊ. Il-kampjun tal-produtturi li jesportaw inħadem fuq il-bażi ta’ l-akbar volum rappreżentattiv ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità (li ġew eżaminati jew individwalment jew bħala grupp ta’ kumpaniji relatati), li b’mod raġjonevoli setgħu jiġu mħarrġa fil-limiti taż-żmien mogħti u jekk il-kumpaniji kellhomx l-intenzjoni japplikaw għat-Trattament ta’ l-Ekonomija tas-Suq. Dawk il-kumpaniji biss li kellhom l-intenzjoni japplikaw għal Trattament ta’ l-Ekonomija tas-Suq kienu mdaħħla fil-kampjun, peress li f’ekonomija fi stadju ta’ tranżizzjoni, il-valur normali għall-kumpaniji oħra huwa stabbilit fuq il-bażi ta’ prezzijiet jew il-valur normali mibni fuq pajjiż terz analogu. Fuq din il-bażi, intagħżel kampjun rappreżentattiv ta’ seba’ produtturi esportaturi. Is-seba’ kumpaniji li tteħdilhom kampjun irrappreżentaw, skond it-tweġibiet għall-eżerċizzju tat-teħid tal-kampjuni, madwar 50 % ta’ l-esportazzjoni tal-produtturi kollha li kkooperaw. |
|
(10) |
Rigward il-produtturi tal-Komunità, skond 17(1) tar-Regolament bażiku, il-kampjun intagħżel wara konsultazzjoni mal-produtturi li kkooperaw u bi qbil magħhom fuq il-bażi ta’ l-akbar volum rappreżentattiv tal-produzzjoni u bejgħ fil-Komunità. Bħala riżultat ta’ dan, fil-kampjun intagħżlu ħames produtturi tal-Komunità. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-ħames kumpaniji magħżula, u rċeviet erba’ tweġibiet sħaħ fil-limiti taż-żmien mogħtija. Waħda minn dawn il-kumpaniji bagħtet it-tweġiba tagħha wara limiti taż-żmien estiżi għal dan il-għan u għalhekk ġiet eskluża mill-proċeduri. |
|
(11) |
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-importaturi, skond 17(1) tar-Regolament bażiku, il-kampjun intagħżel wara konsultazzjoni ma’ l-importaturi li kkooperaw u bi qbil l-ewwel nett fuq il-bażi ta’ l-akbar volum rappreżentattiv ta’ l-importazzjoni fil-Komunità u t-tieni nett fuq il-bażi ta’ distribuzzjoni ġeografika. Mill-15-ilkumpanija, tnejn instabu li kellhom partijiet relatati mdaħħla fil-manifattura fl-RPĊ u ġew esklużi mit-teħid tal-kampjuni, għax kellhom jiġu mħarrġa fil-qafas tat-teħid tal-kampjuni għall-produtturi esportaturi. Bħala riżultat, intagħżlu erba’ importaturi, li minnhom tlieta bagħtu tweġibiet sħaħ tal-kwestjonarju. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ biex tieħu deċiżjoni preliminari dwar il-bejgħ taħt il-prezz, id-dannu li rriżulta minn dan u l-interess tal-Komunità. Saru żjarat ta’ verifika fil-bini ta’ dawn il-kumpaniji li ġejjin magħżula għal kampjun:
|
|
(13) |
Fid-dawl tal-ħtieġa li jigi stabbilit il-valur normali ta’ produtturi fl-RPĊ li jesportaw li lilhom jista’ ma jingħatax it-TES, biex jiġi stabbilit il-valur normali imsejjes fuq it-tagħrif minn pajjiż analogu, saret żjara ta’ verifika f’din il-kumpanija li ġejja:
|
|
(14) |
L-istħarriġ dwar bejgħ taħt il-prezz u d-dannu kopra l-perjodu bejn l-1 ta’ April 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004 (“perjodu ta’ stħarriġ” jew “PS”). L-eżami tax-xejriet rilevanti ghal-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu minn Jannar 2000 sa l-aħħar tal-PS (“perjodu ta’ stħarriġ”). |
B. IL-PRODOTT KONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
1. Ġenerali
|
(15) |
Il-prodotti tal-ħadid fondut huma ġeneralment magħmula minn gwarniċ, li hu mdaħħal fl-art, u huwa għatu jew gradilja, imqiegħda xifer ma’ xifer ma’ wiċċ l-art użata min-nies biex jimxu fuqha u/jew mill-vetturi u li direttament trid tkun tiflaħ il-piż u l-impatt ta’dawk li jimxu minn fuqha u/jew it-traffiku tal-vetturi. Il-gwarniċ jitqiegħed direttament fuq is-saqaf ta’ kamra mibnija mill-konkrit jew mill-briks. Hija użata biex tkun tagħti u/jew tidħol minnha għal kamra taħt l-art. |
|
(16) |
Il-prodotti tal-ħadid fondut iservu biex jgħattu kamra taħt l-art u għandhom jifilħu l-piż tal-vetturi u tan-nies li jgħaddu minn fuqhom. L-għatu jew gradilja huma meħtieġa biex jibqgħu mwaħħlin fil-gwarniċ biex jevitaw li jkun hemm tniġġis bil-ħsejjes, li n-nies iweġġgħu jew li ssir ħsara lill-vetturi. Il-prodotti tal-ħadid fondut għandhom jipprovdu dħul bla periklu u faċli għall-kamra taħt l-art. Kemm jekk dan ikun biex tidħol persuna jew għal-spezzjoni sa fejn jagħtu l-għajnejn. |
|
(17) |
Il-prodotti tal-ħadid fondut ivarjaw fil-forma u fid-daqs. Huma mfassla biex ikunu daqs il-qisien tal-kamra li jgħattu u li għaliha jipprovdu d-dħul. Il-gwarniċi tal-prodott huma normalment f’għamla ta’ ċirku, kwadru jew rettangolu. L-għatu u l-gradilji ssibhom f’kull forma li tinkludi iżda mhix limitata għal dik trijangulari, ċirkolari, kwadra jew rettangulari. |
|
(18) |
Il-prodotti tal-ħadid fondut huma magħmula minn ħadid griż u faċli biex jinħadem. Huma maħduma minn ammonti varji ta’ fdalijiet ta’ l-azzar, kokk, ħadid għadu ħiereġ mill-kalkara, trab tal-karbonju, ġebla tal-ġir, taħlita tal-ħadid u s-silikon, u l-manjeżju li jiddependu fuq il-proċess ta’ manifattura u t-tip ta’ prodott aħħari, jiġifieri jew ħadid griż jew li huwa faċli biex jinħadem. Hemm żewġ metodi li jintużaw biex jiddewweb il-ħadid waqt il-produzzjoni tal-ħadid fondut, jiġifieri billi tuża jew forn ta’ l-elettriku jew forn ieħor fejn jiddewweb il-metall. Il-process tal-produzzjoni jixxiebah ħafna għall-prodotti ta’ ħadid fondut magħmul mill-ħadid griż jew minn dak faċli biex jinħadem. Id-differenza ewlenija fil-proċess tal-produzzjoni tal-ħadid li faċli biex jinħadem hija li l-manjesju huwa miżjud mal-karbonju fil-ħadid biex jibdlu minn forma saffi saffi għal struttura sferika, waqt li dan ma jsirx għall-ħadid griż. Malli l-proċess tat-tidwib jintemm, il-ħadid imdewweb jitferra’ jew bl-idejn jew bil-magni ġewwa forma. |
2. Prodott konċernat
|
(19) |
Il-prodott konċernat huwa ċerti prodotti tal-ħadid fondut mhux-malleabli ta’ tip użat biex jgħatti u/jew jipprovdi dħul f’sistemi ma’ l-art jew taħt il-wiċċ, u partijiet ta’ dawn, maħdum jew le bil-magni, miksi jew miżbugħ jew imwaħħal ma’ materjali oħra maħduma fl-RPĊ (“il-prodott konċernat”), normalment iddikjarat taħt il-kodiċi tan-NM 7325 1051 u 7325 10 92 u xi drabi ddikjarat taħt il-kodiċi tan-NM 7325 10 99 . Dawn il-kodiċi tan-NM jikkorrispondu għall-preżentazzjonijiet differenti tal-prodott (li jinkludu gotien tat-toqob ta’ l-ispezzjonar, uċuh biex jgħattu l-kanali ta’ l-ilma u kaxxi tal-wiċċ). Dawn il-preżentazzjonijiet kollha kemm huma instabu li kienu jinxxiehbu biżżejjed biex jitqiesu bħala prodott wieħed għall-għan ta’ dawn il-proċeduri. Għandu jiġi nnutat li l-idranti għat-tifi tan-nar taħt l-art huma meqjusa materjalment differenti minn kaxxa tal-wiċċ, minħabba l-użu u l-bini tagħhom, u għalhekk mhumiex meqjusa bħala l-prodott konċernat. |
|
(20) |
Il-produzzjoni tal-ħadid fondut fl-RPĊ tuża l-iżjed fran tat-tip “cupola” biex iddewweb il-ħadid waqt li l-industrija tal-Komunità tuża l-iżjed fran ta’ l-elettriku waqt il-proċess tat-tidwib. Barra minn hekk, il-proċess tal-produzzjoni fl-RPĊ huwa differenti minn dak ta’ l-UE peress li l-produtturi fl-RPĊ iferrgħu l-ħadid imdewweb bl-idejn waqt li l-produtturi ta’ l-UE iferrgħuh bil-magni. Il-prodotti tal-ħadid fondut jagħmluhom minn ħadid griż jew faċli li jinħadem. Huma prodotti minn ammonti varji ta’ fdalijiet ta’ l-azzar, kokk, ħadid għadu ħiereġ mill-kalkara, trab tal-karbonju, ġebla tal-ġir, taħlita tal-ħadid u s-silikon, u l-manjeżju li jiddependu fuq il-proċess ta’ manifattura u t-tip ta’ prodott aħħari, jiġifieri jew ħadid griż jew li faċli biex jinħadem. Hemm żewġ metodi li jintużaw biex jiddewweb il-ħadid waqt il-produzzjoni tal-ħadid fondut, jiġifieri billi tuża jew forn ta’ l-elettriku jew forn ieħor tat-tip “cupola” fejn jiddewweb il-metall. Il-proċess tal-produzzjoni jixxiebah ħafna għall-prodotti tal-ħadid fondut magħmul mill-ħadid griż jew minn dak faċli biex jinħadem. Id-differenza ewlenija fil-proċess tal-produzzjoni tal-ħadid li faċli biex jinħadem hija li l-manjesju huwa miżjud mal-karbonju fil-ħadid biex jibdlu minn forma saffi saffi għal struttura sferika, waqt li dan ma jsirx għall-ħadid griż. Malli l-proċess tat-tidwib jintemm, il-ħadid imdewweb jitferra’ jew bl-idejn jew bil-magni ġewwa forma. Fl-RPĊ jipproduċu prodotti tal-ħadid fondut kemm mill-ħadid griż kif ukoll min dak faċli li jinħadem. |
|
(21) |
Id-differenzi bejn il-ħadid griż u dak faċli li jinħadem huma li l-ħadid griż huwa magħmul minn grafitta saffi saffi; dan jipproduċi materjal iżjed iebes u fl-aħħar mill-aħħar bil-massa tieghu jissikka l-prodott tal-ħadid fondut f’postu. Il-ħadid faċli li jinħadem huwa grafitta sferika li jipproduċi prodott iżjed flessibbli li għandu karatteristiċi iżjed ergonomiċi imma għandu bżonn jitqiegħed sew f’postu minn tagħmir li jissakkar. |
