10.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/555

tad-9 ta' April 2018

dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2019, l-2020 u l-2021 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 (2) ġie stabbilit l-ewwel programm Komunitarju multiannwali kkoordinat u ta' kontroll, li jkopri s-snin 2009, 2010 u 2011. Il-programm tkompla permezz ta' Regolamenti konsekuttivi tal-Kummissjoni. L-aktar wieħed riċenti kien ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/660 (3).

(2)

Hemm bejn tletin u erbgħin prodott tal-ikel li jikkostitwixxu l-komponenti ewlenin tad-dieta fl-Unjoni. Peress li l-użi tal-pestiċidi juru bidliet sinifikanti tul perjodu ta' tliet snin, il-pestiċidi f'dawk il-prodotti tal-ikel jenħtieġ li jiġu ssorveljati tul sensiela ta' ċikli ta' tliet snin biex l-esponiment tal-konsumatur u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jkunu jistgħu jiġu vvalutati.

(3)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, bagħtet rapport xjentifiku dwar valutazzjoni tad-disinn tal-programm ta' monitoraġġ tal-pestiċidi. Hija kkonkludiet li rata ta' skorriment tal-MRL li tkun ogħla minn 1 % tista' tiġi stmata b'marġini ta' żball ta' 0,75 % billi jintgħażlu 683 unità ta' kampjun għal minimu ta' 32 prodott differenti tal-ikel (4). Il-ġbir ta' dawn il-kampjuni jenħtieġ li jitqassam fost l-Istati Membri skont il-kobor tal-popolazzjoni, b'minimu ta' 12-il kampjun għal kull prodott u għal kull sena.

(4)

Ir-riżultati analitiċi mill-programmi uffiċjali ta' kontroll preċedenti tal-Unjoni tqiesu biex jiġi żgurat li l-firxa ta' pestiċidi koperti mill-programm ta' kontroll tkun rappreżentattiva tal-pestiċidi użati.

(5)

Gwida dwar il-proċeduri ta' kontroll analitiku tal-kwalità u ta' validazzjoni tal-analiżi tar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel u fl-għalf (Analytical quality control and validation procedures for pesticide residues analysis in food and feed) tinsab ippubblikata fis-sit web tal-Kummissjoni (5).

(6)

Fejn id-definizzjoni ta' residwu ta' pestiċida tinkludi sustanzi attivi oħra, metaboliti u/jew prodotti li jirriżultaw minn diżintegrazzjoni jew minn reazzjoni, dawk il-komposti jenħtieġ li jiġu rrappurtati separatament sakemm jiġu mkejla b'mod individwali.

(7)

L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel laħqu qbil dwar il-miżuri ta' implimentazzjoni, bħad-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni (SSD) (6) (7), għas-sottomissjoni tar-riżultati tal-analiżi tar-residwi tal-pestiċidi, li huma relatati mat-tressiq tal-informazzjoni mill-Istati Membri.

(8)

Għall-proċeduri tat-teħid ta' kampjuni jenħtieġ li tapplika d-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE (8), li tinkorpora l-metodi u l-proċeduri tat-teħid ta' kampjuni rakkomandati mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius.

(9)

Jenħtieġ li jiġi evalwat jekk il-livelli massimi ta' residwi għall-ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar, stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE (9) u fl-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE (10) humiex qed jiġu rrispettati, billi jitqiesu biss id-definizzjonijiet tar-residwi kif inhuma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(10)

Fir-rigward tal-metodi ta' residwu uniku, l-Istati Membri jistgħu jkunu kapaċi jilħqu l-obbligi ta' analiżi tagħhom billi jirrikorru għal-laboratorji uffiċjali li diġà jkollhom il-metodi vvalidati meħtieġa.

(11)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jressqu l-informazzjoni li tikkonċerna s-sena kalendarja preċedenti sal-31 ta' Awwissu ta' kull sena.

(12)

Sabiex tkun evitata kwalunkwe konfużjoni minħabba t-trikkib bejn il-programmi multiannwali konsekuttivi, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/660 jitħassar fl-interess taċ-ċertezza tad-dritt. Madankollu, jenħtieġ li dan ikompli japplika għall-kampjuni ttestjati fl-2018.

