|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/557 |
3.6.2026 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/557
tas-16 ta’ Marzu 2026
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/3110 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jiddetermina klassijiet ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristika essenzjali tar-reżistenza għan-nar
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/3110 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5), it-tielet subparagrafu tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex il-manifatturi jkunu jistgħu jiddikjaraw klassijiet dettaljati biżżejjed ta’ prestazzjoni tal-prodotti fiż-żona armonizzata stabbilita skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2024/3110, jeħtieġ li jiġu stabbiliti klassijiet ta’ prestazzjoni li jkunu allinjati mal-aħħar żviluppi teknoloġiċi u tas-suq. |
|
(2) |
Il-klassijiet ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristika essenzjali tar-reżistenza għan-nar ġew stabbiliti bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1681 (2) abbażi tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Madankollu, dawk il-klassijiet ta’ prestazzjoni mhumiex applikabbli skont ir-Regolament (UE) 2024/3110. Għalhekk, sabiex tinżamm il-kontinwità tas-sistema, il-Grupp ta’ Esperti tal-Acquis CPR ta parir lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-istess klassijiet ta’ prestazzjoni stabbiliti mir-Regolament Delegat (UE) 2024/1681. |
|
(3) |
Jenħtieġ għalhekk li l-Kummissjoni tiddetermina l-klassijiet ta’ prestazzjoni li għandhom jintużaw għad-dikjarazzjoni tal-karatteristika essenzjali tar-reżistenza għan-nar, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-klassijiet ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristika essenzjali tar-reżistenza għan-nar tal-prodotti għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 2024/3110, 18.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3110/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1681 tas-6 ta’ Marzu 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi klassijiet ta’ prestazzjoni fir-rigward tar-reżistenza għan-nar tal-prodotti għall-bini (ĠU L, 2024/1681, 13.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1681/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/305/oj).
ANNESS
A. SIMBOLI
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw is-simboli li ġejjin:
|
R |
Kapaċità tat-tagħbija |
|
|
E |
Integrità |
|
|
I |
Iżolazzjoni |
|
|
W |
Radjazzjoni |
|
|
M |
Azzjoni mekkanika |
|
|
C |
Għeluq awtomatiku |
|
|
C0-5 |
Durabbiltà ta’ għeluq awtomatiku: |
|
|
Kategorija tal-użu (C) |
Numru ta’ ċikli |
|
|
5 |
≥ 200 000 |
|
|
4 |
≥ 100 000 |
|
|
3 |
≥ 50 000 |
|
|
2 |
≥ 10 000 |
|
|
1 |
≥ 500 |
|
|
0 |
≥ 1 |
|
|
S |
Tnixxija tad-duħħan (fil-kuntest tas-sistemi ta’ ventilazzjoni)/Kontroll tad-duħħan (fil-kuntest tal-bibien) |
|
|
P |
Kontinwità tal-provvista tal-enerġija u tas-sinjal taħt il-kurva tat-temperatura tal-ħin standard |
|
|
PH |
Kontinwità tal-provvista tal-enerġija u tas-sinjal f’temperatura kostanti |
|
|
G/O |
Resistenza għan-nugrufun |
|
|
K |
Abilità tal-protezzjoni kontra n-nar |
|
|
T |
Klassi tat-temperatura espressa f’temperatura massima tal-gass f’°C (temperatura operattiva) |
|
|
D |
Tul tal-istabbilità taħt temperatura kostanti |
|
|
DH |
Tul tal-istabbilità taħt il-kurva standard ħin-temperatura |
|
|
F |
Funzjonalità tal-ventilaturi tad-duħħan u tas-sħana li jaħdmu b’mutur |
|
|
B |
Funzjonalità tal-ventilaturi tad-duħħan u tas-sħana naturali |
|
B. KLASSIJIET TA’ PRESTAZZJONI FIR-RIGWARD TAL-KARATTERISTIKA ESSENZJALI TAR-REAZZJONI GĦAN-NAR TAL-PRODOTTI
Ġenerali
Id-definizzjonijiet, it-testijiet u l-kriterji tal-prestazzjoni rilevanti huma deskritti jew referenzjati bis-sħiħ fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati rilevanti, fid-dokumenti Ewropej ta’ valutazzjoni, u fil-klassifikazzjoni u l-istandards Ewropej tal-ittestjar tar-reżistenza għan-nar.