|
(22) |
L-istħarriġ wera, kif intqal iżjed ’il fuq, li t-tipi kollha tal-ħadid fondut minkejja d-differenzi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ħadid griż jew dak iżjed faċli li jinħadem, għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi, bażikament jintużaw għall-istess skopijiet u jistgħu jitqiesu bħala tipi differenti ta’ l-istess prodott. |
|
(23) |
Għalhekk, għall-għan ta’ dan l-istħarriġ il-prodott konċernat huwa prodott tal-ħadid fondut, kif deskritt fil-parti ġenerali, maħdum fl-RPĊ. |
3. Prodott simili
|
(24) |
Ma nstabu l-ebda differenzi bejn il-prodott konċernat u l-prodotti tal-ħadid fondut maħduma u mibjugħa fl-Indja, li serviet bħala pajjiż analogu għall-għan biex jiġi stabbilit il-valur normali għal fejn għandha x’taqsam l-RPĊ. |
|
(25) |
Ma nstabu l-ebda differenzi bejn il-prodott konċernat u l-prodotti tal-ħadid fondut maħduma u mibjugħa fil-Komunità mill-industrija tal-Komunità. |
|
(26) |
Ċerti partijiet argumentaw li l-prodotti tal-ħadid fondut maħduma mill-industrija tal-Komunità u mibjugħa fis-suq tal-Komunità ma kinux bħall-prodott konċernat. Huma sostnew partikularment li normi użati fil-livell Ewropew huma speċifikati fl-istandard EN124 u li normi nazzjonali jkopru EN124 iżda s-soltu jistipulaw iżjed dettalji u b’hekk joħolqu differenzi distinti bejn prodotti mibjugħa f’kull suq nazzjonali. B’żjieda ma’ dan ċerti partijiet sostnew b’mod partikulari li huma jqassmu l-hekk imsejjah prodott ta’ għata “gatic”, li huwa alternattiva kummerċjali għall-għotien normali tat-triq li jintuża f’rokna distinta tas-suq fejn speċifikazzjonijiet għall-proġetti ta’ inġinerija jitolbu prodotti li għandhom standard għoli. Huma argumentaw li dan il-prodott huwa kumplimentari għall-prodott standard, u li ma jistax jitqies bħala sostitut. Għalhekk saret it-talba biex jiġi eskluż il-prodott “gatiku” mid-definizzjoni tal-prodott konċernat. |
|
(27) |
Rigward l-ewwel argument, għandu jiġi nnutat li meta mibjugħa fuq is-suq tal-Komunità, kemm il-prodotti simili kif ukoll il-prodott kkonċernat jeħtieġu jkunu konformi ma’ l-istandards EN124 u n-normi nazzjonali. B’hekk, dan jiddetermina l-kriterji użati biex jiddeterminaw x’inhu “prodott simili” li huma l-karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi, u fl-aħħar mill-aħħar x’użu jsir u x’funzjoni jaqdi l-prodott. Prodotti tal-ħadid fondut maħduma mill-industrija tal-Komunità u mibjugħa fis-suq tal-Komunità huma magħmula minn ħadid griż jew minn ħadid li faċli jinħadem u nstab li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi u jintużaw bħall-prodott konċernat. Bl-istess mod, id-differenzi f’dawk li huma normi nazzjonali ma jaffettwaw bl-ebda mod id-definizzjoni tal-prodott simili, għax ma tista’ ssir l-ebda distinzjoni ċara bejn il-prodotti f’dak li għandu x’jaqsam mal-karatteristiċi bażiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi, l-użu li fl-aħħar mill-aħħar isir minnhom u kif jarawhom dawk li jużawhom. F’dak li għandu x’jaqsam mal-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi tal-prodott, dawn huma ddeterminati mill-funzjoni, l-istallazzjoni u l-post fejn jitwaħħlu, u huma l-iżjed kemm jifilħu piż tat-traffiku li jiddependi l-iżjed mill-kategorija ta’ piż lijifilħu, l-istabbiltà tal-għatu u l-gradilja fil-gwarniċ u d-dħul bla periklu u ħafif li jippermettu. Il-prodott jista’ jkun tal-ħadid fondut magħmul minn ħadid griż jew dak faċli li jinħadem u l-għatu u/jew il-gwarniċ tat-toqba ta’ l-ispezzjoni tista’ timtela’ bil-konkrit jew b’materjal ieħor. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kif jintuża l-prodott, l-għatu u l-gwarniċ tal-ħadid fondut iġibu flimkien il-linji ta’ taħt l-art u dak li hemm fil-wiċċ tat-triq jew tal-bankina. Il-karatteristiċi msemmija hawn fuq kollha japplikaw ukoll għall-hekk imsejjaħ prodott “gatic”, li ma jistgax jintgħaraf mil-prodott konċernat ta’ kwalunkwe wieħed minnhom. L-argument għal prodott gatic eskluż mill-prodott konċernat ġie għalhekk miċħud. |
|
(28) |
Fl-aħħarnett, ma nstabu l-ebda differenzi bejn il-prodott konċernat kif esportat u prodotti tal-ħadid fondut, li kienu maħduma u mibjugħa fis-suq domestiku ta’ l-esportaturi. |
|
(29) |
Qed jigi konkluż li, skond Artikolu 1(14) tar-Regolament bażiku u għall-għan ta’ dan l-istħarriġ, kull tip ta’ forma ta’ ħadid fondut maħdum u mibjugħ fis-suq domestiku ta’ l-RPĊ, dawk maħduma u mibjugħa fl-Indja u dawk maħduma u mibjugħa mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità huma l-istess bħall-prodott konċernat. |
Ċ. BEJGĦ TAĦT IL-PREZZ
1. Teħid ta’ kampjuni
|
(30) |
Ta’ min ifakkar li fid-dawl tan-numru kbir ta’ kumpaniji involuti, ġie deċiż li jsir użu mid-dispożizzjonijiet tat-teħid tal-kampjuni skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, u li għal dan l-iskop, intgħażel kampjun ta’ seba’ kumpaniji bl-akbar volum ta’ esportazzjoni lejn l-UE, wara konsultazzjoni ma’ l-awtoritajiet Ċiniżi. |
|
(31) |
F’dan ir-rigward, l-analiżi iżjed tard kixfet li mis-seba kumpaniji li ntagħżlu fil-bidu, TES skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku seta’ jingħata biss lill-kumpanija waħda, u li TI skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku seta’ jingħata lil tlieta mill-kumpaniji li kienu fil-kampjun. |
|
(32) |
Il-dispożizzjonijiet dwar it-teħid tal-kampjun għalhekk ġew applikati kif ġej. Il-marġni individwali ta’ bejgħ taħt il-prezz ġie stabbilit għall-unika kumpanija li ingħatat t-TES, ġie wkoll attribwit lill-kumpaniji mhux fil-kampjun li ingħatalhom TES. Il-kumpaniji li ingħatalhom IT u ma kinux fil-kampjun ingħataw il-medja statistikament kalibrata tal-marġni ta’ bejgħ taħt il-prezz tat-tliet kumpaniji fil-kampjun li ngħataw TI. |
2. Trattament ta’ l-Ekonomija tas-Suq
|
(33) |
Skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fi stħarriġ kontra bejgħ taħt il-prezz ta’ prodotti importati maħduma fl-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skond il-paragrafi 1 sa 6 ta’ l-Artikolu 2(7) għal dawk il-produtturi li nstab li ssodisfaw il-kriterji mniżżla fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. |
|
(34) |
Fil-qosor, u biex isservi biss ta’ referenza ta’ malajr, il-kriterji tat-TES huma kif ġejjin:
|
|
(35) |
Fl-istħarriġ preżenti, 21 produttur fl-RPĊ li jesportaw identifikaw irwieħhom u talbu t-TES skond l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku. Kull applikazzjoni għat-TES ġiet analizzata. Fid-dawl tan-numru kbir ta’ kumpaniji interessati, stħarriġ fuq il-post sar fil-bini ta’ seba kumpaniji biss. F’dak li għandu x’jaqsam mal-kumpaniji l-oħra, saret analiżi dettaljata tat-tagħrif kollu li ngħata, u kien hemm skambju wiesgħa ta’ korrispondenza mal-kumpaniji interessati, fejn kellhom elementi fit-talba tagħhom nieqsa jew mhux ċari. Fejn kien hemm sussidjarju jew kumpanija oħra b’xi rabta ma’ l-applikant fl-RPĊ, il-parti relatata ġiet mistiedna wkoll timla l-formola għat-talba tat-TES. Tassew it-TES jista’ jingħata biss jekk il-kumpaniji relatati jissodisfaw il-kriterji mniżżla iżjed ’il fuq. |
|
(36) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-kumpaniji li fihom sar stħarriġjiet fuq il-post, l-istħarriġ sab li waħda mis-seba kumpaniji Ċiniżi produtturi li jesportaw ssodisfaw il-kondizzjonijiet kollha tat-TES. Is-sitt applikazzjonijiet l-oħra ġew miċħuda fuq il-bażi mniżżla fit-tabella iktar ’l isfel. |
|
(37) |
F’dak li ghandu x’jaqsam ma’ l-14 il-kumpanija l-oħra, l-analiżi li saret lil kull kumpanija individwali sabet li t-TES m’għandux jingħata lil 10 kumpaniji. Tlieta minn dawn l-10 kumpaniji ma kkooperawx sew fl-istħarriġ, jew għax ma tawx fiż-żmien dovut it-tagħrif mitlub jew għax kienu kumpaniji li jbiegħu biss u l-kumpanija li timmanifattura l-prodott għalihom ma kkooperatx. Għas-seba l-oħra minn dawn l-10, il-kriterji mhux sodisfatti huma wkoll imniżżla fit-tabella iżjed ’l isfel. L-erba kumpaniji l-oħra rnexxielhom juru li ssodisfaw il-ħames kriterji rilevanti tat-TES. |
|
(38) |
It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor x’wassal għal kull kumpanija biex ma tingħatax it-TES, skond il-ħames kriterji mniżżla fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku. Għandu jingħad li għalkemm il-kumpanija 3 ssodisfat kull kriterja individwalment, ma tistax tingħata t-TES minħabba r-rabtiet kummerċjali li għandha ma’ kumpaniji 1 u 2 mniżżla hawn taħt li ma ssodisfawx il-kriterji kollha tat-TES.