(13)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Matul is-snin 2019, 2020 u 2021, l-Istati Membri għandhom jieħdu u janalizzaw kampjuni għall-kombinazzjonijiet ta' prodotti/pestiċidi, kif stipulat fl-Anness I.

L-għadd ta' kampjuni ta' kull prodott, fosthom prodotti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, u prodotti li joriġinaw mill-biedja organika, għandu jkun dak stipulat fl-Anness II.

Artikolu 2

1.   Il-lott li minnu jittieħdu l-kampjuni għandu jintgħażel b'mod aleatorju.

Il-proċedura tat-teħid ta' kampjuni, inkluż l-għadd ta' unitajiet, għandhom ikunu konformi mad-Direttiva 2002/63/KE.

2.   Il-kampjuni kollha, inklużi dawk tal-prodotti tal-ikel maħsubin għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar għandhom jiġu analizzati għall-pestiċidi stabbiliti fl-Anness I, skont id-definizzjonijiet tar-residwi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 396/2005.

3.   Għall-prodotti tal-ikel maħsubin għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, il-kampjuni għandhom jiġu evalwati fuq il-prodotti kif jiġu proposti lesti għall-konsum, jew wara li jiġu rikostitwiti skont l-istruzzjonijiet tal-manifatturi, filwaqt li jitqiesu l-MRLs stipulati fid-Direttivi 2006/125/KE u 2006/141/KE. F'każijiet meta dawn il-prodotti tal-ikel ikunu ta' tip li jistgħu jiġu kkunsmati kemm kif jinbiegħu kif ukoll f'forma rikostitwita, ir-riżultati għandhom jiġu rrappurtati fir-rigward tal-prodott mhux rikostitwit kif jinbiegħ.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jissottomettu r-riżultati tal-analiżi tal-kampjuni ttestjati fl-2019, fl-2020 u fl-2021 sal-31 ta' Awwissu tal-2020, tal-2021 u tal-2022 rispettivament. Ir-riżultati għandhom jintbagħtu skont id-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni (SSD).

Meta d-definizzjoni ta' residwu ta' pestiċida tinkludi iżjed minn kompost wieħed (sustanza attiva, metabolit u/jew prodotti li jirriżultaw minn diżintegrazzjoni jew minn reazzjoni), l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw ir-riżultati tal-analiżi skont id-definizzjoni sħiħa tar-residwu. Barra minn hekk, ir-riżultati ta' kull wieħed mill-analiti li jiffurmaw parti mid-definizzjoni tar-residwu għandhom jintbagħtu separatament, sakemm dawn jiġu mkejla fuq bażi individwali.

Artikolu 4

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/660 huwa mħassar.

Madankollu, fir-rigward ta' kampjuni ttestjati fl-2018, għandu jibqa' japplika sal-1 ta' Settembru 2019.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 tal-5 ta' Diċembru 2008 li jikkonċerna programm Komunitarju kkoordinat ta' kontroll multiannwali għall-2009, 2010 u 2011 sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u biex tevalwa l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 9).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/660 tas-6 ta' April 2017 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2018, l-2019 u l-2020 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 94, 7.4.2017, p. 12).

(4)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; il-programm ta' monitoraġġ tal-pestiċidi: il-valutazzjoni tad-disinn. The EFSA Journal 2015;13(2):4005.

(5)  Id-Dokument Nru SANTE/11813/2017 l-aktar verżjoni riċenti tiegħu: https://ec.europa.eu/food/sites/food/files/plant/docs/pesticides_mrl_guidelines_wrkdoc_2017-11813.pdf.

(6)  Deskrizzjoni standard tal-kampjuni għall-ikel u l-għalf (EFSA Journal 2010; 8(1): 1457).

(7)  L-użu tad-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni tal-EFSA ver. 2.0 (SSD) għar-rappurtar ta' dejta dwar il-kontroll marbut mar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel u fl-għalf skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 (EFSA Supporting publication 2015: EN-918).

(8)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE tal-11 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta' teħid ta' kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta' residwi ta' pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEE (ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30).

(9)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1).

(10)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta' Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16).