Jekk għal elementi asimetriċi l-klassi ddikjarata tal-element tkun valida biss minn naħa waħda, din l-informazzjoni tiġi pprovduta.
Il-klassifiki li ġejjin huma espressi f’minuti sakemm mhux speċifikat mod ieħor:
1. Elementi li jifilħu t-tagħbija mingħajr funzjoni ta’ separazzjoni tan-nar
Tabella 1
|
Tapplika għal |
Ħitan, art, art elevata, soqfa, travi, kolonni, gallariji, passaġġi tal-mixi, u taraġ |
||||||||||
|
R |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
2. Elementi li jifilħu t-tagħbija b’funzjoni ta’ separazzjoni tan-nar
Tabella 2.1
|
Tapplika għal |
Ħitan |
||||||||||
|
RE |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
REI |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
REI-M |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
REW |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
Tabella 2.2
|
Tapplika għal |
Artijiet, soqfa, twieqi tas-soqfa, tamboċċi u kontraporti |
||||||||||
|
RE |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
REI |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
C |
Il-klassifikazzjoni C tista’ tiġi ddikjarata meta jitwaħħal apparat li jagħlaq waħdu u l-element jew il-prodott ma jkunx ingħalaq manwalment għall-fini tat-test. B’mod fakultattiv, għad-durabbiltà tal-għeluq awtomatiku, il-klassifikazzjoni C tista’ tiġi kkumplimentata biċ-ċifri 0 sa 5 skont il-kategorija tal-użu fejn ikun sar l-ittestjar taċ-ċiklu. |
||||||||||
Tabella 2.3
|
Tapplika għal |
Qigħan elevati |
||||||||||
|
RE |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
REI |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
Noti |
Il-klassifikazzjoni ssir speċifika skont l-iskopertura. In-nuqqas tal-ittra tad-deżinjazzjoni “r” tirreferi għall-esponiment standard tal-kurva tat-temperatura/tal-ħin (reżistenza sħiħa għan-nar) filwaqt li l-preżenza tagħha tirreferi għall-attakk b’temperatura kostanti ta’ 500 °C (esponiment imnaqqas). Sulari mgħollija li jissodisfaw l-espożizzjoni standard tal-kurva tat-temperatura/ħin għal ħin partikolari jitqiesu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ espożizzjoni mnaqqsa għal mill-inqas l-istess perjodu. |
||||||||||
3. Prodotti u sistemi għall-protezzjoni ta’ elementi li jerfgħu t-tagħbija
Tabella 3.1
|
Tapplika għal |
Soqfa mingħajr resistenza indipendenti għan-nar |
|
Valutazzjoni tal-kontribuzzjoni għar-reżistenza għan-nar tal-membri strutturali: Espress f’termini ta’ klassifikazzjoni tal-element li jerfa’ t-tagħbija li jkun qed jiġi protett. |
|
|
Noti |
Metal-kriterji fir-rigward tan-nar “semi-naturali” jkunu sodisfaċenti, is-simbolu “sn” jiżdied mal-klassifikazzjoni. |
Tabella 3.2
|
Tapplika għal |
Kisjiet protettivi kontra n-nar (reattivi), twavel (ċangaturi u twapet), renderings (sprejs), kisi u skrins |
|
Valutazzjoni tal-kontribuzzjoni għar-reżistenza għan-nar tal-membri strutturali: Espress f’termini ta’ klassifikazzjoni tal-element li jerfa’ t-tagħbija li jkun qed jiġi protett. |
|
|
Noti |
Għall-kisi, jekk jissodisfa l-kriterji fir-rigward tal-kurva ta’ “tisħin bil-mod”, is-simbolu “IncSlow” jiżdied mal-klassifikazzjoni. |
4. Elementi jew prodotti li ma jerfgħux tagħbija b’funzjoni li tissepara n-nar
Tabella 4.1
|
Tapplika għal |
Partizzjonijiet (inklużi dawk li jinkorporaw porzjonijiet mhux insulati) u twieqi fissi |
||||||||||
|
E |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
