|
16.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 42/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 138/2008
tal-15 ta’ Frar 2008
li jtemm ir-reviżjoni parzjali interim tal-miżuri ta’ l-antidumping applikabbli fuq l-importazzjonijiet ta’ plajwud okoumé li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1942/2004 (2) il-Kunsill impona dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-plajwud okoumé li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Id-dazji fis-seħħ ivarjaw minn 6,5 % sa 23,5 % għal erba’ kumpaniji b’dazji individwali u d-dazju residwali huwa ta’ 66,7 %. |
2. Talba għal reviżjoni
|
(2) |
Fit-3 ta’ April 2006, il-Kummissjoni rċeviet talba skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku biex teżamina l-firxa tal-miżuri eżistenti bil-għan li tinkludi tipi ġodda tal-prodotti fid-definizzjoni tal-prodott. |
|
(3) |
It-talba tressqet mill-Federazzjoni Ewropea ta’ l-Industrija tal-Plajwud (FEIC) (“l-applikant”) f'isem il-produtturi Komunitarji tal-plajwud okoumé. |
|
(4) |
L-applikant allega li fis-suq dehru tipi ġodda tal-prodott bħall-plajwud magħmul biss minn folji ta’ l-injam, b’kull folja ma taqbiżx il-ħxuna ta’ 6 mm, li għandu mill-inqas waħda mill-folji ta’ barra tal-bintangor, tar-red canarium, tal-kedondong jew ta’ ċerti speċijiet oħra, mhux miksija b’saff permanenti ta’ materjali oħra. Dawn il-prodotti għandhom ikunu inklużi fl-ambitu tal-miżuri fuq il-bażi li dawn għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u kimiċi u l-istess użi aħħarija bħall-prodott kopert mill-miżuri eżistenti. B’hekk kemm il-prodott ikkonċernat kif ukoll it-tipi ġodda tal-prodott għandhom jitqiesu bħala prodott wieħed. |
3. L-inizjazzjoni
|
(5) |
Wara li ġie stabbilit, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed provi li jiġġustifikaw il-bidu ta’ reviżjoni interim parzjali, il-Kummissjoni, b’avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (3), ħabbret il-bidu ta’ reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, b’ambitu limitat għad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. |
B. IRTIRAR TAR-RIKJESTA U TERMINAZZJONI TAL-PROĊEDIMENT
|
(6) |
B’ittra bid-data tal-5 ta’ Diċembru 2007 lill-Kummissjoni, l-applikant irtira r-rikjesta tiegħu għal reviżjoni interim parzjali tal-miżuri kontra d-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ plajwud okoumé li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina |
|
(7) |
Skond l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Bażiku, proċediment jista’ jiġi tterminat meta r-rikjesta għal reviżjoni tiġi rtirata, sakemm din it-terminazzjoni tkun fl-interess tal-Komunità. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni qieset li l-proċediment attwali għandu jitwaqqaf peress li l-investigazzjoni ma sabet ebda fatt li juri li t-terminazzjoni ma tkunx fl-interess Komunitarju. Il-partijiet interessati ġew infurmati b’dan u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Madankollu, ma waslu kummenti minn ebda parti. Konsegwentement, ma hemmx indikazzjoni li t-terminazzjoni tal-proċediment ma jkunx fl-interess tal-Komunità. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li r-reviżjoni fuq l-importazzjonijiet ta’ plajwud okoumé li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandha tiġi tterminata mingħajr l-emenda tal-miżuri fis-seħħ kontra d-dumping, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu Uniku
Ir-reviżjoni parzjali interim tal-miżuri kontra d-dumping applikabbli fuq l-importazzjonijiet ta’ plajwud okoumé li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina hija b'dan itterminata.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Frar 2008.
Għall-Kummissjoni
Peter MANDELSON
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).