|
21.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1932
tat-18 ta’ Novembru 2019
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f'isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjoni biex jiġu adottati miżuri transizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku ("AKP") minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1) (il-"Ftehim ta' Sħubija AKP-UE") daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2003 u għandu jiġi applikat sad-29 ta' Frar 2020. |
|
(2) |
F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, in-negozjati għal Ftehim ta' Sħubija AKP-UE ġdid (il-"Ftehim il-ġdid") tnedew f'Settembru 2018. Minħabba li l-Ftehim il-ġdid mhux ser ikun lest biex jiġi applikat sad-data tal-iskadenza tal-qafas legali attwali, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri transizzjonali biex tiġi estiża l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE. |
|
(3) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jipprevedi li l-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jadotta kwalunkwe miżura transizzjonali li tista' tkun meħtieġa sakemm il-Ftehim il-ġdid jidħol fis-seħħ. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 15(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, fit-23 ta’ Mejju 2019 il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE ddelega s-setgħat li jadotta l-miżuri transizzjonali lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE (2). Il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE għandu jieħu d-deċiżjoni li jadotta miżuri transizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE. |
|
(5) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE, minħabba li d-deċiżjoni li għandha tiġi adottata ser tkun vinkolanti fuq l-Unjoni. |
|
(6) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE ser jiġu applikati bil-għan li tinżamm il-kontinwità fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati AKP, min-naħa l-oħra. Għaldaqstant, il-miżuri transizzjonali mhumiex maħsuba għal emendi għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE kif previst fl-Artikolu 95(3) tiegħu. |
|
(7) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE fir-rigward tal-adozzjoni ta' miżuri transizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE għalhekk jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni, fil-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE, skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, għandha tkun favur l-estensjoni tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE sal-31 ta’ Diċembru 2020, jew sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim il-ġdid jew sal-applikazzjoni provviżorja bejn l-Unjoni u l-Istati AKP tal-Ftehim il-ġdid, skont liema tiġi l-ewwel, u għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE għandhom jiġu applikati f’konformità mal-għan u l-objettiv tal-Artikolu 95(4) tiegħu.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
J. LEPPÄ
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE ġie emendat mill-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27) u mill-Ftehim iffirmat f'Ouagadougou fit-22 ta' Ġunju 2010 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).
(2) Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE tat-23 ta' Mejju 2019 dwar id-delega tas-setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar id-deċiżjoni li jiġu adottati miżuri transizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE [2019/920] (ĠU L 146, 5.6.2019, p. 114).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/2019 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE
ta'…
biex jadotta miżuri transizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE
IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) u l-Artikolu 16(2) flimkien mal-Artikolu 95(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (il-"Ftehim AKP-UE") daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2003 u għandu jiġi applikat sad-29 ta' Frar 2020. |
|
(2) |
F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, in-negozjati għal Ftehim ta' Sħubija AKP-UE ġdid (il-"Ftehim il-ġdid") tnedew f'Settembru 2018. Minħabba li l-Ftehim il-ġdid mhux ser ikun lest biex jiġi applikat sad-data ta' skadenza tal-qafas legali attwali, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri transizzjonali biex tiġi estiża l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE. |
|
(3) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jipprevedi li l-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jadotta kwalunkwe miżura transizzjonali li tista' tkun meħtieġa sakemm il-Ftehim il-ġdid jidħol fis-seħħ. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 15(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, fit-23 ta’ Mejju 2019, il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE ddelega s-setgħat li jadotta l-miżuri transizzjonali lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE (2) . |
|
(5) |
Huwa għalhekk xieraq li l-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE jadotta deċiżjoni, skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, li testendi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE sal-31 ta’ Diċembru 2020, jew sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim il-ġdid jew l-applikazzjoni proviżorja bejn l-Unjoni u l-Istati AKP tal-Ftehim il-ġdid, skont liema tiġi l-ewwel. |
|
(6) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE ser jiġu applikati bil-għan li tinżamm il-kontinwità fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati AKP, min-naħa l-oħra. Għaldaqstant, il-miżuri transizzjonali mhumiex maħsuba għal emendi għall-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE kif previst fl-Artikolu 95(3) tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE għandha tiġi estiża sal-31 ta' Diċembru 2020, jew sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim il-ġdid jew sal-applikazzjoni proviżorja bejn l-Unjoni u l-Istati AKP tal-Ftehim il-ġdid, skont liema tiġi l-ewwel.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2020.
Magħmul fi …
Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE
Il-President
(1) ĠU KE L 317, 15.12.2000, p. 3. Il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE ġie emendat mill-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (ĠU UE L 209, 11.8.2005, p. 27) u mill-Ftehim iffirmat f'Ouagadougou fit-22 ta' Ġunju 2010 (ĠU UE L 287, 4.11.2010, p. 3).
(2) Id-Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE tat-23 ta' Mejju 2019 dwar id-delega ta' setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar id-deċiżjoni li jiġu adottati miżuri transizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE [2019/920] (ĠU UE L 146, 5.6.2019, p. 114).