European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5301

30.9.2025

Avviż għall-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

(C/2025/5301)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet li jidhru fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1971 (2) u fl-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1982 (4) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

L-individwi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin iressqu talba lill-Kumitat tan-NU 1737 (2006) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1695 (2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista tan-NU tiġi rieżaminata. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Focal Point for De-listing

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room DC2 2034

United Nations

New York, N.Y. 10017

United States of America

Tel.: +1 917 367 9448

Faks: +1 917 367 0460

Posta elettronika: delisting@un.org

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 267/2012, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2025/1982, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 26 tar-Regolament).

L-individwi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi rieżaminata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u fl-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(2)   ĠU L, 2025/1971, 29.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1971/oj.

(3)   ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.

(4)   ĠU L, 2025/1982, 29.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1982/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5301/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)