EI |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
EI-M |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
EW |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
Tabella 4.2
|
Tapplika għal |
Soqfa mhux mgħobbija |
||||||||||
|
E |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
EI |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
EW |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
Tabella 4.3
|
Tapplika għal |
Barrieri tal-kavità |
||||||||||
|
E |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
EI |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
Noti |
Il-klassifikazzjoni timtela b’indikazzjoni separata, jekk il-prodott jissodisfa t-test ta’ esponiment f’daqqa għall-barrieri tal-kavità. |
||||||||||
Tabella 4.4
|
Tapplika għal |
Soqfa b’reżistenza indipendenti għan-nar |
||||||||||
|
EI |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
Noti |
Il-klassifikazzjoni timtela billi jiġi indikat kif ġie ttestjat l-element, u tirreferi għal nar minn fuq “(a→b)” jew minn taħt “(b→a)” jew it-tnejn “(a↔b)”. |
||||||||||
Tabella 4.5
|
Tapplika għal |
Faċċati (ħitan purtiera) u ħitan esterni (inklużi elementi bil-ħġieġ) |
||||||||||
|
E |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
EI |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
EW |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
Noti |
Il-klassifikazzjoni timtela b’“(i→o)”; “(o→i)”; jew “(i↔o)” biex tindika jekk l-element ġiex ittestjat u jissodisfax ir-rekwiżiti minn ġewwa biss; minn barra biss; jew miż-żewġ naħat rispettivament. Iż-żieda tas-suffiss “ef” tindika li t-test sar fuq il-bażi tal-kurva tan-nar esterna. |
||||||||||
Tabella 4.6
|
Tapplika għal |
Barrieri tan-nirien mhux mekkaniċi għall-kanali tal-ventilazzjoni |
||||||||||||||
|
E |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
||||
|
EI |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
||||
|
Noti |
Minbarra li jissodisfa r-rekwiżiti relatati mal-integrità (E), l-ostaklu tan-nirien mhux mekkaniku jrid ukoll:
Ma hemm l-ebda klassifikazzjoni S għal dan il-prodott, peress li ma għandu l-ebda prestazzjoni tad-duħħan f’temperatura ambjentali. “ve” u/jew “ho” jindikaw li l-prodott huwa maħsub biex jintuża għal użu vertikali u/jew orizzontali. |
||||||||||||||
Tabella 4.7
|
Tapplika għal |
Siġilli ta’ penetrazzjoni |
||||||||||
|
E |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
EI |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
Noti |
Il-klassifikazzjoni hija espressa f’termini ta’ klassifikazzjoni tal-kostruzzjoni ta’ appoġġ b’funzjoni li tissepara n-nar li tkun qed tiġi ppenetrata. Il-klassifikazzjoni tas-siġilli tal-penetrazzjoni tal-pajpijiet titlesta biż-żieda ta’ “U/U”, “C/U”, “U/C”, jew “C/C” skont il-konfigurazzjoni tat-tarf tal-pajp ittestjata ġewwa l-forn u barra l-forn rispettivament (U – mhux ikkappjat; C – ikkappjat). |
||||||||||
Tabella 4.8
|
Tapplika għal |
Siġilli ta’ penetrazzjoni kkombinati |
||||||||||
|
E |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
EI |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
Noti |
Il-klassifikazzjoni hija espressa f’termini ta’ klassifikazzjoni tal-kostruzzjoni ta’ appoġġ b’funzjoni li tissepara n-nar li tkun qed tiġi ppenetrata. Il-klassifikazzjoni timtela bil-klassifikazzjonijiet addizzjonali rilevanti tal-elementi kkombinati kif stabbiliti f’dan l-Anness. |