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(39) |
Fuq din il-bazi, il-produtturi fl-RPĊ li jesportaw li kisbu t-TES huma dawn li ġejjin:
|
3. Trattament Individwali
|
(40) |
B’żieda ma’ l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, dazju fuq il-pajjiż sħiħ, huwa stabbilit għall-pajjiżi li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(7), ħlief f’dawk il-każi fejn il-kumpaniji jkunu jistgħu juru li jissodisfaw il-kriterji mniżżlin fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku biex jieħdu trattament individwali. |
|
(41) |
Il-21 produttur li jesportaw u talbu t-TES, talbu wkoll trattament individwali f’każ li ma jingħatawx it-TES. Tliet produtturi oħra li jesportaw talbu trattament individwali biss. |
|
(42) |
L-ewwelnett, f’dak li għandu x’jaqsam mas-16 il-kumpaniji li talbu iżda ma rnexxielhomx jiksbu t-TES, instab li 5 kumpaniji ssodisfaw ir-rekwiżiti kollha għat-TI imniżżel fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. F’dak li għandu x’jaqsam mal-kumpaniji l-oħra interessati, 3 kumpaniji ma kkooperawx sew fl-istħarriġ, jew għax ma tawx it-tagħrif mitlub fiż-żmien dovut jew għax kienu biss kumpaniji kummerċjali u l-kumpaniji tal-manifatttura relatati magħhom ma kkooperawx, kif jindika l-paragrafu (37) iżjed ’il fuq. |
|
(43) |
It-8 kumpaniji l-oħra li fadal li talbu iżda ma rnexxielhomx jiksbu t-TES ma ssodisfawx il-kriterji mniżżla taħt l-Artikolu 9(5)(ċ), fl-ewwel sentenza, tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, dawn il-kumpaniji ma jistgħux jingħataw it-TI. |
|
(44) |
It-tieninett, mit-tliet kumpaniji li talbu biss it-TI, tnejn ma kkooperawx iżjed f’fażi bikrija tal-proċeduri. It-tielet applikant instab li kienet kumpanija kummerċjali li tbiegħ biss u l-kumpaniji tal-manifattura relatati magħha ma kkooperawx. Dawn it-tliet kumpaniji għalhekk ma jistgħux jingħataw it-TI. |
|
(45) |
Ġie konkluż li it-TI għandu jingħata lil dawn il-5 kumpaniji li ġejjin:
|
|
(46) |
Numru ta’ produtturi li jesportaw ikkontestaw id-determinazzjoni tat-TES/TI. Madankollu, dawn il-partijiet ma ressqu l-ebda tagħrif ġdid li seta’ jwassal għal konklużjonijet differenti f'dan ir-rigward. Għaldaqstant, dawn l-allegazzjonijiet ġew miċħuda. |
4. Valur normali
4.1 Kif jiġi determinat il-valur normali għall-produttur li jesporta u jingħata t-TES
|
(47) |
Il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet jekk il-bejgħ domestiku totali ta’ dan il-produttur li jesporta hux rappreżentativ meta tqabblu mal-bejgħ totali ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità. Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku tal-prodott simili tqis rappreżentattiv meta l-volum totali tiegħu kien għallinqas 5 % tal-volum tal-bejgħ kollu tal-prodott konċernat lill-Komunità. |
|
(48) |
Instab li l-bejgħ domestiku ta’ dan il-produttur li jesporta jirrappreżenta ħafna inqas mill-volum ta’ esportazzjoni korrispondenti lejn il-Komunità. |
|
(49) |
Għaldaqstant, skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, il-valur normali nbena billi jingħaddu flimkien l-ispejjeż tat-tipi esportati tal-manifattura ta’ l-esportatur, ammont raġjonevoli għall-bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u marġni raġjonevoli ta’ qliegħ. Fin-nuqqas ta’ kumpanija oħra li tingħata t-TES fl-RPĊ f’dan il-każ partikulari, ġie deċiż li jintużaw l-SG&A u l-qliegħ determinat f’pajjiż analogu skond l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku. Qabel dan, il-Kummissjoni vverifikat li l-ammont tal-qliegħ hekk stabbilit kien raġjonevoli u ma kienx iżjed mill-qliegħ li għamel fuq il-bejgħ domestiku tiegħu l-produttur li ngħata t-TES. |
4.2. Kif jiġi determinat il-valur normali għall-produtturi li jesportaw li ma ngħatawx it-TES
(a) Pajjiż analogu
|
(50) |
Skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-kumpaniji li ma setgħux jingħataw it-TES, ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ prezzijiet jew valur kostrutt f’pajjiż analogu. Fl-avviż dwar il-bidu tal-proċeduri, il-Kummissjoni wriet l-intenzjoni tagħha li tuża lin-Norveġja bħala pajjiż analogu addatat għall-għan li tistabbilixxi l-valur normali għall-RPĊ u l-partijiet interessati kienu mistiedna jikkummentaw dwar dan. Numru ta’ produtturi fl-RPĊ li jesportaw u importaturi fil-Komunità oġġezzjonaw għal din il-proposta u għamlu talbiet u ssustanzjawhom biex juru li n-Norveġja ma kinetx pajjiż analogu addattat u li minflok kellha tintgħażel l-Indja. Wara stħarriġ, dawk li jagħmlu dan ix-xogħol għall-Komunità, sabu li f’dak li għandu x’jaqsam mal-varjetà tat-tipi tal-prodotti, volum ta’ bejgħ domestiku, kompetizzjoni fis-suq domestiku, aċċess għall-materja prima u l-proċess tal-produzzjoni, l-Indja kienet tabilħaqq pajjiż analogu iżjed addattat għall-RPĊ milli n-Norveġja. Il-partijiet kollha interessati ġew infurmati b’din id-deċiżjoni u l-ebda naħa ma qajmet oġġezzjonijiet. Il-Kummissjoni għalhekk fittxet u kisbet kooperazzjoni sħiħa minn produttur wieħed fl-Indja. |
(b) Kif jiġi ddeterminat il-valur normali
|
(51) |
Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi li jesportaw li ma ngħatax it-TES ġie stabbilit fuq il-bażi tat-tagħrif verifikat meħud minn produttur fl-ekonomija tas-suq ta’ pajjiż terz, jiġifieri fuq il-bażi ta’ prezzijiet imħallsa jew li jistgħu jitħallsu fis-suq domestiku ta’ l-Indja. Ġie vverifikat li dawn it-tranżazzjonijiet kienu (i) kif isir is-soltu għall-kummerċ u (ii) kienu rappreżentattivi, skond il-metodoloġija stipulata fil-paragrafu (47). L-istħarriġ wera ċerti differenzi fil-proċess ta’ produzzjoni bejn il-manufatturi Indjani u dawk Ċiniżi. Ta’ l-aħħar jużaw tagħmir inqas sofistikat u jeħtieġu użu inqas ta’ enerġija. Il-prezzijiet ta’ bejgħ domestiku Indjan kienu għalhekk aġġustati ’l isfel permezz ta’ ammont li jirrifletti dawn id-differenzi. Fejn kien hemm bżonn, dawk il-prezzijiet ġew aġġustati biex jiżguraw li jitqabblu b’mod ġust mat-tipi ta’ prodotti esportati lejn il-Komunità mill-produtturi Ċiniżi kkonċernati. |
|
(52) |
Bħala riżultat ta’ dan, il-valur normali ġie stabbilit bħala l-prezz medju tal-bejgħ domestiku li sar lill-klijenti bla ebda rabta mal-produttur fl-Indja li kkoopera fl-istħarriġ. |
5. Il-prezz ta’ l-esportazzjoni
|
(53) |
F’dawk il-każi fejn il-produtt konċernat ġie esportat lejn klijenti indipendenti fil-Komunità, il-prezz ta’ l-esportazzjoni ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet attwali ta’ l-esportazzjoni jew li jistgħu jitħallsu. Hekk ġara fil-każ tat-tliet kumpaniji fil-kampjun li ngħataw it-TI. |
|
(54) |
Fil-każ fejn il-bejgħ ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità sar permezz ta’ importatur relatat, il-prezz ta’ l-esportatur inħadem fuq il-bejgħ tal-prezzijiet li bihom l-importaur relatat biegħ lill-ewwel klijenti indipendenti tiegħu, skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-ispejjeż kollha li saru mill-importazzjoni għall-bejgħ mill-ġdid ta’ l-importatur relatat, inklużi spejjeż SG&A, u marġni raġjonevoli ta’ qliegħ. Hekk ġara fil-kaz ta’ l-unika kumpanija li ngħatat it-TES u għat-tliet kumpaniji tal-kampjun li ma ngħataw la t-TES u la t-TI. |
6. Paragun
|
(55) |
Il-valur normali u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ġew imqabbla fuq livell tax-xogħlijiet dirett mill-fabbrika. Biex jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzoni, tqisu aġġustamenti għad-differenzi fil-prezzijiet u l-paragun tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Fejn instab li kienu raġjonevoli, preċiżi u bil-provi verifikati, saru aġġustamenti addattati f’dak li għandu x’jaqsam ma’ trasport u assigurazzjoni, kreditu, kummissjoni u ħlasijiet tal-bank. |
|
(56) |
Instab li livell iżjed baxx ta’ VAT jitħallas lura fuq bejgħ ta’ esportazzjoni milli fuq bejgħ fis-suq domestiku. Biex din id-differenza titqies, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ġew aġġustati fuq il-bażi tad-differenza bejn bejgħ ta’ l-esportazzjoni u bejgħ domestiku tal-livelli tal-VAT mogħtija lura, jiġifieri 2 % fis-sena 2003 u 4 % fis-sena 2004. |
7. Il-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz
7.1. Għall-produtturi li jesportaw li kkooperaw li ngħataw it-TES/TI
(a) TES
|
(57) |
Għall-unika kumpanija fil-kampjun li ngħatat it-TES, il-valur normali tal-medja kalibrata statistikament għal kull tip esportat lejn il-Komunità tqabbel mal-medja tal-prezz ta’ l-esportazzjoni kalibrat statistikament għat-tip korrispondenti tal-prodott konċernat esportat lejn il-Komunità, skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku. |
|
(58) |
L-4 kumpaniji li ngħataw it-TES, iżda li ma ntgħażlux fil-kampjun, ngħataw il-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz stabbilit għall-kumpanija fil-kampjun imsemmija iżjed ’il fuq, skond l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. |
(b) TI
|
(59) |
Għat-tliet kumpaniji fil-kampjun li ngħataw it-TI, il-medja ta’ valur normali kalibrat statistikament stabbilit għall-pajjiż analogu tqabbel mal-medja tal-prezz kalibrat statistikament ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità., kif provdut għal dan taħt l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku. |
|
(60) |
Iż-żewġ kumpaniji mhux fil-kampjun li ngħataw it-TI jieħdu marġni ta’ bejgħ taħt il-prezz stabbilit fil-livell tal-marġni tal-medja kalibrata statistikament stabbilit għall-kumpaniji fil-kampjun imsemmija fuq li ngħataw it-TI. |
|
(61) |
Fuq din il-bazi, il-marġnijiet tal-bejgħ taħt il-prezz espressi bħala persentaġġ tal-valur ta’ l-ispiża, l-assigurazzjoni u l-merkanzija fuq il-fruntiera tal-Komunità id-dazju mhux imħallas huma:
|
7.2 Marġni ta’ dumping għall-pajjiż kollu
|
(62) |
