|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3197 |
16.12.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2024/3197
tal-10 ta’ Diċembru 2024
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (EUCAP Somalia/2/2024)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2012/389/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Fis-26 ta’ Marzu 2024, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1017 (2), li taħtar lis-Sur Kęstutis LANČINSKAS bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUCAP Somalia mill-1 ta’ Mejju 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024. |
|
(3) |
Fil-5 ta’ Diċembru 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/3096 (3), li testendi l-mandat tal-EUCAP Somalia mill-1 ta’ Jannar 2025 sat-28 ta’ Frar 2027. |
|
(4) |
Fit-28 ta’ Ottubru 2024, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona li jestendi l-mandat tas-Sur Kęstutis LANČINSKAS bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUCAP Somalia mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Kęstutis LANČINSKAS bħala Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) huwa estiż mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/389/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/1017 tas-26 ta’ Marzu 2024 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (EUCAP Somalia/1/2024) (ĠU L, 2024/1017, 2.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1017/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/3096 tal-5 ta’ Diċembru 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (ĠU L, 2024/3096, 6.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3096/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3197/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)