||||||||||
Tabella 4.9
|
Tapplika għal |
Siġilli tal-ġogi lineari |
||||||||||||||||||
|
E |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
||||||||
|
EI |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
||||||||
|
Noti |
Il-klassifikazzjoni timtela biż-żieda tas-simboli
|
||||||||||||||||||
Tabella 4.10
|
Tapplika għal |
Settijiet tal-bieb li jirreżistu n-nar, twieqi li jagħlqu (fil-ħitan u s-soqfa), tamboċċi u xaters li jistgħu jinfetħu (inklużi dawk li jinkorporaw ħġieġ, apparati tal-għeluq u hardware ieħor tal-bini) |
||||||||||
|
E |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
EI |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
EW |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
S200 |
Għal elementi u prodotti li jkunu għaddew mill-kriterji ta’ kontroll tad-duħħan skont il-kundizzjonijiet tat-test issodisfati. |
||||||||||
|
Sa3 jew Sa4 |
Għal elementi u prodotti li jkunu għaddew mill-kriterji ta’ kontroll tad-duħħan skont il-kundizzjonijiet tat-test issodisfati. |
||||||||||
|
C |
Il-klassifikazzjoni C tista’ tiġi ddikjarata meta jitwaħħal apparat li jagħlaq waħdu u l-element jew il-prodott ma jkunx ingħalaq manwalment għall-fini tat-test. B’mod fakultattiv, għad-durabbiltà tal-għeluq awtomatiku, il-klassifikazzjoni C tista’ tiġi kkumplimentata biċ-ċifri 0 sa 5 skont il-kategorija tal-użu fejn ikun sar l-ittestjar taċ-ċiklu. |
||||||||||
|
Noti |
Il-klassifikazzjoni EI timtela biż-żjieda tas-suffiss “1 ” jew “2 ” sabiex jiġi indikat liema definizzjoni ta’ iżolament hija wżata. Fil-każ meta l-klassifikazzjoni ma tkoprix it-tisħin kemm fuq il-wiċċ tal-għeluq kif ukoll fuq il-wiċċ tal-ftuħ, dan irid ikun indikat b’mod espliċitu fil-klassifikazzjoni. Din it-tabella ma tinkludix jew ma tindirizzax prodotti għall-ventilazzjoni tad-duħħan. Klassifikazzjoni addizzjonali tal-kontroll tad-duħħan ta’ settijiet ta’ bibien industrijali kbar hija possibbli għal limitu ta’ tnixxija ta’ 50 m3 /h. |
||||||||||
Tabella 4.11
|
Tapplika għal |
Għeluq għal ċineg ta’ transport u sistemi ta’ transport marbutin b’passaġġ fiss |
||||||||||
|
E |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
EI |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
EW |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
C |
Il-klassifikazzjoni C tista’ tiġi ddikjarata meta jitwaħħal apparat li jagħlaq waħdu u l-element jew il-prodott ma jkunx ingħalaq manwalment għall-fini tat-test. B’mod fakultattiv, għad-durabbiltà tal-għeluq awtomatiku, il-klassifikazzjoni C tista’ tiġi kkumplimentata biċ-ċifri 0 sa 5 skont il-kategorija tal-użu fejn ikun sar l-ittestjar taċ-ċiklu. |
||||||||||
|
Noti |
Il-klassifikazzjoni EI timtela biż-żjieda tas-suffiss “1 ” jew “2 ” sabiex jiġi indikat liema definizzjoni ta’ iżolament hija wżata. Trid tiġi ġġenerata klassifikazzjoni EI f’każijiet fejn il-kampjun tat-test huwa konfigurazzjoni ta’ pajp jew kanal mingħajr stima tal-għeluq għas-sistema tal-conveyor. Il-kapaċità operattiva sostnuta ta’ kwalunkwe apparat li jikklerja u/jew kwalunkwe apparat li jissepara għal sistema ta’ trasportatur hija identifikata bl-użu ta’ “T”. |
||||||||||
Tabella 4.12
|
Tapplika għal |
Gradilji għat-trasferiment tal-arja |
||||||||||
|
E |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
EI |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
