|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1838 |
28.6.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1838
tat-28 ta’ Ġunju 2024
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2024/386 li jistabbilixxi miżuri restrittivi kontra dawk li jappoġġaw, jiffaċilitaw jew jippermettu azzjonijiet vjolenti mill-Ħamas u l-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/386 tad-19 ta’ Jannar 2024 li jistabbilixxi miżuri restrittivi kontra dawk li jappoġġaw, jiffaċilitaw jew jippermettu azzjonijiet vjolenti mill-Ħamas u l-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fid-19 ta’ Jannar 2024, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2024/386. |
|
(2) |
Fid-dawl tat-theddida kontinwa mill-Ħamas u l-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina, jenħtieġ li sitt persuni u tliet entitajiet jiżdiedu mal-listi fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/386. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2024/386 jiġi emendat skont dan. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/386 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
H. LAHBIB
(1) ĠU L, 2024/386, 19.01.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/386/oj.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/386 huwa emendat kif ġej:
(1)
l-entrati li ġejjin jiżdiedu taħt is-subintestatura “A. Persuni fiżiċi”:|
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“7. |
Jamil Yusuf Ahmad Aliyan |
Data tat-twelid: 1.1.1955 Nazzjonalità: Palestinjana Sess: raġel Funzjoni: Uffiċjal tal-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina u mexxej tal-Fondazzjoni Muhjat alQuds |
Jamil Yusuf Ahmad Aliyan huwa uffiċjal tal-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina (PIJ) u mexxej tal-Fondazzjoni Muhjat alQuds. Il-Fondazzjoni Muhjat alQuds hija organizzazzjoni mmexxija mill-PIJ u ffinanzjata mill-Iran li l-missjoni primarja tagħha hija li tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-familji tal-ġellieda u l-priġunieri tal-PIJ. Barra minn hekk, Aliyan serva fil-kumitat eżekuttiv tal-PIJ, u b’hekk issorvelja l-finanzi tal-PIJ. Għalhekk, Jamil Yusuf Ahmad Aliyan jipparteċipa fil-finanzjament tal-PIJ. |
28.6.2024 |
|
8. |
Ahmed Sharif Abdallah Odeh |
Data tat-twelid: 20.2.1951 Post tat-twelid: Jordan Nazzjonalità: Ġordanjana Sess: raġel Funzjoni: Eks maniġer tal-investimenti barranin tal-Ħamas u relatur attwali għall-Kunsill Shura |
Ahmed Sharif Abdallah Odeh imexxi l-attivitajiet ta’ investiment barrani tal-Ħamas. Huwa ilu involut fil-portafoll tal-investiment barrani tal-grupp għal snin sħaħ. Huwa kien l-ewwel li kellu f’idejh il-ġestjoni ta’ kuljum tal-portafoll tal-investiment, u issa jissorvelja dan f’isem il-Kunsill Shura tal-Ħamas. Barra minn hekk, huwa azzjonist u membru tal-bord ta’ diversi kumpaniji faċċata għall-Ħamas. Għalhekk, Ahmed Sharif Abdallah Odeh jipparteċipa fil-finanzjament tal-Ħamas. |
28.6.2024 |
|
9. |
Ali Morshed Shirazi |
Data tat-twelid: 7.2.1969 Post tat-twelid: Najaf, Iraq Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Funzjoni: Uffiċjal għoli tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika – Forza Quds |