Sabiex jiġi stabbilit il-marġni ta’ bejgħ taħt il-prezz għall-pajjiż kollu applikabbligħall-esportaturi l-oħra kollha, il-Kummissjoni l-ewwel stabbilit il-livell ta’ kooperazzjoni. Għal dan il-għan ġie kkalkulat il-proporzjon li se jingħad. In-numeratur huwa l-volum ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità tal-kumpaniji li kkooperaw li la ngħataw it-TES u lanqas it-TI. Id-denominatur huwa l-volum ta’ esportazzjoni ġejja mill-RPĊ lill-Komunità bbażata fuq il-Eurostat, u minnu tnaqqas il-volum ta’ esportazzjoni tal-kumpaniji li ngħataw it-TES u tat-TI. Fuq din il-bażi, ġie stabbilit li l-livell ta’ kooperazzjoni kien ta’ 22 %, li hu kkunsidrat livell baxx, anki għal industrija frammentata bħal dik tal-prodott konċernat. |
|
(63) |
Il-marġni ta’ bejgħ taħt il-prezz għall-pajjiż kollu għall-volum ta’ esportazzjoni minn produtturi oħra li jesportaw ġie ddeterminat kif ġej:- |
|
(64) |
Għall-volum ta’ esportazzjoni tal-kumpaniji li ma kkooperawx, il-livell ta’ bejgħ taħt il-prezz ġie ddeterminat fuq il-bażi taż-żewġ kategoriji ta’ prodotti bl-ogħla marġnijiet stabbiliti għall-produtturi li jesportaw li la ngħataw it-TES u lanqas it-TI. |
|
(65) |
Il-kumpaniji li kkooperaw li la ngħataw it-TES u lanqas it-TI jieħdu, għall-għan ta’ dan l-eżerċizzju ta’ komputazzjoni, ħjiel ta’ marġni individwali skond il-metodoloġija stabbilita taħt il-paragrafu (55). |
|
(66) |
Fl-aħħarnett, il-marġni ta’ bejgħ taħt il-prezz għall-pajjiż kollu ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-ħjiel ta’ marġni individwali billi ntuża, bħala fattur ghall-kalibrar statistiku, il-valur ta’ l-ispejjeż, assigurazzjoni u merkanzija ta’ kull grupp ta’ esportaturi, jiġifieri dawk li kkooperaw u dawk li ma kkooperawx. |
|
(67) |
Fuq din il-bażi il-livell ta’ bejgħ taħt il-prezz għall-pajjiż kollu ġie stabbilit għal 47,8 % tal-prezz ta’ l-ispejjeż, assigurazzjoni u merkanzija kif jidħol fil-Komunità bla ma jħallas dazju. |
D. INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ
(a) Il-produzzjoni fil-Komunità
|
(68) |
Matul l-istħarriġ instab li l-prodotti tal-ħadid fondut inħadmu mill-erba’ produtturi tal-Komunità li qajmu l-ilment magħżula fil-kampjun u minn 5 produtturi oħra tal-Komunità li appoġġjaw l-ilment. |
(b) Definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità
|
(69) |
Il-produtturi tal-Komunità li qajmu l-ilment flimkien mal-produtturi tal-Komunità li appoġġjaw l-ilment, u wieġbu għall-eżerċizzju tat-teħid tal-kampjuni u kkooperaw fl-istħarriġ, jammontaw għal iżjed minn 60 % tal-produzzjoni tal-Komunità tal-prodott simili. Għalhekk, huma jitqiesu li jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità kif imfissra fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(70) |
Kumpanija li qajmet l-ilment waqqfet tikkoopera immedjatament wara li beda l-istħarriġ. Kumpanija oħra magħżula għall-kampjun, ressqet it-tweġiba tagħha wara l-limitu taż-żmien stipuat. Kumpanija li appoġġjat l-ilment rtirat l-appoġġ tagħha mill-ewwel wara li bdiet l-istħarriġ. Għaldaqstant, dawn it-tliet kumpaniji ma ġewx inklużi fid-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità. |
|
(71) |
Ċerti partijiet argumentaw li ż-żewġ kumpaniji li qajmu l-ilment għandhom jiġu esklużi mid-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità peress li importaw kwantitajiet massivi ta' ħadid fondut li joriġina mill-RPĊ. F’dan ir-rigward, għandu l-ewwelnett jiġi nnutat li, filwaqt li hi tabilħaqq prassi qadima li produtturi tal-Komunità li jimportaw għandhom jiġu esklużi mill-industrija tal-Komunità jekk huma mħarsa mid-dumping jew japprofittaw minnu, mhumiex esklużi jekk jinsab li l-produtturi tal-Komunità kienu mġiegħla li jkollhom użu temporanju u tassew limitat ta' l-importazzjoniiet, minħabba s-sitwazzjoni ta' waqgħa fil-prezz fis-suq tal-Komunità. F’dan il-każ, l-importazzjonijiet totali ta’ dawn iż-żewġ kumpaniji waqt il-PI kienu anqas minn 3,5 % tal-produzzjoni totali rispettiva tagħhom u kienu limitati għal ċerti reġjuni fil-Komunità b’mod partikolari mnaqqsa minħabba l-importazzjonijiet Ċiniżi taħt il-prezz. Minħabba l-kwatitajiet żgħar ikkonċernati, iż-żewġ produtturi tal-Komunità jistgħu jitqiesu parti mid-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità fi ħdan t-tifsira ta’ l-Artiklu 4(1) tar-Regolament bażiku. Largument ġie miċħud fuq din il-bażi. |
E. DANNU
(a) Kummenti tal-bidu
|
(72) |
Fid-dawl tal-fatt li t-teħid tal-kampjuni ntuża f’dak li għandu x’jaqsam mal-Komunità, id-dannu ġie valutat fuq il-bażi tat-tagħrif miġbur. Xejriet f’dak li għandu x’jaqsam ma’ produzzjoni, kapaċià produttiva, l-użu ta’ din il-kapaċità, il-produttività, il-bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjiegi u t-tkabbir ġew valutati fil-livell ta’ l-industrija tal-Komunità. Rigward dan, iżjed tagħrif intalab mill-produtturi kollha tal-Komunità li kkooperaw, permezz ta’ kwestjonarju mibgħut lill-kumpaniji kollha tal-Komunità mhux fil-kampjun. B’kollox, wieġbu ħames kumpaniji mhux fil-kampjun u t-tagħrif tagħhom ġie meqjus. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-oħrajn, tħallew barra mill-proċeduri għax ma kkooperawx. Xejriet f’dak li għandu x’jaqsam ma’ prezzijiet, livelli ta’ qliegħ, likwidità, ħila li tikseb kapital u investiment, merkanzija maħżuna, qliegħ fuq investiment u l-pagi ġew analizzati fuq il-bażi tat-tagħrif miġbur fil-livell tal-produtturi tal-Komunità fil-kampjun. |
|
(73) |
L-analiżi tad-dannu turi li l-penetrazzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ prodotti li jinbiegħu taħt il-prezz ma kinetx indaqs fi ħdan is-suq tal-Komunità. Waqt li kien hemm penetrazzjoni għolja ta’ importazzjonjiet ta’ prodotti li jinbiegħu taħt il-prezz f’erbatax-il Stat Membru, is-suq Franċiż kien għadu mhux fil-mira ta’ dawk li jimpurtaw taħt il-prezz. Fl-istess ħin il-fattur li jikkalibra statistikament liż-żewġ produtturi Franċiżi fil-kampjun fis-sitwazzjoni ġenerali ta’ l-industrija tal-Komunità kien partikularment għoli għax il-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodotti tal-ħadid fondut fi Franza rrappreżenta bejn wieħed u ieħor 36 % tal-produzzjoni totali u l-volum totali tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità. Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni partikulari, kien ikkunsidrat bħala ħaġa sewwa li flimkien ma’ l-analiżi tad-dannu għall-industrija tal-Komunità kollha kemm hi, li titressaq analiżi tax-xejriet ta’ ċerti indikaturi għas-suq tal-Komunità li kien fil-mira ta’ dawk li impurtaw taħt il-prezz, jiġifieri is-suq tal-Komunità mingħajr Franza (UE14). |
(b) Kif jidher li hu l-konsum tal-Komunità
|
(74) |
Il-konsum li jidher tal-ħadid fondut fil-Komunità ġie stabbilit fuq il-bażi taċ-ċifri tal-produzzjoni għall-produtturi li kkooperaw u għall-produzzjoni tal-produtturi l-oħra tal-Komunità u billi għaddew l-importazzjoni u naqqsu l-esportazzjoni, bl-użu ta’ tagħrif meħud mill-Eurostat u b’tagħrif mogħti minn min qajjem l-ilment dwar id-daqs tas-suq ta’ kull Stat Membru u kif evolva matul il-perjodu ta’ stħarriġ. |
|
(75) |
Fuq il-bażi ta’ hawn fuq, il-konsum li jidher tal-ħadid fondut fis-suq tal-Komunità, ħlief għal tnaqqis żgħir fis-sena 2002, baqa’ pjuttost stabbli madwar 580 elf tunnellata matul il-perjodu ta’ stħarriġ. Is-suq tal-ħadid fondut jiddependi fuq it-talba influwenzata mid-dinamiżmu relattiv tas-settur tad-drenaġġ u ta’ l-ilma li jiddependu mill-iżvilupp ekonomiku ġenerali ta’ kull Stat Membru.
|
||||||||||||||||||||||||
(ċ) Volum ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiż konċernat u sehem mis-suq
|
(76) |
Il-volum ta’ l-importazzjonijiet li jinbiegħu taħt il-prezz tal-prodott konċernat li joriġina fl-RPĊ ittieħed billi tnaqqas miċ-ċifri ta’ l-Eurostat il-volumi ta’ importazzjoni li ma jinbiegħux taħt il-prezz. Il-volum ta’ l-importazzjonijiet ta’ prodotti li jinbiegħu taħt il-prezz kiber minn 122 511 tunnellata fis-sena 2000 għal 179 755 tunnellata fil-PI, li jirrappreżenta żieda qawwija ta’ 47 %.
|
|
(77) |
Waqt il-perjodu ta’ stħarriġ, l-importazzjonijiet taħt il-prezz mill-RPĊ baqgħu jżidu kontinwament is-sehem tagħhom mis-suq tal-Komunità minn 21,0 % fis-sena 2000 għal 31,1 % fil-PI. Għalhekk kien hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet ta’ prodotti li jinbiegħu taħt il-prezz kemm b’mod assolut kif ukoll relattiv għall-konsum tal-Komunità (iżjed minn 10 fil-mija) matul il-perjodu ta’ stħarriġ.
|
(d) Konsum li jidher fil-Komunità ta’ l-UE14
|
(78) |
Il-konsum li jidher fl-UE14 tal-ħadid fondut ġie stabbilit fuq l-istess bażi tal-konsum għall-Komunità kollha u billi tnaqqas il-konsum fi Franza. Il-konsum li jidher fl-UE14 tal-ħadid fondut baqa’ stabbli, daqxejn iżjed mill-460 elf tunnellata matul il-perjodu ta’ stħarriġ.
|
||||||||||||||||||||||||
(e) Il-volum ta’ importazzjonijiet mill-pajjiz konċernat u s-sehem mis-suq fl-UE14
|
(79) |
Il-volum ta’ importazzjonijiet taħt il-prezz tal-prodott konċernat li ġej mill-RPĊ ġie stabbilit billi tnaqqsu miċ-ċifri ta’ l-Eurostat fuq il-volum totali ta’ importazzjonijiet mill-RPĊ il-volumi ta’ importazzjoni mhux taħt il-prezz u l-volum ta’ importazzjoni ta’ Franza. L-aħħar tnaqqis tqis biżżejjed biex jirrifletti b’mod korrett l-importazzjonijiet taħt il-prezz ġewwa l-UE, peress li skond it-tagħrif mogħti mill-produtturi li lmentaw l-ebda volum sinifikanti ta’ l-importazzjonijiet taħt il-prezz ma daħal fis-suq Franċiż. Il-volum ta’ importazzjonijiet ta’ prodotti li jinbiegħu taħt il-prezz żdied minn 119 818 tunnellata fis-sena 2000 għal 171 946 tunnellata matul il-PI, li jirrappreżenta żieda ta’ 44 %.
|
|
(80) |
Matul il-perjodu ta’ stħarriġ, l-importazzjonijiet taħt il-prezz mill-RPĊ żiedu s-sehem tagħhom mis-suq ta’ l-UE14 minn 25,8 % fis-sena 2000 għal 37,2 % fil-PI. Iż-żieda fis-sehem tas-suq hija daqxejn ogħla minn dak osservat fil-livell totali tal-Komunità matul il-perjodu ta’ stħarriġ.
|
(f) Prezzijiet ta’ importazzjonijiet taħt il-prezz u twaqqigħ tal-prezz
(i) Prezzijiet ta’ l-importazzjoni
|
(81) |
Tagħrif dwar il-prezz ta’ l-importazzjonijiet konċernati li kien ibbażat fuq il-volumi ta’ importazzjoni u l-valuri meħuda mit-tagħrif ta’ l-Eurostat, juri li bejn is-sena 2000 u l-PI., il-medja tal-prezzijiet ta’ l-ispejjeż, assigurazzjoni u merkanzija ta’ l-importazzjoni ġejja mill-RPĊ naqset bi 11 %. It-tnaqqis kien partikularment qawwi fis-sena 2003 u matul il-PI.