ANNESS I

Il-Parti A: Prodotti li joriġinaw mill-pjanti (1) li għandu jittieħed kampjun minnhom fl-2019, fl-2020 u fl-2021.

2019

2020

2021

(c)

(a)

(b)

Tuffieħ (2)

Larinġ (2)

Għeneb tal-mejda (2)

Frawli (2)

Lanġas (2)

Banana (2)

Ħawħ, inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili (2)

Frott tal-kiwi (2)

Grejpfrut (2)

Inbid (aħmar jew abjad) magħmul mill-għeneb. (Jekk ma huwa disponibbli l-ebda fattur tal-ipproċessar speċifiku għall-inbid, jista' jiġi applikat fattur prestabbilit ta' 1. L-Istati Membri huma mitluba li jirrappurtaw il-fatturi tal-ipproċessar tal-inbid użati fir-“Rapport Sommarju Nazzjonali”)

Pastard (2)

Brunġiel (2)

Ħass (2)

Basal (2)

Brokkoli (2)

Kaboċċi bir-ras (2)

Karrotti (2)

Bettieħ (2)

Tadam (2)

Patata (2)

Faqqiegħ ikkultivat (2)

Spinaċi (2)

Fażola (imnixxfa) (2)

Bżar ħelu (2)

Żerriegħa tal-ħafur (3) (4)

Żerriegħa tas-segala (4)

Żerriegħa tal-qamħ (4)

Żerriegħa tax-xgħir (4) (5)

Ir-ross ismar (ir-ross imfesdaq), li huwa ddefinit bħala ross wara li titneħħilu l-fosdqa (6)

Żejt taż-żebbuġa verġni (Jekk ma huwa disponibbli l-ebda fattur tal-ipproċessar speċifiku għaż-żejt, jista' jiġi applikat fattur prestabbilit ta' 5 għal sustanzi li jinħallu fix-xaħam, filwaqt li jitqies ir-rendiment standard tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa ta' 20 % tal-ħsad taż-żebbuġ; għal sustanzi li jinħallu f'sustanzi mhux xaħmin, jista' jintuża fattur standard tal-ipproċessar għaż-żejt ta' 1. L-Istati Membri huma mitluba li jirrappurtaw il-fatturi tal-ipproċessar użati fir-“Rapport Sommarju Nazzjonali”).

Il-Parti B: Prodotti li joriġinaw mill-annimali (1) li għandu jittieħed kampjun minnhom fl-2019, fl-2020 u fl-2021.

2019

2020

2021

(e)

(f)

(d)

Ħalib tal-baqar (7)

Xaħam tal-pollam (2)

Xaħam tal-bovini (2)

Xaħam tal-majjal (2)

Xaħam tan-nagħaġ (2)

Bajd tat-tiġieġ (2) (8)

Il-Parti C: Kombinazzjonijiet ta' pestiċidi/prodotti li għandhom jiġu ssorveljati fi/fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti

 

2019

2020

2021

Kummenti

2,4-D

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-ħass, fl-ispinaċi u fit-tadam u fuqhom fl-2019; fil-larinġ, fil-pastard, fir-ross ismar u fil-fażola mnixxfa u fuqhom fl-2020. il-grejpfrut, l-għeneb tal-mejda, il-brunġiel, il-brokkoli fl-2021.

2-Fenilfenol

(c)

(a)

(b)

 

Abamektina

(c)

(a)

(b)

 

Aċefat

(c)

(a)

(b)

 

Aċetamiprid

(c)

(a)

(b)

 

Akrinatrina

(c)

(a)

(b)

 

Aldikarb

(c)

(a)

(b)

 

Aldrin u dieldrin

(c)

(a)

(b)

 

Ametoktradin

(c)

(a)

(b)

 

Ażinfos-metil

(c)

(a)

(b)

 

Ażossistrobina

(c)

(a)

(b)

 

Bifentrin

(c)

(a)

(b)

 

Bifenil

(c)

(a)

(b)

 

Bitertanol

(c)

(a)

(b)

 

Boskalid

(c)

(a)

(b)

 

Jon tal-bromur

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-ħass u fit-tadam u fuqhom fl-2019; fir-ross ismar u fuqu fl-2020; fl-bżar ħelu u fuqu fl-2021.

