Brussell, 11.8.2021

COM(2021) 466 final

ANNESS

tal-

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet









(Il-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà)


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru […]

ta’ […]

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tiġi estiża għall-Ftehim ŻEE biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 2021/888 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li jħassar ir-Regolamenti (UE) 2018/1475 u (UE) Nru 375/2014 1 .

(2)Huwa xieraq li l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fl-attivitajiet li jirriżultaw mir-Regolament (UE) Nru 2021/888 tibda mill-1 ta' Jannar 2021, irrispettivament minn meta din id-Deċiżjoni tiġi adottata, jew jekk it-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali għal din id-Deċiżjoni, jekk ikun hemm, ikun innotifikat wara l-10 ta’ Lulju 2021. 

(3)Jenħtieġ li entitajiet stabbiliti fl-Istati tal-EFTA jkunu intitolati li jipparteċipaw f'attivitajiet li jibdew qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. L-ispejjeż imġarrba għal dawn l-attivitajiet, li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta’ Jannar 2021, jistgħu jitqiesu eliġibbli bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal spejjeż imġarrba minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-UE, dment li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ qabel ma tintemm l-azzjoni konċernata.

(4)Il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA u l-istituzzjonijiet, l-impriżi, l-organizzazzjonijiet u ċ-ċittadini tagħhom fil-programmi tal-Unjoni Ewropea huma stabbiliti fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u b’mod partikolari fl-Artikolu 81 tiegħu.

(5)Għalhekk jenħtieġ li l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' sseħħ mill-1 ta' Jannar 2021,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 4 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 2q:

“2rL-Istati tal-EFTA, b'effett mill-1 ta' Jannar 2021, għandhom jipparteċipaw fil-programm Ewropew li ġej:

-32021 R 0888: Ir-Regolament (UE) 2021/888 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li jħassar ir-Regolamenti (UE) 2018/1475 u (UE) Nru 375/2014 (ĠU L 202, 8.6.2021, p. 32).

L-ispejjeż imġarrba għal attivitajiet li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta’ Jannar 2021, jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli mill-bidu tal-azzjoni stipulata fil-ftehim tal-għotja jew fid-deċiżjoni tal-għotja kkonċernati, bil-kundizzjonijiet stabbiliti fihom, dment li d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru XX/2021 ta’ xx 2021 [din id-Deċiżjoni] tidħol fis-seħħ qabel tmiem l-azzjoni.

In-Norveġja għandha tingħata eżenzjoni milli tipparteċipa fil-programm u milli tħallas kontribuzzjoni finanzjarja għalih.”

2.It-test tal-paragrafu 3 huwa ssostitwit b'li ġej:

“L-Istati tal-EFTA għandhom jikkontribixxu finanzjarjament f'konformità mal-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim għall-programmi u l-azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1, 2, 2a, 2b, 2c, 2d, 2e, 2f, 2g, 2h, 2i, 2j, 2k, 2l, 2m, 2n, 2o, 2p, 2q u 2r.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE 2*.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, […].

   Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

   Il-President

                       […]

   

   Is-Segretarji

   Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

                       […]

(1)    ĠU L 202, 8.6.2021, p. 32.
(2) *    [Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]