|
||||||||||||||||||||||||
(ii) Twaqqigħ tal-prezz u nżul tal-prezz
|
(82) |
Għall-għan biex jiġi kkalkulat il-livell ta’ twaqqigħ tal-prezz fil-PI, il-prezzijiet tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi ta’ l-industrija tal-Komunità fil-kampjun tqabblu mal-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet taħt il-prezz li l-produtturi esportaturi li kkooperaw biegħu fis-suq tal-Komunità matul il-PI fuq il-bażi tal-medja tal-prezz ikkalibrat statistikament ta’ kull prodott tip tal-ħadid fondut, it-total li jibqa’ wara li tnaqqas l-iskontijiet u t-taxxi lill-klijenti mhux relatati. Il-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità ġew aġġustati fuq livell tax-xogħlijiet dirett mill-fabbrika. Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet konċernati użati kienu fuq bażi ta’ spejjeż, assigurazzjoni u merkanzija b’aġġustament addattat għad-dazji tad-dwana u għal spejjeż ohra li jinqalgħu wara l-importazzjoni. |
|
(83) |
Ċertu numru ta’ importaturi li kkooperaw argumentaw li l-bejgħ tal-produtturi tal-Komunità tal-prodott konċernat permezz ta’offerti pubbliċi għandu jitħalla barra mill-kalkoli dwar twaqqigħ tal-prezz għax bejgħ lill-awtoritajiet pubbliċi jista’ jinkludi servizzi u garanziji kif ukoll spejjeż oħra addizzjonali li jagħmlu l-prodotti mibjugħa bi proċeduri ta’ sejħa għall-offerti oġġettivament differenti minn prodotti mibjugħa f’negozjati normali ta’ kummerċ. Dwar dan, l-ewwel għandu jiġi nnutat li din it-talba ma ġietx sostanzjata bi provi li d-differenzi fil-prezzijiet kienu ġejjin minn offerti u negozjati oħra ta’ kummerċ. Barra minn hekk, il-bejgħ permezz ta’ sejħa għall-offerti matul il-PI tal-produtturi tal-Komunità fil-kampjun li kkooperaw jirrappreżenta persentaġġ baxx ħafna mill-volumi u għalhekk ma setax ikollhom impatt sinifikanti fuq il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz. Fuq din il-bażi, it-talba ġiet miċħuda. |
|
(84) |
L-elementi meqjusa biex jiġu definiti t-tipi ta’ prodott kienu b’mod ewlieni l-materja prima użata għall-prodott konċernat (ħadid griz fondut jew ħadid faċli li jinħadem b’konkrit miżjud miegħu jew mingħajru), l-użu tiegħu (għatu għat-toqob ta’ l-ispezzjoni, għatu għall-kanali u wċuh tal-kaxex), id-daqs u l-aċċessorji differenti u jekk hux skond l-istandards Ewropej EN 124. |
|
(85) |
Dan il-paragun wera li matul il-PI, il-prodotti konċernati ġejjin mill-RPĊ inbiegħu fil-Komunità bi prezzijiet li b’mod sinifikanti kienu mwaqqgħin taħt il-prezzijiet ta’ l-industrja tal-Komunità, meta espressi bħala persentaġġ ta’ dawn ta’ l-aħħar, b’marġnijiet minn 31 % għal 60 %. |
(g) Sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija tal-Komunità
|
(86) |
Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat l-fatturi ekonomiċi rilevanti kollha u l-indiċijiet li kellhom effett fuq l-istat ta’ l-industrija tal-Komunità mis-sena 2000 sal-PI. |
(i) Il-kapacità produttiva, il-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
(87) |
Il-kapaċità tal-produttiva ta’ l-industrija tal-Komunità żdiedet daqxejn matul il-perjodu ta’ stħarriġ li rriflettit strutturar mill-ġdid tal-kapaċità eżistenti iżjed milli żieda minħabba investimenti ġodda. Matul l-istess perjodu, l-industrija tal-Komunità naqqset il-produzzjoni b’7 punti ta’ persentaġġ u r-rata ta’ l-użu tal-kapaċità tagħha b’iżjed minn 8 punti ta’ persentaġġ.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(88) |
Fl-UE, il-kapaċità produttiva ta’ l-industrija tal-Komunità rreġistrat żieda simili għal dik reġistrata fil-livell tal-Komunità. Madankollu, il-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità tal-produzzjoni tagħha naqset b’mod aktar qawwi b’14 il-punt ta’ persentaġġ.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2000 2001 2002 2003 PI Bejgħ f’Tunnellati 249 053 237 632 211 706 221 250 224 545 Indiċi 2000 = 100 100 95 85 89 90 Sehem Mis-suq 42,6 % 39,8 % 37,3 % 38,3 % 38,8 %
|
(89) |
L-industrija tal-Komunità naqqset il-volum tal-bejgħ tagħha b’10 % u sussegwentement is-sehem tagħha mis-suq niżel bi 3.8 punti ta’ persentaġġ matul il-perjodu ta’ stħarriġ, waqt li l-importazzjonijiet taħt il-prezz żdiedu l-volumi tagħhom b’47 % u s-sehem tas-suq tagħhom b’10,1 %. |
|
(90) |
Fl-UE14, l-industrija tal-Komunità ġarrbet telfa ikbar mis-sehem tas-suq (5,4 %) waqt li l-bejgħ tagħha naqas b’mod qawwi (-17 %) matul il-perjodu ta’ stħarriġ.
|
(iii) Impjiegi u produttività
|
(91) |
Il-livell ta’ impjiegi fl-industrija tal-Komunità naqas matul il-perjodu ta’ stħarriġ bi 13 %. Il-produttività ta’ l-industrija tal-Komunità kif imkejla b’tunnellati maħduma fis-sena minn kull impjegat żdiedet minn 133 tunnellata fis-sena 2000 għal 141 tunnellata matul il-PI. Iż-żieda fir-rata ta’ kull persuna hija mogħtija b’mod ewlieni għall-isforzi ta’ l-industrija tal-Komunità li żżid l-effiċjenza tal-produzzjoni tagħha u biex tiffaċċja ż-żieda fl-importazzjonijiet taħt il-prezz.
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(92) |
Bl-istess mod il-livell ta’ impjiegi fl-industrja tal-Komunità fl-UE14 naqas matul il-perjodu ta’ stħarriġ, madankollu b’mod iżjed qawwi għax irreġistra tnaqqis ta’ 16 %. Il-produttività tagħha żdiedet minn 132 tunnellata fis-sena 2002 għal 135 tunnellata fil-PI.
|
||||||||||||||||||||||||||||||
(iv) Merkanzija maħżuna
|
(93) |
Il-livell ta’ merkanzija maħżuna ta’ l-industrija tal-Komunità żdied b’16 % matul il-perjodu ta’ stħarriġ. Iż-żieda fir-rata ta’ merkanzija maħżuna tirrifletti t-tnaqqis fil-livell tal-bejgħ b’rata iżjed qawwija minn dak tal-livell ta’ produzzjoni.
|
(v) Prezzijiet tal-bejgħ u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet domestiċi
|
(94) |
Il-medja tal-prezz nett tal-bejgħ tal-produtturi ta’ l-industrija fil-Komunità fil-kampjun baqa’ prattikkament stabbli. Madankollu din l-istabbilità ma tirriflettix iż-żieda qawwija ta’ 34 % fil-prezz tal-materja prima ta’ l-azzar, l-element ewlieni tal-prezz fl-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott konċernat bejn is-sena 2002 u l-PI. F’dan ir-rigward, għandu jigi nnutat li kull bidla fil-prezz tal-materja prima tal-azzar hija direttament u għal kollox riflessa fl-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott konċernat peress li dan huwa l-element ewlieni fil-proċess tal-produzzjoni tiegħu. L-industrija tal-Komunità għalhekk ma setgħetx tgħaddi din iż-żjieda fil-prezz tal-bejgħ, kif kien mistenni raġjonevolment fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet taħt il-prezz li eżercitaw pressjoni fuqha u kif ukoll minħabba li l-medja tal-prezzjiet ta’ l-importazzjoni minn pajjiżi oħra kienet sostanzjalment ogħla minn dawk ta’ l-RPĊ.
|
||||||||||||||||||||||||
|
(95) |
Kienet osservata stabbilità simili għall-medja tal-prezz nett tal-bejgħ tal-produtturi ta’ l-industrija fil-Komunita fl-UE14.
|
||||||||||||||||||||||||
(vi) Livell ta’ qliegħ
|
(96) |
Il-livell ta’ qliegħ mill-bejgħ nett tal-produtturi fl-Industrija tal-Komunità fil-kampjun fis-suq tal-Komunità lil klijenti mhux relatati, qabel it-taxxi, naqas minn 12,1 % fis-sena 2000 għal 9,9 % fil-PI li jirrappreżenta waqgħa ta’ 18 fil-mija matul il-perjodu ta’ stħarriġ. Dan it-tnaqqis kien iżjed qawwi sas-sena 2002. Minn dak iż-żmien ’l hawn ir-rata ta’ qliegħ żviluppat pjuttost b’mod pożittiv li turi ma’ l-ewwel daqqa t’għajn ċerta ħila ta’ l-industrija tal-Komunità li tirpilja minn sitwazzjoni finanzjarja diffiċli. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li l-istess xejra kienet osservata f’diversi indikaturi, bħall-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-produttività u l-volum tal-bejgħ.
|
||||||||||||||||||||||||
|
(97) |
Il-livell ta’qliegħ fl-UE14 naqas minn 9,4 % fis-sena 2000 għal 5,3 % fil-PI li jirrappreżenta waqgħa ta’ 44 punt indiċi matul il-perjodu ta’ stħarriġ. Għalkemm wera żvilupp posittiv wara s-sena 2002, il-livell ta’ qliegħ ma rkuprax għal-liveli simili għal dak miksub fis-sena 2000 li huma meqjusa addattati għal dan it-tip ta’ industrija.
|
||||||||||||||||||||||||
(vii) Investimenti u qliegħ fuq l-investimenti
|
(98) |
Il-livell ta’ investimenti fil-produzzjoni tal-prodott konċernat li sar mill-produtturi ta’ l-industrja fil-Komunità naqas bin-nofs matul il-perjodu ta’ stħarriġ minn EUR 12 miljun għal bejn wieħed u ieħor EUR 6 miljuni. |
|
(99) |
Il-qliegħ fuq l-investiment mill-produtturi ta’ l-industrija fil-Komunità fil-kampjun, li jesprimi r-riżultat tagħhom qabel it-taxxa bħala persentaġġ tal-medja ta’ kif fetaħ u għalaq il-valur nett imniżżel fil-kotba tad-ditti tal-assi mħaddma fil-produzzjoni tal-prodott konċernat, kien pożittiv matul il-perjodu 2000 sas-sena 2001, li jirrifletti s-sitwazzjoni tagħhom ta’ tnaqqis fil-qliegħ. Għal dak li għandu x’jaqsamgħall-perjodu wara s-sena 2001, l-istess kif ġara bil-livell tal-qliegħ, waqt li ġie osservat tnaqqis fis-sena 2002, dan ġie rkuprat sussegwentement fis-sena 2003 u fil-PI.
|
||||||||||||||||||||||||||||||
(viii) Ħila li jsibu kapital
|
(100) |
Ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-industrija tal-Komunità in ġenerali ltaqgħet ma’ problemi biex issib kapital għall-ħidmiet tagħha. |
(ix) Likwidità
|
(101) |
Il-produtturi ta’ l-industrija tal-Komunità fil-kampjun irreġistraw tnaqqis fil-likwidità li daħlitilhom minn attivitajiet ta’ twettiq matul il-perjodu ta’ stħarriġ.