Bromopropilat

(c)

(a)

(b)

 

Bupirimat

(c)

(a)

(b)

 

Buprofeżin

(c)

(a)

(b)

 

Kaptan

(c)

(a)

(b)

 

Karbaril

(c)

(a)

(b)

 

Karbendażim u benomil

(c)

(a)

(b)

 

Karbofuran

(c)

(a)

(b)

 

Klorantraniliprol

(c)

(a)

(b)

 

Klorfenapir

(c)

(a)

(b)

 

Klormekwat

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fit-tadam u fil-ħafur u fuqhom fl-2019; fil-karrotti, fil-lanġas, fis-segala, fir-ross ismar u fuqhom fl-2020; fil-brunġiel, fl-għeneb tal-mejda, fil-faqqiegħ ikkultivat, fil-qamħ u fuqhom fl-2021.

Klorotalonil

(c)

(a)

(b)

 

Klorprofam

(c)

(a)

(b)

 

Klorpirifos

(c)

(a)

(b)

 

Klorpirifos-metil

(c)

(a)

(b)

 

Klofenteżina

(c)

(a)

(b)

Għandha tiġi analizzata għall-prodotti kollha elenkati għajr iċ-ċereali.

Klotijanidin

(c)

(a)

(b)

 

Ċjażofammid

(c)

(a)

(b)

 

Ċiflutrin

(c)

(a)

(b)

 

Ċimoksanil

(c)

(a)

(b)

 

Ċipermetrina

(c)

(a)

(b)

 

Ċiprokonażol

(c)

(a)

(b)

 

Ċiprodinil

(c)

(a)

(b)

 

Ċiromażina

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-ħass u fit-tadam u fuqhom fl-2019; fil-patata, fil-basal u fil-karrotti u fuqhom fl-2020; fil-brunġiel, fil-bżar ħelu, fil-bettieħ u fil-faqqiegħ ikkultivat u fuqhom fl-2021.

Deltametrina

(c)

(a)

(b)

 

Diażinon

(c)

(a)

(b)

 

Diklorvos

(c)

(a)

(b)

 

Dikloran

(c)

(a)

(b)

 

Dikofol

(c)

(a)

(b)

Għandha tiġi analizzata għall-prodotti kollha elenkati għajr iċ-ċereali.

Dietofenkarb

(c)

(a)

(b)

 

Difenokonażol

(c)

(a)

(b)

 

Diflubenżuron

(c)

(a)

(b)

 

Dimetoat

(c)

(a)

(b)

 

Dimetomorf

(c)

(a)

(b)

 

Dinikonażol

(c)

(a)

(b)

 

Difenilammina

(c)

(a)

(b)

 

Ditijanon

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fit-tuffieħ u fil-ħawħ u fuqhom fl-2019; fil-lanġas, fir-ross ismar u fuqhom fl-2020. fl-għeneb tal-mejda u fuqhom fl-2021.

Ditijokarbamati

(c)

(a)

(b)

Għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati u fuqhom, għajr il-brokkoli, il-pastard, il-kaboċċi bir-ras, iż-żejt taż-żebbuġa, l-inbid u l-basal.

Dodina

(c)

(a)

(b)

 

Benżoat tal-emamektin B1a, express bħala emamektin

(c)

(a)

(b)

 

Endosulfan

(c)

(a)

(b)

 

NEP

(c)

(a)

(b)

 

Epoksikonażol

(c)

(a)

(b)

 

Etefon

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fit-tuffieħ, fil-ħawħ, fit-tadam u fl-inbid u fuqhom fl-2019; fil-larinġ u fil-lanġas u fuqhom fl-2020; fil-bżar ħelu, fil-qamħ u fl-għeneb tal-mejda fl-2021.

Etijon

(c)

(a)

(b)

 

Etirimol

(c)

(a)

(b)

Għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati u fuqhom għajr iċ-ċereali.