EW |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
Noti |
Jekk jissodisfa l-kriterji fir-rigward tal-integrità matul l-istat miftuħ, is-simbolu “reżistenti għall-fjamma” jiżdied mal-klassifikazzjoni. Jekk jissodisfa l-kriterji fir-rigward tal-kurva “smouldering”, is-simbolu “IncSlow” jiżdied mal-klassifikazzjoni. |
||||||||||
Tabella 4.13
|
Tapplika għal |
Passaġġi għal kanali u xaftijiet tas-servizzi |
||||||||||
|
E |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
EI |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
Noti |
Il-klassifikazzjoni tindika kif ġie ttestjat l-element u tirreferi għal nar minn ġewwa “(i→o)” jew minn barra “(o→i)” jew għat-tnejn li huma “(i↔o)”. Barra minn hekk, is-simboli, “ve” u/jew “ho” jindikaw li l-prodott huwa maħsub għal użu vertikali u/jew orizzontali. |
||||||||||
Tabella 4.14
|
Tapplika għal |
Ċmieni |
||||||||||
|
|
G + distanza f’mm (eż. G 50 ) jew O + distanza f’mm (eż. O 50 ) |
||||||||||
|
E |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
EI |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
|
|||||||||||
|
T (temperatura operattiva) fi °C |
80 |
100 |
120 |
140 |
160 |
200 |
250 |
300 |
400 |
450 |
600 |
|
Noti |
Id-distanza mhijiex meħtieġa għal prodotti inkorporati. Il-klassifikazzjoni tindika kif ġie ttestjat l-element u tirreferi għal nar minn barra “(o→i)” jew għat-tnejn li huma “(i↔o)”. “ve” u/jew “ho” jindikaw li l-prodott huwa maħsub biex jintuża għal użu vertikali u/jew orizzontali. |
||||||||||
Tabella 4.15
|
Tapplika għal |
Kisi tal-ħitan u tas-soqfa |
||||||||||
|
K1 |
10 |
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
K2 |
10 |
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
Noti |
Is-suffissi “1 ” u “2 ” jindikaw liema substrati, kriterji ta’ mġieba fin-nar u regoli ta’ estensjoni huma wżati f’din il-klassifikazzjoni. |
||||||||||
5. Prodotti għal użu f’sistemi ta’ ventilazzjoni (eskluża l-ventilazzjoni għall-ħruġ tad-duħħan u tas-sħana)
Tabella 5.1
|
Tapplika għal |
Kanali ta’ ventilazzjoni li jirreżistu n-nar |
||||||||||
|
E |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
EI |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
S |
10 m3 /(m2 h) rata massima ta’ tnixxija b’referenza għall-erja tal-wiċċ tal-kanal matul it-test tan-nar. |
||||||||||
|
Noti |
Minbarra li jissodisfa r-rekwiżiti relatati mal-integrità (E), il-kanal irid jikseb ukoll rata massima ta’ tnixxija ta’ 15 m3 /(m2 h) b’referenza għall-erja tal-wiċċ tal-kanal matul it-test tan-nar. Il-klassifikazzjoni tindika kif ġie ttestjat l-element u tirreferi għal nar minn ġewwa “(i→o)” jew minn barra “(o→i)” jew għat-tnejn li huma “(i↔o)”. “ve” u/jew “ho” jindikaw li l-prodott huwa maħsub biex jintuża għal użu vertikali u/jew orizzontali. Il-klassifikazzjoni trid tindika d-differenza fil-pressjoni użata fit-test. |
||||||||||
Tabella 5.2
|
Tapplika għal |
Barrieri tan-nar |
||||||||||||||
|
E |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
||||
|
EI |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
||||
|
S |
200 m3 /(m2 h) rata massima ta’ tnixxija b’referenza għaż-żona trasversali nominali tal-kanal matul it-test tan-nar:
|
||||||||||||||
|
Noti |
Minbarra li tissodisfa r-rekwiżiti relatati mal-integrità (E), il-barriera tan-nirien trid ukoll:
“ve” u/jew “ho” jindikaw li l-prodott huwa maħsub biex jintuża għall-użu vertikali (per eżempju immuntat mal-ħajt) u/jew orizzontali (per eżempju immuntat mal-art). “H” tindika barriera tan-nirien li kapaċi tissodisfa l-integrità (E), jew l-integrità u l-iżolament (EI) għall-perjodu ta’ klassifikazzjoni b’assi jew ġeometrija orizzontali tax-xafra. “V” tindika barriera tan-nirien li kapaċi tissodisfa l-integrità (E), jew l-integrità u l-iżolament (EI) għall-perjodu ta’ klassifikazzjoni b’assi jew ġeometrija vertikali tax-xafra. |
||||||||||||||
6. Prodotti li għandhom jintużaw f’installazzjonijiet ta’ servizz ta’ bini tal-elettriku, tal-kontroll tal-potenza u tal-komunikazzjoni
Tabella 6.1
|
Tapplika għal |
Sistemi ta’ protezzjoni min-nar għal sistemi ta’ kejbil u komponenti assoċjati |
||||||||||||||||||
|
P |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
||||||||
|
Noti |
Il-klassifikazzjoni trid tindika: It-tip ta’ kejbils li jistgħu jiġu installati fis-sistemi ta’ protezzjoni min-nar, jiġifieri kwalunkwe kejbil standard jew kejbils speċifiċi biss; u l-konfigurazzjonijiet tal-kejbils li jistgħu jiġu protetti u l-vultaġġ operattiv kif ġej:
|
||||||||||||||||||
Tabella 6.2
|
Tapplika għal |
Kejbils tal-elettriku, tal-kontroll tal-enerġija u tal-komunikazzjoni mhux protetti b’reżistenza intrinsika għan-nar |
||||||||||
|
Pca |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
Noti |
Għall-kejbils tal-elettriku u l-kejbils tal-kontroll, il-klassifikazzjoni trid tindika għal liema vultaġġ stmat il-kriterji tal-prestazzjoni huma ssodisfati. |
||||||||||
Tabella 6.3
|
Tapplika għal |
Kejbils żgħar tal-elettriku, tal-kontroll tal-potenza u tal-komunikazzjoni mhux protetti b’reżistenza għan-nar intrinsika (< 20 mm dijametru u b’daqsijiet tal-kondutturi ≤ 2,5 mm2) |
||||||||||
|
PHca |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
Noti |
Għall-kejbils tal-elettriku u l-kejbils tal-kontroll, il-klassifikazzjoni trid tindika għal liema vultaġġ stmat il-kriterji tal-prestazzjoni huma ssodisfati. |
||||||||||
7. Prodotti li għandhom jiġu użati f’sistemi ta’ kontroll tad-duħħan u tas-sħana
Tabella 7.1
|
Tapplika għal |
Kanali ta’ kontroll tad-duħħan b’kompartiment wieħed |
||||||||||
|
E600 |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
S |
5 m3 /(m2 h) rata massima ta’ tnixxija b’referenza għall-erja tal-wiċċ tal-kanal f’temperatura ambjentali u 5 m3 /(m2 h) rata massima ta’ tnixxija relatata mal-erja tal-wiċċ tal-kanal matul it-test tan-nar. |
||||||||||
|
Noti |
Minbarra li jissodisfa r-rekwiżiti relatati mal-integrità (E), il-kanal irid jikseb ukoll rata massima ta’ tnixxija ta’ 10 m3 /(m2 h) b’referenza għall-erja tal-wiċċ tal-kanal matul it-test tan-nar. Il-klassifikazzjoni timtela bis-suffiss “wieħed” għal prodotti maħsuba għal użu ta’ kompartiment wieħed biss. “ve” u/jew “ho” jindikaw li l-prodott huwa maħsub biex jintuża għall-użu vertikali u/jew orizzontali, fil-kompartiment. “500 ”, “1 000 ”, “1 500 ” jindikaw li l-prodott huwa maħsub biex jintuża sa dawn il-valuri ta’ pressjoni baxxa, imkejla f’Pa f’temperatura ambjentali. |
||||||||||
Tabella 7.2
|
Tapplika għal |
Kanali ta’ kontroll tad-duħħan ta’ aktar minn kompartiment wieħed |
||||||||||
|
E |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
EI |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
S |