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(102) |
Anki fl-UE14, il-produtturi ta’ l-industrija tal-Komunità fil-kampjun irreġistraw tnaqqis nett ta likwidità ġejja minn ħidmiet operattivi matul il-perjodu ta’ stħarriġ. Madankollu dan it-tnaqqis kien aktar qawwi kif kien it-tnaqqis tal-likwidità netta dieħla espressa bħala persentaġġ tal-volum tan-negozju (4 %) relatat mal-ħidma tagħhom fil-Komunità kollha kemm hi.
|
||||||||||||||||||||||||||||||
(x) Pagi
|
(103) |
Matul il-perjodu ta’ stħarriġ, il-medja tal-paga ta’ kull impjegat żdiedet b’9 %. Wara li baqgħu stabbli fis-snin 2000 u 2001, il-pagi żdiedu bi 2 % fis-sena 2002 u żieda oħra ta’ 5 % u 2 % rreġistrati fis-sena 2003 u fil-PI. Madankollu.meta tqis it-tnaqqis fl-impjiegi, it-total tan-nefqa fil-pagi mill-produtturi ta’ l-industrija tal-Komunità fil-kampjun baqgħet relattivament stabbli matul il-perjodu ta’ stħarriġ.
|
||||||||||||||||||||||||
(xi) Id-daqs tal-marġni ta’ bejgħ taħt il-prezz
|
(104) |
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-impatt fuq l-industrija tal-Komunità tad-daqs tal-marġni attwali tal-bejgħ taħt il-prezz, meta tqis l-volum u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-RPĊ, dan l-impatt huwa sostanzjali. |
(xii) L-irpiljar minn bejgħ taħt il-prezz fl-imghoddi
|
(105) |
L-industrija tal-Komunità ma kinetx f’sitwazzjoni fejn kellha tirpilja mill-effetti ta’ dannu għaliha minn bejgħ taħt il-prezz. |
(h) Konklużjoni dwar danni
|
(106) |
Eżami tal-fatturi msemmija hawn fuq juri li bejn is-sena 2000 u l-PI, l-importazzjonijiet taħt il-prezz żdiedu ħafna kemm f’dak li hu volum kif ukoll sehem mis-suq. Tassew, il-volum tagħhom żdied b’47 % matul il-perjodu ta’ stħarriġu huma kisbu sehem mis-suq ta’madwar 31 % fil-PI. Għandu jiġi nnutat li huma kienu jammontaw bejn wieħed u ieħor għal 80 % ta’ l-importazzjonijiet totali tal-prodott konċernat fil-Komunità fil-PI, u sostanzjalment waqqgħu l-prezzijiet tagħhom (sa massimu ta’ 60 %) taħt il-prezz tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità. Barra minn hekk, indikaturi oħra dwar dannu, bħall-produzzjoni (–7 %), użu tal-kapaċità (–10 %), volum ta’ bejgħ (–10 %), investimenti (–49 %) u impjiegi (–13 %) żviluppaw negattivament matul il-perjodu ta’ stħarriġ. |
|
(107) |
Fl-istess ħin l-industrija tal-Komunità tilfet parti mis-sehem tagħha tas-suq. Tabilħaqq, l-importazzjonijiet ikkonċernati kisbu sehem fis-suq tliet darbiet akbar minn dak li ntilef mill-industrija tal-Komunità tul il-perjodu ta’ stħarriġ. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż b’mod raġjonevoli li l-importazzjonijiet Ċiniżi ħadu l-kontroll, minn fuq is-sehem tas-suq mitluf mill-industrija tal-Komunità, is-sehem tas-suq minn fonderiji Ewropej oħra li jew fallew fin-negozju tagħhom, jew saru importaturi/negozjanti. |
|
(108) |
L-istampa negattiva ġenerali ta’ hawn fuq kienet riflessa parzjalment biss fil-livell ta’ qliegħ irreġistrat mill-industrija tal-Komunità. Meta kkalkolat f’termini assoluti, il-qliegħ niżel bi18 %. Il-livell tal-qliegħ (qliegħ bħala persentaġġ mid-dħul tal-bejgħ) niżel minn livell ta’ 12.1 % għal 9.9 %. Meta mqabbel mal-livelli sostanzjali ta’ qtugħ fil-prezz, wieħed setga’ jistenna dannu akbar. Madankollu l-livell tal-qliegħ meqjus għalih innifsu ma jirrappreżentax l-istampa sħiħa. |
|
(109) |
L-industrija tal-Komunità kellha l-għażla li tikkompeti ras imb’ras fil-prezz ma’ l-importazzjonijiet Ċiniżi, jew li tipprova żżomm prezzijiet bħal jew qrib il-livelli storiċi tagħhom. Il-livell ta’ l-inżul fil-prezz li kellu jkun meħtieġ sabiex jikkompeti direttament ma’ l-importazzjonijiet taħt il-prezz kien ikun b’mod ċar ħafna aktar minn dak li kienu se jaħsbu l-produtturi tal-Komunità li kieku kellhom jibqgħu ta’ qliegħ. Minkejja li niżlu l-prezzijiet sa ċertu punt, ma fittxewx li jqabblu l-prezzijiet ta’ importazzjonijiet taħt il-prezz. Jidher li aċċetaw volumi anqas, u li mbagħad fittxew li jnaqqsu l-ispejjeż sabiex jikkompensaw għat-telf ta’ volum. B’hekk, il-qliegħ bħala persentaġġ tad-dħul tal-bejgħ ma niżilx b’mod daqshekk qawwi, imma dan sar fuq spiża ta’ nuqqas fil-volumi tal-bejgħ u telf fis-sehem tas-suq. |
|
(110) |
Barra minn hekk, l-analiżi iżolata tas-sitwazzjoni fl-UE14 turi li l-r-rata ta’ qliegħ ġeneralment għolja fil-livell globali tal-Komunità, matul il-PI, kienet l-iżjed minħabba r-rizultat partikolarment tajjeb ta’ ċerti kumpaniji fil-kampjun fis-suq ta’ Stat Membru wieħed, jiġifieri Franza, fejn il-penetrazzjoni ta’ importazzjonijiet taħt il-prezz kienet limitata. Is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpaniji fil-kampjun b’riżultat tal-ħidmiet tagħhom fl-UE14, fejn il-penetrazzjoni ta’ importazzjonijiet taħt il-prezz kienet partikolarment għolja, uriet xejra negattiva ċara u l-livelli tal-qliegħ instab li kienu waqgħu taħt 6 %. Fl-UE14, il-biċċa l-kbira ta’ l-indikaturi tad-dannu, bħall-produzzjoni (–14 %), l-użu tal-kapaċità (–14 %), il-volum tal-bejgħ (–17 %), l-investimenti (–56 %), l-impjiegi (–16 %), il-likwidità (–45 %) żviluppaw b’mod aktar negattiv matul il-perjodu ta’ stħarriġ. |
|
(111) |
L-industrija tal-Komunità b’mod ġenerali tilfet sehem mis-suq matul il-perjodu ta’ stħarriġ fi żmien meta importazzjonijiet taħt il-prezz żdied sostanzjalment kemm f’dawk li huma volumi kif ukoll bħala sehem mis-suq. Iffaċċjata minn pressjoni dejjem akbar minn importazzjonijiet taħt il-prezz, l-industrija tal-Komunità għażlet li ttejjeb il-produttività tagħha billi tnaqqas l-impjiegi. Fl-istess ħin kellhom inaqqsu l-investimenti, li waqgħu b’mod qawwi. Dan kien rifless fl-iżvilupp ta’ ċerti indikaturi matul il-perjodu ta’ stħarriġ. Tassew, il-livell tal-qliegħ, kif ukoll il-bejgħ, u l-volum ta’ produzzjoni wara waqgħa qawwija fil-perjodu 2000-2002 żviluppaw pjuttost b’mod pożittiv sal-PI. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ewwel perjodu, wieħed jista’ jassumi b’mod raġjonevoli li l-pressjoni dejjem tiela’ mill-importazzjonijiet li qegħdin jiżdiedu b’mod qawwi wasslu għal-livell iżjed baxx ta’ attività u riżultati għall-industrija tal-Komunità. F’dak li għandu x’jaqsam mat-tieni perjodu, it-titjib relattiv ta’ dawn l-indikaturi juri l-isforzi ta’ l-industrija tal-Komunità li tieħu passi kontra l-effetti negattivi ta’ importazzjonijiet taħt il-prezz fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha fil-medda qasira billi żiedet l-effiċjenza tal-faċilitajiet produttivi tagħha billi żiedet l-użu tal-kapaċità u billi naqqset l-investimenti u l-impjiegi u hekk baxxiet l-ispejjeż tal-produzzjoni. Iżda dan xorta waħda jipperikola s-saħħa finanzjarja tagħha fit-tul peress li qed titlef sehem mis-suq u toqgħod lura milli tagħmel l-investiment meħtieġa biex issostni u anki ttejjeb fit-tul il-produttività u l-kompetittività tagħha. |
|
(112) |
Fid-dawl ta’ dan kollu, u minkejja l-fatt li s-suq Franċiż jidher li għadu ma ġiex attakat b’mod agressiv mill-importazzjonijiet taħt il-prezz, jista’ jiġi konkluż li l-industrija tal-Komunità kollha kemm hi sofriet dannu materjali. Sofriet minn pressjoni ta’ prezz qawwija, tilfet volumi ta’ bejgħ (–10 %), sehem fis-suq (–3,8 %) u ġiet imġiegħla tnaqqas il-produzzjoni (–7 %). Żammet ċertu livell ta’ qliegħ, imma mhux livell li jgħin li jsir investiment fit-tul. Is-sitwazzjoni ġenerali tagħha wriet sinjali ta’ degradazzjoni qawwija. Fuq din il-bażi ġie konkluż li l-industrija tal-Komunità sofriet minn dannu materjali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
F. KAWŻALITÀ
(a) Daħla
|
(113) |
Sabiex tasal għall-konklużjonijiet tagħha dwar il-kawża tad-dannu li qed tħabbat wiċċha magħhom l-industrija tal-Komunità u skond l-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat l-impatt tal-fatturi kollha magħrufa u l-konsegwenzi tagħhom fuq is-sitwazzjoni ta’ dik l-industrija. Fatturi oħra magħrufa minbarra l-importazzjonijiet taħt il-prezz, li fl-istess ħin jistgħu qegħdin ikunu ta’ dannu materjali għall-industrija tal-Komunità, ġew ukoll eżaminati biex jiġi żgurat li d-dannu li seta’ hemm ikkaġunat minn dawn il-fatturi l-oħra ma jiġix attribwit lill-importazzjonijiet taħt il-prezz. |
(b) L-effetti ta’ l-importazzjonijiet taħt il-prezz
|
(114) |
Matul il-perjodu ta’ stħarriġ, importazzjonijiet taħt il-prezz mill-RPĊ żdiedu b’mod konsiderevoli fil-volum (47 %) u fis-sehem tas-suq (minn 21,0 % fis-sena 2000 għal 31,1 % fil-PI). |
|
(115) |
Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet taħt il-prezz kienu taħt dawk ta’ l-industrija tal-Komunità matul il-perjodu kollu ta’ stħarriġ. Barra minn hekk, huma eżerċitaw pressjoni, li ġiegħlet lill-industrija tal-Komunità li żżomm il-prezzijiet tagħha tista’ tgħid stabbli, minkejja ż-żieda sostanzjali fl-ispiża tal-materja prima. Il-prezzijiet ta’ importazzjonijiet taħt il-prezz ġejjin mill-RPĊ huma b’mod sinjifikanti taħt il-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità bil-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz li jvarja minn 31 % għal 60 %. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li s-suq tal-prodotti tal-ħadid fondut huwa suq kompetittiv u trasparenti. Għalhekk, it-twaqqigħ tal-prezz f’suq b’dawn il-karatteristiċi huwa fattur ta’ ħsara li jdawwar il-kummerċ lejn l-importazzjonijiet Ċiniżi taħt il-prezz. |