Etofenproks

(c)

(a)

(b)

 

Etossażol

(c)

(a)

(b)

 

Famoksadon

(c)

(a)

(b)

 

Fenamidon

(c)

(a)

(b)

 

Fenamifos

(c)

(a)

(b)

 

Fenarimol

(c)

(a)

(b)

Għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati u fuqhom għajr iċ-ċereali.

Fenażakin

(c)

(a)

(b)

Għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati u fuqhom għajr iċ-ċereali.

Fenbukonażol

(c)

(a)

(b)

 

Ossidu tal-fenbutatin

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fit-tuffieħ, fil-ħawħ, fit-tadam u fl-inbid u fuqhom fl-2019; analizzata fil-larinġ, fil-lanġas u fuqhom fl-2020; fi u fuq il-brunġiel, il-grejpfrut, il-bżar ħelu u l-għeneb tal-mejda fl-2021.

Feneżammid

(c)

(a)

(b)

 

Fenitrotijon

(c)

(a)

(b)

 

Fenoksikarb

(c)

(a)

(b)

 

Fenpropatrina

(c)

(a)

(b)

 

Fenpropidina

(c)

(a)

(b)

 

Fenpropimorf

(c)

(a)

(b)

 

Fenpirossimat

(c)

(a)

(b)

 

Fentijon

(c)

(a)

(b)

 

Fenvalerat

(c)

(a)

(b)

 

Fipronil

(c)

(a)

(b)

 

Flonikamid

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fit-tuffieħ, fil-ħawħ, fl-ispinaċi, fil-ħass, fit-tadam, fil-ħafur u fix-xgħir u fuqhom fl-2019; fil-patata, fil-lanġas, fir-ross ismar, fis-segala u fuqhom fl-2020; fil-brunġiel, fl-għeneb tal-mejda, fil-grejpfrut, fil-bettieħ, fil-bżar ħelu u fil-qamħ u fuqhom fl-2021.

Fluważifop-P

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-frawli, fil-kaboċċi bir-ras, fil-ħass, fl-ispinaċi u fit-tadam u fuqhom fl-2019; fil-pastard, fil-fażola mnixxfa, fil-patata, fil-karrotti u fuqhom fl-2020; fi u fuq il-brunġiel, il-brokkoli, il-bżar ħelu u l-ħbub tal-qamħ fl-2021.

Flubendiammid

(c)

(a)

(b)

 

Fludioksonil

(c)

(a)

(b)

 

Flufenoksuron

(c)

(a)

(b)

 

Fluwopikolid

(c)

(a)

(b)

 

Fluwopiram

(c)

(a)

(b)

 

Flukwinkonażol

(c)

(a)

(b)

 

Flusilażol

(c)

(a)

(b)

 

Flutrijafol

(c)

(a)

(b)

 

Fluksapiroksad

(c)

(a)

(b)

 

Il-Folpet

(c)

(a)

(b)

 

Formetanat

(c)

(a)

(b)

 

Fostijażat

(c)

(a)

(b)

 

Glifosat

(c)

(a)

(b)

 

Aloksifop inkluż l-aloksifop-P

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-frawli u fil-kaboċċi bir-ras u fuqhom fl-2019; fil-fażola mnixxfa u fuqhom fl-2020; fil-brokkoli, fil-grejpfrut, fil-bżar ħelu u fil-qamh u fuqhom fl-2021.

Eżakonażol

(c)

(a)

(b)

 

Eksitijażoks

(c)

(a)

(b)

Għandha tiġi analizzata għall-prodotti kollha elenkati għajr iċ-ċereali.

Imażalil

(c)

(a)

(b)

 

Imidakloprid

(c)

(a)

(b)

 

Indoksakarb

(c)

(a)

(b)

 

Iprodion

(c)

(a)

(b)

 

Iprovalikarb

(c)

(a)

(b)

 

Iżokarbofos

(c)

(a)

(b)

 

Iżoprotijolan

 

(a)

 

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fir-ross ismar u fuqu fl-2020. Is-sustanza ma għandhiex tiġi analizzata fi kwalunkwe prodott jew fuqu fl-2019 u fl-2021.