5 m3 /(m2 h) rata massima ta’ tnixxija b’referenza għall-erja tal-wiċċ tal-kanal f’temperatura ambjentali u 5 m3 /(m2 h) rata massima ta’ tnixxija relatata mal-erja tal-wiċċ tal-kanal matul it-test tan-nar. |
||||||||||
|
Noti |
Minbarra li jissodisfa r-rekwiżiti relatati mal-integrità (E), il-kanal irid jikseb ukoll rata massima ta’ tnixxija ta’ 10 m3 /(m2 h) b’referenza għall-erja tal-wiċċ tal-kanal matul it-test tan-nar. Il-klassifikazzjoni timtela bis-suffiss “multi” għal prodotti maħsuba għal użu ta’ aktar minn kompartiment wieħed. “ve” u/jew “ho” jindikaw li l-prodott huwa maħsub biex jintuża għal użu vertikali u/jew orizzontali. “500 ”, “1 000 ”, “1 500 ” jindikaw li l-prodott huwa maħsub biex jintuża sa dawn il-valuri ta’ pressjoni baxxa, imkejla f’Pa f’temperatura ambjentali. |
||||||||||
Tabella 7.3
|
Tapplika għal |
Barrieri ta’ kontroll tad-duħħan ta’ kompartiment wieħed |
||||||||||||||||||||
|
E600 |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
||||||||||
|
S |
200 m3 /(m2 h) rata massima ta’ tnixxija b’referenza għaż-żona trasversali nominali tal-kanal matul it-test tan-nar:
|
||||||||||||||||||||
|
Noti |
Minbarra li tissodisfa r-rekwiżiti relatati mal-integrità (E), il-barriera tal-kontroll tad-duħħan b’kompartiment wieħed iridu wkoll:
Il-klassifikazzjoni timtela bis-suffiss “wieħed” għal prodotti maħsuba għal użu ta’ kompartiment wieħed. “ved”, “vew”“vedw” u/jew “hod”, “how”“hodw” jindikaw li l-prodott huwa maħsub għal użu vertikali u/jew orizzontali, flimkien mal-muntaġġ f’kanal jew f’ħajt/art jew fit-tnejn rispettivament. “H” tindika barriera tal-kontroll tad-duħħan f’kompartiment wieħed li kapaċi tissodisfa l-integrità (E) għall-perjodu ta’ klassifikazzjoni b’assi jew ġeometrija orizzontali tax-xafra, “V” tindika barriera tal-kontroll tad-duħħan f’kompartiment wieħed li kapaċi tissodisfa l-integrità (E) għall-perjodu ta’ klassifikazzjoni b’assi vertikali tax-xafra jew ġeometrija. “500 ”, “1 000 ” u “1 500 ” jindikaw li l-prodott huwa maħsub biex jintuża sa dan il-valur ta’ pressjoni baxxa f’Pa f’temperatura ambjentali. “AA” tfisser għall-użu ma’ applikazzjonijiet li jipprovdu attivazzjoni awtomatika, “MA” tfisser għall-użu ma’ applikazzjonijiet li jeħtieġu intervent manwali jew li jipprovdu attivazzjoni awtomatika. “‘C300 ”, “C10 000 ”, “CMOD” jew “C300 (N)”, “C10 000 (N)”, “CMOD(N)” jindikaw li l-prodott huwa maħsub biex jintuża f’sistemi ta’ kontroll tad-duħħan biss, sistemi ta’ kontroll tad-duħħan ikkontrollati bis-sħiħ u sistemi ta’ kontroll tad-duħħan ikkombinati ma’ sistemi ambjentali jew umidifikaturi ta’ kontroll tad-duħħan maħsuba biex jintużaw fi kwalunkwe sistema li għandha pożizzjoni kkontrollata jew varjabbli, ittestjata taħt tagħbija, jew mingħajr tagħbija (N), rispettivament. “HOT 400 /30 ” (Temperatura Operattiva Għolja) tindika li l-umidifikatur għall-kontroll tad-duħħan b’kompartiment wieħed ġie soġġett għal test addizzjonali biex juri li għandu l-kapaċità li jinfetaħ u jingħalaq matul perjodu ta’ 30 minuta ta’ temperaturi sa 400 °C. |
||||||||||||||||||||
Tabella 7.4
|
Tapplika għal |
Barrieri ta’ kontroll tad-duħħan ta’ aktar minn kompartiment wieħed |
||||||||||||||||||||
|
E |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
||||||||||
|
EI |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
||||||||||
|
S |
200 m3 /(m2 h) rata massima ta’ tnixxija b’referenza għaż-żona trasversali nominali tal-kanal matul it-test tan-nar:
|
||||||||||||||||||||