|
(116) |
L-effetti ta’ l-importazzjonijiet taħt il-prezz jistgħu jintwerew ukoll mid-deċiżjoni ta’ għadd kbir ta’ produtturi tal-Komunità li jwaqqfu l-linji tagħhom ta’ produzzjoni u jsiru importaturi ta’ prodotti tal-ħadid fondut. |
|
(117) |
B’kollox, bejn is-sena 2000 u l-PI, it-telf ta’ 3.8 punti ta’ persentaġġ tas-sehem tas-suq ta’ l-industrija tal-Komunità ittieħed miż-żieda fis-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet taħt il-prezz li ġejjin mill-RPĊ. |
|
(118) |
It-telf fis-sehem tas-suq li ġarrbet l-industrija tal-Komunità seħħ fl-istess żmien li ġraw għadd ta’ żviluppi negattivi fis-sitwazzjoni ekonomika b’mod ġenerali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ produzzjoni, użu ta’ kapaċità produttiva, bejgħ, investiment u impjiegi. |
|
(119) |
Barra minn hekk, l-industrija tal-Komunità rat nuqqas fil-livell ta’ qliegħ minn 12,1 % fis-sena 2000 għal 9,9 % fil-PI. Dawn il-fatturi, magħquda mal-fatt li l-industrija tal-Komunità ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha biex tilqa’ għall-effett negattiv ta’ żieda fil-prezz tal-materja prima, minħabba l-pressjoni mill-prezz ta’ l-importazzjonijiet taħt il-prezz, kellu l-effett li minkejja ż-żieda fl-effiċjenza u t-titjib fil-produttività, hija sabet ruħha f’sitwazzjoni ta' dannu. L-espansjoni tas-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet taħt il-prezz u l-waqgħa tal-prezzijiet ġrat ukoll fl-istess żmien li kien hemm bidla qawwija fil-kondizzjonijiet ta’ l-industrija tal-Komunità. |
|
(120) |
Ċertu numru ta’ importaturi li kkooperaw argumentaw li waqt li ż-żieda fil-volum ta’ importazzjonijiet Ċiniżi fil-Komunità kienet riżultat dirett ta’ talba iżjed kbira għall-prodott konċernat, is-suq għall-industrija tal-Komunità rreġistra xejra ġenerali negattiva minħabba li naqset it-talba għall-prodotti tal-ħadid fondut fis-suq tat-telekomunikazzjoni fis-sena 2002. Is-suq laħaq l-iżvilupp massimu tiegħu fis-snin qabel l-2002 u b’hekk wassal għal distorsjoni fuq l-analiżi tad-dannu, peress li s-snin 2000 u 2001 kienu b'mod eċċezjonali tajbin. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ wara s-sena 2002, ġie reġistrat titjib fir-riżultati ta’ l-industrija tal-Komunità li juri industrija f’saħħitha. |
|
(121) |
Dwar dan, għandu l-ewwel jiġi nnutat li l-istħarriġ ma weriex talba li dejjem qiegħda tikber iżda pjuttost konsum stabbli fi sfond ta’ importazzjonijiet li dejjem qegħdin jiżdiedu matul il-perjodu ta’ stħarriġ. Rigward l-impatt tas-suq tat-telekomunikazzjoni fis-sena 2002, dan ma kienx rifless fl-importazzjonijiet Ċinizi tal-prodott konċernat li baqgħu jikbru dejjem iżjed u mibjugħa taħt il-prezz. Barra minn hekk, din l-allegazzjoni ma kienet sostanzjata bl-ebda provi. Fl-aħħarnett, l-istħarriġ wera li l-industrija tal-Komunità kienet sofriet dannu materjali matul il-perjodu ta’ stħarriġ. Fuq din il-bażi, l-argumenti ta’ hawn fuq ġew miċħuda. |
(ċ) Effetti ta’ fatturi oħra
Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(122) |
Il-volumi ta’ importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra naqsu minn 70 600 tunnellati fis-sena 2000 għal 49 000 fil-PI, is-sehem tagħhom fis-suq niżel minn 12 % fis-sena 2000 għal 8,5 % fil-PI. Ħafna minn dawn l-importazzjonijiet kienu ġejjin mill-Polonja, mir-Repubblika Ċeka u mill-Indja, Madankollu, fuq il-bażi ta’ tagħrif mill-Eurostat, il-prezz medju tal-prodotti tal-ħadid fondut impurtat minn pajjiżi terzi kellu medja ferm iżjed għolja mill-prezzijiet li bihom inbiegħu l-importazzjonijiet taħt il-prezz li ġejjin mill-RPĊ (minn differenza ta’ 12 % fis-sena 2000 laħqu 55 % differenza fil-PI). Barra minn hekk, bħala medja, il-prezzijiet minn pajjiżi oħra żdiedu b’16-il punt ta’ persentaġġ matul il-perjodu ta’ stħarriġ. Għalhekk dawn l-importazzjonijiet ma setgħux ikkaġunaw dannu lill-industrija tal-Komunità. |
Kif marru produtturi oħra tal-Komunità
|
(123) |
Rigward il-produzzjoni u l-volumi tal-bejgħ ta’ produtturi oħra tal-Komunità, huma żammew is-sehem tagħhom tas-suq ta’ madwar 18., % matul il-PI. Matul il-perjodu ta’ stħarriġ, il-bejgħ taghhom waqa’ b’mod qawwi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ volum (21 %) u tilfu wkoll b’mod konsiderevoli sehem mis-suq (4,9 punti ta’ persentaġġ). Ma nstabet l-ebda indikazzjoni li l-prezzijiet ta’ produtturi oħra tal-Komunità kienu iżjed baxxi minn ta’ dawk ta’ l-industrija tal-Komunità li kkooperaw. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż b’mod raġjonevoli li l-prodotti maħduma u mibjugħa minn produtturi oħra tal-Komunità ma kkaġunawx dannu materjali lill-industrija tal-Komunità. |
|
(124) |
L-ebda fatturi oħra, li setgħu fl-istess żmien jikkaġunaw dannu lill-industrija tal-Komunità ma tqajmu minn partijiet interessati jew ġew identifikati waqt li kien qed isir l-istħarriġ. |
(d) Konklużjoni dwar każwalità
|
(125) |
Is-sitwazzjoni vulnerabbli ta’ l-industrija tal-Komunità ġrat fl-istess żmien ta’ żieda qawwija minn importazzjonijiet mill-RPĊ u twaqqigħ sostanzjali fil-prezz minn dawn l-importazzjonijiet. |
|
(126) |
Dwar l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, fid-dawl tas-sehem tas-suq dejjem iċken tagħhom matul il-perjodu ta’ stħarriġ u fid-dawl tal-fatt li l-medja tal-prezzijiet instabet konsiderevolment ogħla minn dawk ta’ l-importazzjonijiet taħt il-prezz tul il-PI, huwa konkluż li mhux probabbli li dawn il-fatturi joħolqu xi tip ta’ theddida għas-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità. |
|
(127) |
Għalhekk huwa konkluż li, l-importazzjonijiet taħt il-prezz li ġejjin mill-RPĊ kkaġunaw dannu materjali lill-industrija tal-Komunità skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. |
G. L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ
|
(128) |
Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkunsidrat jekk id-deċiżjoni li tieħu miżuri kontra d-dumping tmurx kontra l-interessi tal-Komunità, b’mod ġenerali. Id-deċiżjoni dwar x’inhu fl-interess tal-Komunità hija bbażata fuq eżami ta’ l-interessi varji involuti, jiġifieri dawk ta’ l-industrija tal-Komunità, l-importaturi u n-negozjanti, u dawk li jużaw il-prodott konċernat. |
|
(129) |
Biex tivvaluta l-interess tal-Komunità, il-Kummissjoni għamlet stħarriġ dwar xi jkunu l-effetti probabbli fuq l-operaturi ekonomiċi konċernati jekk tieħu jew ma tieħux miżuri kontra d-dumping. Flimkien mal-produtturi u importaturi tal-Komunità, il-Kummissjoni talbet tagħrif mill-partijiet interessatikollha magħrufa li huma mdaħħlin f’dan il-qasam bħall-utenti u l-għaqdiet tal-konsumatur. |
(a) L-interess ta’ l-industrija tal-Komunità
|
(130) |
L-industrija tal-Komunità hija magħmula minn kumpaniji kbar kif ukoll dawk żgħar u ta’ daqs medju. |
|
(131) |
It-teħid ta’ miżuri huwa mistenni li jwaqqaf id-distorsjoni tas-suq u d-deterjorament tal-prezzijiet. Dan iservi biex l-industrija tal-Komunità tirkupra s-sehem tas-suq li tilfet, waqt li tkun tista’ tbiegħ bi prezzijiet li jkopru l-ispejjeż tagħha, u dan iwassal li kull prodott ikun jiswa inqas minħabba produttività ogħla. Bħala konklużjoni, huwa mistenni li t-tnaqqis fl-ispiża biex jinħadem kull prodott (minħabba użu ogħla ta’ kapaċità u sussegwentement produttività ogħla) u sa ċertu punt żieda żgħira fil-prezz, jippermettu lill-industrija tal-Komunità li ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, bla ma twassal għal distrosjoni tas-suq tal-konsumaturi. |
|
(132) |
Min-naħa l-oħra, jekk ma jittieħdux miżuri kontra d-dumping, huwa probabbli li x-xejra negattiva tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-industrija tal-Komunità se tissokta. Is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità hija karaterrizzata partikolarment fil-PI b’telf ta’ dħul minħabba prezzijiet baxxi u sehem inqas fis-suq. Tassew, fid-dawl ta’ dħul inqas, huwa probabbli li s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-industrija tal-Komunità tmur iżjed għall-agħar jekk ma jittieħdux miżuri. Fl-aħħar mill-aħħar dan iwassal għall-qtugħ fil-produzzjoni u iżjed għeluq ta’ postijiet ta’ produzzjoni, li għalhekk jheddu l-impjiegi u l-investimenti fil-Komunità. |
|
(133) |
Minħabba dan huwa konkluż li t-teħid ta’ miżuri kontra d-dumping jippermetti lill-industrija tal-Komunità li tirkupra mill-importazzjonijiet taħt il-prezz ta’ dannu għaliha. |
(b) L-interess ta’ importaturi/kummerċjanti fil-Komunità mhux relatati
|
(134) |
Kif imsemmi fil-paragrafu (11), 15-il kumpanija pprovdew tagħrif mitlub fl-avviż tal-bidu tal-proċeduri biex jagħżlu kampjun fil-limitu taż-żmien mogħti għal dan il-għan. Minn dawn il-kumpaniji, kampjun rappreżentattiv ta’ erba’ importauri ġie magħżul. Intbagħtu kwestjonarji lill-erba kumpaniji kollha kemm huma.