Kreżoksim-metil

(c)

(a)

(b)

 

Lambda-ċjalotrina

(c)

(a)

(b)

 

Linuron

(c)

(a)

(b)

 

Lufenuron

(c)

(a)

(b)

 

Malatijon

(c)

(a)

(b)

 

Mandipropammid

(c)

(a)

(b)

 

Mepanipirim

(c)

(a)

(b)

 

Mepikwat

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-ħafur u fix-xgħir u fuqhom fl-2019; fil-lanġas, fis-segala u fir-ross ismar u fuqhom fl-2020; fil-faqqiegħ ikkultivat u fiż-żerriegħa tal-qamħ u fuqhom fl-2021;

Metalaksil u metalaksil-M

(c)

(a)

(b)

 

Metamidofos

(c)

(a)

(b)

 

Metidatijon

(c)

(a)

(b)

 

Metijokarb

(c)

(a)

(b)

 

Metomil

(c)

(a)

(b)

 

Metossifenożid

(c)

(a)

(b)

 

Metrafenon

(c)

(a)

(b)

 

Monokrotofos

(c)

(a)

(b)

 

Miklobutanil

(c)

(a)

(b)

 

Oksadiksil

(c)

(a)

(b)

 

Oksamil

(c)

(a)

(b)

 

Oksidemeton-metil

(c)

(a)

(b)

 

Paklobutrażol

(c)

(a)

(b)

 

Paratijon

(c)

(a)

(b)

 

Paratijon-metil

(c)

(a)

(b)

 

Penkonażol

(c)

(a)

(b)

 

Penċikuron

(c)

(a)

(b)

 

Pendimetalina

(c)

(a)

(b)

 

Permetrina

(c)

(a)

(b)

 

Fosmet

(c)

(a)

(b)

 

Pirimikarb

(c)

(a)

(b)

 

Pirimifos-metil

(c)

(a)

(b)

 

Proċimidon

(c)

(a)

(b)

 

Profenofos;

(c)

(a)

(b)

 

Propamokarb

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-frawli, fil-kaboċċi bir-ras, fl-ispinaċi, fil-ħass, fit-tadam u fix-xgħir u fuqhom fl-2019; fil-karrotti, fil-pastard, fil-basal u fil-patata u fuqhom fl-2020; fl-għeneb tal-mejda, fil-bettieħ, fil-brunġiel, fil-brokkoli, fil-bżar ħelu u fil-qamħ u fuqhom fl-2021.

Propargit

(c)

(a)

(b)

 

Propikonażol

(c)

(a)

(b)

 

Propiżammid

(c)

(a)

(b)

 

Prosulfokarb

(c)

(a)

(b)

 

Protijokonażol

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-kaboċċi bir-ras, fil-ħass, fit-tadam, fil-ħafur u fix-xgħir u fuqhom fl-2019; fil-karrotti, fil-basal, fis-segala u fir-ross ismar u fuqhom fl-2020; fil-bżar ħelu u fil-qamħ u fuqhom fl-2021.

Pimetrożina

(c)

 

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-kaboċċi bir-ras, fil-ħass, fil-frawli, fl-ispinaċi u fit-tadam u fuqhom fl-2019. Is-sustanza ma għandhiex tiġi analizzata fi kwalunkwe prodott jew fuqu fl-2020; fil-brunġiel, fil-bettieħ u fil-bżar ħelu u fuqhom fl-2021.

Piraklostrobin

(c)

(a)

(b)

 

Piridaben

(c)

(a)

(b)

 

Pirimetanil

(c)

(a)

(b)

 

Piriproksifen

(c)

(a)

(b)

 

Kinoksifen

(c)

(a)

(b)

 

Spinosad

(c)

(a)

(b)

 

Spirodiklofen

(c)

(a)

(b)

 

Spiromesifen

(c)

(a)

(b)

 

Spiroksamina

(c)

(a)

(b)

 

Spirotetramat

(c)

(a)

(b)

 

Taw-Fluvalinat

(c)

(a)

(b)

 

Tebukonażol

(c)

(a)

(b)

 

Tebufenożid

(c)

(a)

(b)

 

Tebufenpirad

(c)

(a)

(b)

Għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati u fuqhom għajr iċ-ċereali.

