European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1697

13.7.2026

DEĊIŻJONI (UE) 2026/1697 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tal-10 ta’ Lulju 2026

li taħtar Imħallef u Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandati ta' erbatax-il Imħallef u sitt Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja ser jiskadi fis-6 ta' Ottubru 2027.

(2)

F'dan il-kuntest, ġie propost li l-mandat tas-Sur Koen LENAERTS bħala Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja jiġġedded. Għalhekk jenħtieġ li s-Sur Koen LENAERTS jinħatar għall-perjodu mis-7 ta' Ottubru 2027 sas-6 ta' Ottubru 2033.

(3)

Barra minn hekk, skont l-Artikoli 5 u 7 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u wara r-riżenja tas-Sur Nicholas EMILIOU mis-26 ta' April 2026, jenħtieġ li jiġi nominat Avukat Ġenerali tal-Qorti fil-Ġustizzja għall-bqija tal-mandat tas-Sur Nicholas EMILIOU, jiġifieri sas-6 ta' Ottubru 2027. Is-Sa Stéphanie LAULHÉ SHAELOU ġiet nominata għall-pożizzjoni li saret vakanti. Għalhekk jenħtieġ li s-Sinjura Stéphanie LAULHÉ SHAELOU tinħatar għall-perjodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni sas-6 ta’ Ottubru 2027

(4)

Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta' dawn il-kandidati għall-qadi tal-funzjonijiet ta' Mħallef u ta' Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Koen LENAERTS huwa b'dan maħtur Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perjodu mis-7 ta' Ottubru 2027 sas-6 ta' Ottubru 2033.

Artikolu 2

Is-Sa Stéphanie LAULHÉ SHAELOU hija b'dan maħtura Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perjodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni sas-6 ta' Ottubru 2027.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2026.

Il-President

A. O’DONOGHUE


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1697/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)