|
|
(135) |
Mill-erba’ kumpaniji li ttieħdu bhala kampjun, waħda ma weġbitx għall-kwestjonarju u għalhekk tħalliet barra mill-proċeduri. Il-kumpaniji l-oħra kollha magħżula wieġbu b’mod sħiħ ghall-kwestjonarju. F’dak li huwa volum dawn il-kumpaniji jammontaw għal 19 % mit-total ta’ prodotti tal-ħadid fondut importati mill-RPĊ tul il-PI. |
|
(136) |
Ċertu numru ta’ importaturi li kkooperaw allegaw li importatur fil-kampjun ma kellux jintgħażel għax huwa sussidjarju ta’ kumpanija oħra, li allegatament huwa l-ikbar konsumatur individwali ta’ kumpanija li qajmet l-ilment, u formitu ta’ din il-kumpanija li qajmet l-ilment. Sar l-argument li din l-allegata rabta kienet biżżejjed biex dan l-importatur jitħalla barra mill-kampjun għax kellu kunflitt ta’ interess. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li l-allegata rabta bejn l-importatur u l-kumpanija li qajmet l-ilment ma tmurx lil hinn minn dik ta’ rabta kummerċjali bejn operaturi ekonomiċi indipendenti u għalhekk ma tiġġustifikax li hemm kunflitt ta’ interess. Barra minn hekk din l-allegazzjoni ma ġietx issostanzjata. Dan l-argument għalhekk ġie miċħud. |
|
(137) |
Huma argumentaw ukoll li t-teħid ta’ miżuri jolqtu l-impjiegi ta’ dawk li jużaw u jimportaw fil-Komunità. Kien allegat li la ta’ l-aħħar m’għandhom ebda spazju fejn jifilħu jieħdu l-piż tad-dazju, ifallu fin-negozju tagħhom u jkollhom ikeċċu l-ħaddiema mill-ewwel. Barra minn hekk, kien argumentat li hemm żieda sostanzjali fil-Komunità, l-aktar jekk jitqiesu l-għaxar Stati Membri l-ġodda li fi proċess ta’ żvilupp malajr se jsaħħuha iżjed. F’dan il-kuntest, l-impożizzjoni ta’ dazji jwassal għal nuqqas ta’ provvisti fis-suq Ewropew u, dan iwassal għal żieda qawwija fil-prezz. Barra minn hekk, il-produtturi tal-Komunità mbagħad ikunu ħielsa li jikkontrollaw is-suq għax ma jkollhom jiffaċċjaw l-ebda kompetizzjoni serja. |
|
(138) |
Rigward l-impatt negattiv tal-miżuri fuq l-impjieg ta’ l-utenti u l-konsumaturi fil-Komunità u l-importaturi, dan ma ġiex issostanzjat. Rigward l-impatt negattiv fuq l-utenti fil-Komunità, kif intqal iżjed ’l isfel (154) l-ebda utent jew għaqda ta’ utenti ma ppreżentat ruħha waqt il-proċeduri. Rigward l-impatt negattiv fuq l-importaturi, bil-maqlub ta’ dak li ġie allegat, il-pożizzjoni b’saħħitha stabbilita minnhom fis-suq tal-Komunità tirrifletti s-sitwazzjoni b’saħħitha u soda tagħhom iżjed milli xi stat fraġli. Barra minn hekk, għandu jiġi nnutat li l-assorbiment tad-dazju iħassar l-għan propju għala għandu jiġi impost, biex jerġa’ jġib kompetizzjoni ġusta fis-suq li nstab li kien qed jiġi mgħawweġ mill-imġieba mhix kompettitiva ta’ operaturi li kienu qed jimpurtaw taħt il-prezz. Dwar l-allegat nuqqas ta’ provvisti minħabba talba ogħla mill-għaxar Stati Membri l-ġodda, għandu l-ewwel jiġi nnutat li l-industrija tal-Komunità mhix tipproduċi bis-saħħa kollha li għandha u għalhekk kull nuqqas jista’ jkoprieha billi tuża iżjed il-kapaċità produttiva tagħha u tnaqqas il-merkanzija maħżuna. Barra minn hekk, il-produzzjoni eżistenti ta’ ċerti Stati Membri ġodda flimkien ma’ l-importazzjonijijiet minn terzi pajjiżi jibqa’ jforni lis-suq bi prezzijiet raġjonevoli u b’hekk joħolqu ambjent trasparenti u kompetittiv. |
|
(139) |
Għalhekk, gie konkluż li l-effetti probabbli tat-teħid ta’ miżuri kontra d-dumping mhux mistennija jkunu sinifikanti fuq importaturi/kummerċjanti mhux relatati. |
(ċ) Interessi ta’ utenti u konsumaturi
|
(140) |
Ma kienx hemm assoċjazzjonijiet ta’ utenti u konsumaturi li ppreżentaw irwieħhom fil-limitu taż-żmien mogħti fl-avviż tal-bidu tal-proċeduri. La dawn il-partijiet ma kkooperawx, jista’ jiġi konkluż li t-teħid ta’ miżuri kontra d-dumping mhux se jolqothom ħażin ħafna. |
(d) Kompetizzjoni u effetti li jwasslu għal distorsjoni tal-kummerċ
|
(141) |
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-effetti tal-miżuri possibbli fuq il-kompetizzjoni fil-Komunità, jidher li x’aktarx l-produtturi li jesportaw ikkonċernati jkunu jistgħu jkomplu jbiegħu l-prodotti tal-ħadid fondut, anki jekk bi prezzijiet li ma jkunux ta’ theddida ta’ dannu materjali għall-industrija tal-Komunità, għaliex għandhom pożizzjoni b’saħħitha fis-suq. Dan, meħud flimkien man-numru kbir ta’ produtturi tal-Komunità u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra jiżguraw li utenti u bejjiegħa jibqa’ jkollhom għażla wiesgħa mnejn jixtru l-prodotti tal-ħadid fondut bi prezzijiet raġjonevoli. Ċertu numru ta’ importaturi li kkooperaw argumentaw li l-industrija tal-Komunità mhix kompetittiva u dan huwa kkaratterizzat mill-preżenza ta’ swieq lokali u reġjonali li huma maħkuma mill-monopolji/duwopolji. Huma ssottomettew ukoll li wieħed mill-produtturi tal-Komunità li kkoopera kien ikkundannat fil-passat talli abbuża mill-pożizzjoni dominanti biex ma jħallix il-prodott konċernat jidħol fis-suq Franċiż. |
|
(142) |
F’dan ir-rgward, l-ewwel għandu jiġi nnutat li l-argument dwar l-allegata preżenza ta’ swieq reġjonali u lokali, maħkuma minn monopolji/duwopolji, ma kinetx issostanzjata bi provi u għalhekk ġiet miċħuda. Rigward id-deċiżjoni dwar l-abbuż mill-pożizzjoni dominanti, din tirreferi għal sitwazzjoni fil-passat, għal kollox ’il barra mill-perjodu ta’ stħarriġu dwar prodott li m’għandu x’jaqsam xejn ma’ dan l-istħarriġ. Barra minn hekk, deċiżjoni rilevanti sussegwenti fiż-żmien tal-perjodu ta’ stħarriġ dwar ilment imressaq minn importatur kontra l-istess produttur dwar l-imġieba anti-kompettitiva tiegħu fis-suq Franċiż ma kkundannatx lill-produttur u l-proċedura ntemmet. Fuq din il-bażi, l-argument ta’ hawn fuq ġie miċħud. |
|
(143) |
Għalhekk ikun hemm numru kbir ta’ parteċipanti fis-suq li jkun jistgħu jissodisfaw it-talba. Fuq il-bażi ta’ dak ta’ hawn fuq, huwa għalhekk konkluż li l-kompetizzjoni probabbli ħafna li tibqa’ b’saħħitha wara li jittieħdu miżuri kontra d-dumping. |
(e) Konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità
|
(144) |
Fid-dawl ta’ hawn fuq, huwa konkluż li ma jeżistu l-ebda raġunijiet b’saħħithom kontra li jittieħdu mizuri fil-każ preżenti u li l-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri tkun fl-interess tal-Komunità. |
H. MIŻURI DEFINITTIVI KONTRA D-DUMPING
1. Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu
|
(145) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa dwar d-dumping, it-theddida tad-dannu li jirriżulta minn dan, kawżalitaà u l-interess tal-Komunità, għandhom jittieħdu miżuri sabiex ma jħallux li iżjed dannu jiġi kkaġunat lill-industrija tal-Komunità mill-importazzjonijiet taħt il-prezz. |
|
(146) |
Għal dan il-għan, il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni ġew għall-ewwel imqabbla mal-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità bla ma saru aġġustamenti għall-marġni xierqa ta’ qliegħ. Il-paragun sar ma’ tipi ta’prodotti paragunabbli. Id-differenza ġiet espressa bħala persentaġġ tan-negozju kollu ta’ l-esportazzjoni. Din l-analiżi wriet għall-produtturi kollha li jesportaw marġni li kienu ogħla mill-marġni tagħhom ta’ importazzjoniet taħt il-prezz. Għalhekk, sabiex tiġi applikata r-regola ta’ inqas dazju, ma kienx meqjus meħtieġ li jiġi stabbilit marġni ta’ qliegħ li l-industrija tal-Komunità setgħet kisbet fin-nuqqas ta’ esportazzjonijiet taħt il-prezz, għax il-marġni tad-dannu li jirriżulta minn dan kien ikun ogħla mill-marġni tad-dumping. |
|
(147) |
Fid-dawl ta’ dan kollu, huwa meqjus li skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti dazji definittivi fuq prodotti tal-ħadid fondut ġejjin mill-RPĊ fil-livell tal-marġni tad-dumping, għax dawn ikunu f’kull każ, iżjed baxxi mill-marġni ta’ dannu. |
|
(148) |
Ir-rata individwali ta’ dazju kontra d-dumping għall-kumpaniji li ngħataw status ta’ l-ekonomija tas-suq speċifikat f’dan ir-Regolament ġiet stabbilita fuq il-bażi ta’ dak li nstab fl-istħarriġ preżenti. Għalhekk, tirrifletti s-sitwazzjoni li nstabet waqt dak l-istħarriġ dwar dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (b’differenza ta’ dak id-dazju mal-pajjiż kollu li japplika “għall-kumpaniji l-oħra kollha”) għalhekk japplikaw esklussivament għall-importazzjoni ta’ prodotti li ġejjin mill-RPĊ u maħduma minn dawn il-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Prodotti importati maħduma minn kull kumpanija oħra li ma tissemmiex speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u bl-indirizz, inklużi entitajiet imsemmija speċifikament għal dan, ma jistgħux jibbenefikaw minn din ir-rata u jeħlu d-dazju li hemm għall-pajjiż kollu. |
|
(149) |
Kull talba biex kumpanija individwali jkollha rata ta’ dazju kontra l-importazzjonijiet taħt il-prezz (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda ta’ produzzjoni u bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni mill-ewwel bit-tagħrif rilevanti kollu, b’mod partikolari kwalunkwe bidla fil-ħidmiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, bejgħ lokali u ta’ esportazzjoni assoċjat ma’, pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet ta’ produzzjoni u bejgħ. Jekk xieraq, ir-Regolament imbagħad jigi mibdul billi tigi aġġornata l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw minn dazji individwali. |
|
(150) |
Fid-dawl ta’ dak li nstab hawn fuq, ir-rati kontra d-dumping huma kif ġejjin:
|
|
(151) |
Il-partijiet kollha kienu infurmati bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet fuq il-bażi li fuqha kien intenzjonat li jirrikkmanda l-impożizzjoni ta’ dazji definittivi kontra importazzjonijiet taħt il-prezz. Huma ngħataw wkoll perjodu li fih setgħu jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom wara li tkun magħrufa din id-deċizjoni. Il-kummenti bil-fomm u bil-kitba mressqa mill-partijiet ġew ikkunsidrati bl-akbar serjetà, u fejn kien il-każ, dak li nstab ġie mibdul kif meħtieġ. Il-partijiet kollha ngħataw tweġibiet dettaljati għall-kummenti li ressqu. |
I. TIPI TA’ MIŻURI
|
(152) |
Wara li kisbu trattament individwali, erba’ produtturi li jesportaw indikaw li sejrin joffru garanzija ta’ prezz imma ma ppreżentawx offerta ta’ garanzija sostanzjata biżżejjed fiż–żmien stipulat fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant l-ebda offerta ta’ garanzija ma setgħet tiġi aċċetata mill-Kumissjoni. Madankollu, il-Kunsill fid-dawl tal-kumplessità tal-kwistjoni għall-operaturi ekonomiċi kkonċernati (b’mod partikolari għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju) u sakemm il-konklużjonijiet definittivi ma kenux preċeduti minn konklużjonijiet proviżorji, iqis li għandhom jitħallew, b’mod eċċezzjonali, jissoktaw bil-garanzija ta’ offerti tagħhom lil hinn mid-data ta’ l-għeluq imsemmija. |
|
(153) |
L-awtoritajiet Ċiniżi talbu wkoll li tingħata konsiderazzjoni għat-tfittxija ta' soluzzjoni komparabbli għan-numru ta' produtturi Ċiniżi kkonċernati mill-proċedura, li jesportaw u li jikkooperaw, bħal dik ta’ l-erba’ produtturi li jesportaw imsemmija fir-reċitazzjoni ta’ qabel. Jekk wara diskussjoni b’dan l-għan, jinsab li bidla fit-tip ta’ miżuri għajr mill-approvazzjoni tal-garanziji hija xierqa, għandu jitwettaq eżami temporanju mill-ġdid mill-aktar fis. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju definittiv kontra d-dumping qed jiġi hawn impost fuq prodotti tal-ħadid fondut u ħadid fondut li mhux daqshekk faċli li jinħadem ta’ tip użat biex ikopri u/jew jagħti aċċess għal sistemi ta’ l-art jew taħt l-art, u partijiet tagħhom, kemm jekk ikunu bil-magni kif ukoll jekk le, miksi, miżbugħ jew iffitjat ma’ materjali oħra, minbarra idranti tat-tifi tan-nar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Popli taċ-Ċina, bħala klassifikati taħt il-kodiċi NM 7325 10 50 , 7325 10 92 u ex-7325 10 99 (Kodiċi Taric 1099 10).
2. Ir-rata tad-dazju definittiv kontra d-dumping huwa applikat lill-prezz nett ħieles fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u maħduma fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt se tkun kif ġej:
|
Kumpanija |
Dazju kontra d-dumping % |
Kodiċi Addizzjonali Taric |
|||
|
0,0 |
A675 |
|||
|
0,0 |
A676 |
|||
|
0,0 |
A677 |
|||
|
0,0 |
A678 |
|||
|
0,0 |
A679 |
|||
|
18,6 |
A680 |
|||
|
28,6 |
A681 |
|||
|
28,6 |
A682 |
|||
|
31,8 |
A683 |
|||
|
37,9 |
A684 |
|||
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
47,8 |
A999 |
3. Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, id-dispożizzjonijet fis-seħħ dwar id-dazji doganali għandhom japplikaw.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 25 ta' Lulju 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
J. STRAW
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 461/2004, ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12.