Teflubenżuron

(c)

(a)

(b)

 

Teflutrina

(c)

(a)

(b)

 

Terbutilażina

(c)

(a)

(b)

 

Tetrakonażol

(c)

(a)

(b)

 

Tetradifon

(c)

(a)

(b)

Għandha tiġi analizzata fil-prodotti kollha elenkati u fuqhom għajr iċ-ċereali.

Tijabendażol

(c)

(a)

(b)

 

Tijakloprid

(c)

(a)

(b)

 

Tijametoksam

(c)

(a)

(b)

 

Tijofanat-metil

(c)

(a)

(b)

 

Tolklofos-metil

(c)

(a)

(b)

 

Trijadimefon

(c)

(a)

(b)

 

Trijadimenol

(c)

(a)

(b)

 

Tijodikarb

(c)

(a)

(b)

 

Triażofos

(c)

(a)

(b)

 

Trifloksistrobin

(c)

(a)

(b)

 

Triflumuron

(c)

(a)

(b)

 

Vinklożolin

(c)

(a)

(b)

 

Parti D: Kombinazzjonijiet ta' pestiċidi/prodotti li għandhom jiġu ssorveljati fi/fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali

 

2019

2020

2021

Kummenti

Aldrin u dieldrin

(e)

(f)

(d)

 

Bifentrin

(e)

(f)

(d)

 

Klordan

(e)

(f)

(d)

 

Klorpirifos

(e)

(f)

(d)

 

Klorpirifos-metil

(e)

(f)

(d)

 

Ċipermetrina

(e)

(f)

(d)

 

DDT

(e)

(f)

(d)

 

Deltametrina

(e)

(f)

(d)

 

Diażinon

(e)

(f)

(d)

 

Endosulfan

(e)

(f)

(d)

 

Famoksadon

(e)

(f)

(d)

 

Fenvalerat

(e)

(f)

(d)

 

Fipronil

(e)

(f)

(d)

 

Glifosat

(e)

(f)

(d)

 

Ettakloru

(e)

(f)

(d)

 

Eżaklorobenżen

(e)

(f)

(d)

 

Eżaklorċikloeżan (HCH, Alfa-Isomeru)

(e)

(f)

(d)

 

Eżaklorċikloeżan (HCH, Beta-Isomeru)

(e)

(f)

(d)

 

Indoksakarb

(e)

 

 

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-ħalib u fuqu fl-2019.

Lindan

(e)

(f)

(d)

 

Metoksiklor

(e)

(f)

(d)

 

Paratijon

(e)

(f)

(d)

 

Permetrina

(e)

(f)

(d)

 

Pirimifos-metil

(e)

(f)

(d)

 

(1)

Għall-prodotti naturali li jridu jiġu analizzati, il-partijiet tal-prodotti li għalihom japplikaw l-MRLs għandhom jiġu analizzati għall-prodott ewlieni tal-grupp jew tas-sottogrupp kif elenkati fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 396/2005 sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.

(2)

Għandhom jiġu analizzati prodotti mhux ipproċessati. Fil-każ ta' prodotti ffriżati, għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar, jekk applikabbli. Jekk ma huwa disponibbli l-ebda fattur tal-ipproċessar speċifiku, jista' jiġi applikat fattur prestabbilit ta' 1.

(3)

Jekk ma jkunx hemm disponibbli għadd suffiċjenti ta' kampjuni taż-żerriegħa tal-ħafur, il-parti tal-għadd ta' kampjuni meħtieġa għaż-żerriegħa tal-ħafur li ma setgħetx tittieħed, tista' tiżdied mal-għadd ta' kampjuni għaż-żerriegħa tax-xgħir, bir-riżultat li l-għadd tal-kampjuni għaż-żerriegħa tal-ħafur ikun inqas u l-għadd tal-kampjuni għaż-żerriegħa tax-xgħir jiżdied b'mod proporzjonali.

(4)

Jekk jkunx hemm disponibbli għadd suffiċjenti ta' kampjuni taż-żerriegħa tas-segala, tal-qamħ, tal-ħafur jew tax-xgħir, jista' jiġi analizzat ukoll id-dqiq integrali tas-segala, tal-qamħ, tal-ħafur u tax-xgħir u għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar. Jekk ma huwa disponibbli l-ebda fattur tal-ipproċessar speċifiku, jista' jiġi applikat fattur prestabbilit ta' 1.