|
Noti |
Minbarra li tissodisfa r-rekwiżiti relatati mal-integrità (E) jew l-integrità u l-iżolament (EI), il-barriera tal-kontroll tad-duħħan reżistenti għan-nar b’diversi kompartimenti jridu wkoll:
Il-klassifikazzjoni timtela bis-suffiss “multi” għal prodotti maħsuba għal użu ta’ aktar minn kompartiment wieħed. “ved”, “vew”“vedw” u/jew “hod”, “how”“hodw” jindikaw li l-prodott huwa maħsub għal użu vertikali u/jew orizzontali, flimkien mal-muntaġġ f’kanal jew f’ħajt/art jew fit-tnejn rispettivament. “H” tindika barriera tal-kontroll tad-duħħan b’diversi kompartimenti reżistenti għan-nar li kapaċi tissodisfa l-integrità (E), jew l-integrità u l-iżolament (EI) għall-perjodu ta’ klassifikazzjoni b’assi jew ġeometrija orizzontali tax-xafra. “V” tindika barriera tal-kontroll tad-duħħan b’diversi kompartimenti reżistenti għan-nar li kapaċi tissodisfa l-integrità (E), jew l-integrità u l-iżolament (EI) għall-perjodu ta’ klassifikazzjoni b’assi jew ġeometrija vertikali tax-xafra. “500 ”, “1 000 ” u “1 500 ” jindikaw li l-prodott huwa maħsub biex jintuża sa dan il-valur ta’ pressjoni baxxa f’Pa f’temperatura ambjentali. “AA” tfisser għall-użu ma’ applikazzjonijiet li jipprovdu attivazzjoni awtomatika, “MA” tfisser għall-użu ma’ applikazzjonijiet li jeħtieġu intervent manwali jew li jipprovdu attivazzjoni awtomatika. “C300 ”, “C10 000 ”, “CMOD” jew “C300 (N)”, “C10 000 (N)”, “CMOD(N)” jindikaw li l-prodott huwa maħsub biex jintuża f’sistemi ta’ kontroll tad-duħħan biss, sistemi ta’ kontroll tad-duħħan ikkontrollati bis-sħiħ u sistemi ta’ kontroll tad-duħħan ikkombinati ma’ sistemi ambjentali jew umidifikaturi ta’ kontroll tad-duħħan maħsuba biex jintużaw fi kwalunkwe sistema li għandha pożizzjoni kkontrollata jew varjabbli, ittestjata taħt tagħbija, jew mingħajr tagħbija (N), rispettivament. “HOT 400 /30 ” (Temperatura Operattiva Għolja) tindika li l-umidifikatur tal-kontroll tad-duħħan reżistenti għan-nar b’diversi kompartimenti ġie soġġett għal test addizzjonali biex juri li għandu l-kapaċità li jinfetaħ u jingħalaq matul perjodu ta’ 30 minuta ta’ temperaturi sa 400 °C. |
||||||||||||||||||||
Tabella 7.5
|
Tapplika għal |
Barrieri għad-duħħan |
||||||||||
|
D600 |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
DH |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
Tabella 7.6
|
Tapplika għal |
Ventilaturi motorizzati għall-kontroll tad-duħħan u tas-sħana (fannijiet), inklużi konnetturi |
||||||||||
|
F200 |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
F300 |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
F400 |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
F600 |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
F842 |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
Tabella 7.7
|
Tapplika għal |
Ventilaturi għad-duħħan u għall-egżost tas-sħana naturali |
||||||||||
|
B300 |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
B600 |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
Βθ |
|
15 |
20 |
30 |
45 |
60 |
90 |
120 |
180 |
240 |
360 |
|
Noti |
Fejn θ tindika l-kundizzjoni tal-espożizzjoni (temperatura), ogħla minn 300 °C. Dawn il-prodotti huma ddisinjati biex jinfetħu f’każ ta’ nar u ma jkollhomx klassifikazzjoni tal-integrità (E). |
||||||||||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/557/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)