Ali Morshed Shirazi huwa uffiċjal għoli tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika – Forza Quds (IRGC-QF) li jservi bħala Kap tal-Uffiċċju tal-Fergħa tal-Palestina, li jopera mil-Libanu. L-IRGC-QF jipprovdi appoġġ finanzjarju, kif ukoll taħriġ, intelligence, u forom oħra ta’ assistenza lill-Ħamas u lill-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina (PIJ). Fi ħdan l-organizzazzjoni tiegħu, Shirazi huwa inkarigat mill-unità ta’ monitoraġġ u kontroll responsabbli għall-eżekuzzjoni ta’ operazzjonijiet militari. Flimkien mal-mexxej tal-Fergħa tal-Palestina tal-IRGC-QF Sa’id Izadi, huwa jopera wkoll iċ-Ċiberunità, li tgħin lill-operazzjonijiet tal-Ħamas bl-estrazzjoni ta’ informazzjoni mit-telefowns tas-suldati Iżraeljani. Barra minn hekk, huwa talab l-assistenza tal-unità teknika tal-IRGC-QF (Unità 340) biex tappoġġa lill-PIJ. Għalhekk, Ali Morshed Shirazi jipparteċipa fl-abilitazzjoni ta’ azzjonijiet vjolenti mill-Ħamas u l-PIJ. |
28.6.2024 |
|
10. |
Zuheir Shamlakh |
Data tat-twelid: 15.11.1980 Nazzjonalità: Palestinjana Sess: raġel Funzjoni: Sarraf tal-flus u faċilitatur finanzjarju għall-kriptovaluti tal-Ħamas |
Zuheir Shamlakh huwa faċilitatur finanzjarju u sarraf tal-flus li jippermetti trasferimenti finanzjarji mill-Iran lejn il-Ħamas. Huwa juża l-kumpaniji tiegħu Al-Markaziya li-Siarafa u Arab China Trading Company biex jgħaddi fondi lill-Brigati Izz al-Din al Qassam, il-fergħa militari tal-Ħamas. Zuheir Shamlakh kien strumentali fil-bidla tal-Ħamas lejn kriptovaluti biex jiġi evitat li jiġi identifikat mill-awtoritajiet Iżraeljani. Għalhekk, Zuheir Shamlakh jipparteċipa fil-finanzjament tal-Ħamas. |
28.6.2024 |
|
11. |
Ismail Barhoum |
Data tat-twelid: 23.12.1968 Post tat-twelid: Rafah Nazzjonalità: Palestinjana Sess: raġel Funzjoni: Membru tal-Bureau Politiku tal-Ħamas f’Gaża u l-Kunsill Shura governattiv tiegħu, Kap tal-Assoċjazzjoni tal-Istituzzjonijiet tal-Karità tal-Ħamas |
Ismail Barhoum huwa membru tal-Bureau Politiku tal-Ħamas u tal-Kunsill Shura tal-Ħamas. Huwa wkoll il-Kap tal-Assoċjazzjoni tal-Istituzzjonijiet tal-Karità tal-Ħamas, li tissorvelja 400 organizzazzjoni tal-karità. Dawk l-organizzazzjonijiet tal-karità jintużaw biex jidderieġu l-fondi lejn il-Ħamas. Għalhekk, Ismail Barhoum jipparteċipa fil-finanzjament tal-Ħamas. |
28.6.2024 |
|
12. |
Maher Rebhi Obeid |
Data tat-twelid: 10.3.1958 Post tat-twelid: Amman, Jordan Nazzjonalità: Palestinjana Sess: raġel Funzjoni: Mexxej politiku tal-Ħamas u membru tal-Bureau Politiku tal-Ħamas |
Maher Rebhi Obeid ilu membru tal-Bureau Politiku tal-Ħamas mill-2010. Obeid huwa inkarigat mill-Kwartieri Ġenerali tax-Xatt tal-Punent tal-Ħamas, li huwa responsabbli għat-tmexxija tal-operat terroristiku tal-Ħamas fix-Xatt tal-Punent, għat-tmexxija ta’ attakki terroristiċi, għall-bini ta’ infrastrutturi terroristiċi u għall-ħruġ ta’ struzzjonijiet għal attakki terroristiċi kontra Iżrael u l-Awtorità Palestinjana. Maher Rebhi Obeid għalhekk jipparteċipa fl-ippjanar u t-tħejjija ta’ azzjonijiet vjolenti mill-Ħamas, u jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu s-sigurtà ta’ Iżrael taħt isem il-Ħamas. |
28.6.2024” |
(2)
tiżdied is-subintestatura u l-entrati li ġejjin:|
“B. |
Persuni ġuridiċi, gruppi, entitajiet u korpi
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1838/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)