(5)

Jekk ma jkunx hemm disponibbli għadd suffiċjenti ta' kampjuni taż-żerriegħa tax-xgħir, il-parti tal-għadd ta' kampjuni meħtieġa għaż-żerriegħa tax-xgħir li ma setgħetx tittieħed, tista' tiżdied mal-għadd ta' kampjuni għaż-żerriegħa tal-ħafur, bir-riżultat li l-għadd tal-kampjuni għaż-żerriegħa tax-xgħir ikun inqas u l-għadd tal-kampjuni għaż-żerriegħa tal-ħafur jiżdied b'mod proporzjonali.

(6)

Meta xieraq, tista' tiġi analizzata wkoll iż-żerriegħa tar-ross illostrat. Għandu jiġi rrappurtat lill-EFSA jekk ġiex analizzat ross illostrat jew ross imfesdaq. Jekk ikun ġie analizzat ross illostrat, għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar. Jekk ma huwa disponibbli l-ebda fattur tal-ipproċessar speċifiku, jista' jiġi applikat fattur prestabbilit ta' 0,5.

(7)

Ħalib frisk (mhux ipproċessat) għandu jiġu analizzat, inkluż il-ħalib iffriżat, ippasturizzat, imsaħħan, sterilizzat jew iffiltrat.

(8)

Bajd sħiħ mingħajr il-qoxra għandu jkun analizzat.

ANNESS II

L-għadd ta' kampjuni msemmija fl-Artikolu 1

(1)

L-għadd ta' kampjuni li għandhom jittieħdu għal kull prodott u li għandhom jiġu analizzati għall-pestiċidi elenkati fl-Anness I minn kull Stat Membru huwa stabbilit fit-tabella fil-punt (5).

(2)

Barra mill-kampjuni meħtieġa skont it-tabella fil-punt (5), fl-2019 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni ta' ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar għajr formuli tat-trabi, formuli ta' prosegwiment u ikel tat-trabi pproċessat b'bażi ta' ċereali.

Barra mill-kampjuni meħtieġa skont dik it-tabella, fl-2020 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza ħames kampjuni ta' formuli tat-trabi u ħames kampjuni ta' formuli ta' prosegwiment.

Barra mill-kampjuni meħtieġa skont l-istess tabella, fl-2021 kull Stat Membru għandu jieħu għaxar kampjuni ta' ikel tat-trabi pproċessat b'bażi ta' ċereali u janalizzahom.

(3)

Skont it-tabella fil-punt (5), il-kampjuni mill-komoditajiet li joriġinaw mill-biedja organika, meta disponibbli, għandhom jittieħdu b'mod li hu proporzjonat mas-sehem tas-suq ta' dawk il-komoditajiet f'kull Stat Membru, b'minimu ta' 1.

(4)

L-Istati Membri li jużaw metodi ta' analiżi ta' residwi multipli jistgħu jużaw metodi ta' skrinjar kwalitattivi fuq sa 15 % tal-kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati skont it-tabella fil-punt numru (5). Meta Stat Membru juża metodi ta' skrinjar kwalitattivi, għandu janalizza l-bqija tal-kampjuni permezz ta' metodi kwantitattivi ta' residwi multipli.

Jekk ir-riżultati tal-iskrinjar kwalitattiv ikunu pożittivi, l-Istati Membri għandhom jużaw metodu ta' mmirar li jintuża s-soltu biex jikkwantifikaw is-sejbiet.

(5)

L-għadd minimu ta' kampjuni għal kull Stat Membru għal kull prodott:

Stat Membru

Kampjuni

 

Stat Membru

Kampjuni

BE

12

 

LU

12

BG

12

HU

12

CZ

12

MT

12

DK

12

NL

18

DE

97

AT

12

EE

12

PL

47

EL

12

PT

12

ES

50

RO

20

FR

71

SI

12

IE

12

SK

12

IT

69

FI

12

CY

12

SE

12

LV

12

UK

71

LT

12

HR

12

L-GĦADD TOTALI TA' KAMPJUNI: 683