European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/893

15.5.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/893

tal-14 ta’ Mejju 2025

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2191 fir-rigward tal-istandards armonizzati għall-apparati tat-telekomunikazzjoni diġitali mtejba mingħajr fili, l-apparati fuq medda qasira, is-sistemi satellitari, is-sistemi tat-trażmissjoni tad-data broadband u wideband, is-sistemi tat-telekomunikazzjoni mobbli internazzjonali, ir-radars ajrunawtiċi u meteoroloġiċi, it-tagħmir WAS/RLAN tal-5 u s-6 GHz, il-kollegamenti video diġitali mingħajr fili, u s-sistemi avvanzati ta’ gwida u kontroll tal-moviment fuq superfiċe

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-apparat tar-radju li jkun konformi mal-istandards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi għalihom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid ikun preżunt konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva, koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5376 (3), il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) biex jabbozzaw u jirrevedu l-istandards armonizzati għall-apparat tar-radju b’appoġġ għar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fid-Direttiva 2014/53/UE u koperti mill-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni (“it-talba”).

(3)

Abbażi tat-talba, l-ETSI abbozza l-istandards armonizzati EN 301 406-2 V3.1.1, EN 301 489-3 V2.3.2, EN 301 489-17 V3.3.1, EN 301 489-19 V2.2.1, EN 301 489-54 V1.1.1, EN 301 908-23 V15.1.1, EN 301 908-24 V15.1.1, EN 301 908-25 V15.1.1, EN 303 363-2 V1.1.1, EN 303 661 V1.1.1, EN 303 687 V1.1.1, EN 303 753 V1.1.1, EN 304 220-1 V1.2.1 u EN 304 220-2 V1.2.1.

(4)

Abbażi tat-talba, l-ETSI rreveda wkoll l-istandards armonizzati EN 301 489-52 V1.2.1, EN 301 893 V2.1.1, EN 301 908-3 V13.1.1, EN 301 908-13 V13.2.1, EN 302 064-2 V1.1.1, EN 303 213-5-1 V1.1.1, li r-referenzi għalihom huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2191 (4). Dan wassal għall-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN 301 489-52 V1.3.1, EN 301 893 V2.2.1, EN 301 908-3 V15.1.1, EN 301 908-13 V13.3.1, EN 302 064 V2.2.1 u EN 303 213-5-1 V2.1.1.

(5)

Il-Kummissjoni, flimkien mal-ETSI, ivvalutat jekk dawk l-istandards armonizzati humiex konformi mat-talba.

(6)

L-istandards armonizzati EN 301 908-23 V15.1.1, EN 301 908-24 V15.1.1, EN 301 908-25 V15.1.1, EN 303 363-2 V1.1.1, EN 303 661 V1.1.1, EN 303 753 V1.1.1, EN 304220-1 V1.2.1, EN 304 220-2 V1.2.1, EN 301 893 V2.2.1, EN 301 908-3 V15.1.1 u EN 302 064 V2.2.1 jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/53/UE. Għalhekk, jixraq li r-referenzi għal dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

L-istandards armonizzati EN 301 489-3 V2.3.2, EN 301 489-17 V3.3.1, EN 301 489-19 V2.2.1, EN 301 489-54 V1.1.1 u EN 301 489-52 V1.3.1 ma jindirizzawx ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet fil-banda tal-frekwenzi taħt id-9 kHz. Barra minn hekk, dawn jistabbilixxu kriterji bbażati fuq il-prestazzjoni b’mod soġġettiv. Għalhekk, ir-referenzi għal dawk l-istandards armonizzati jenħtieġ li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjonijiet.

(8)

L-istandard armonizzat EN 301 406-2 V3.1.1 ma jistabbilixxix limitu oġġettiv fir-rigward tal-kriterju tal-prestazzjoni minima tar-riċevitur għal apparat li ma jappoġġax test tat-throughput u test tar-rata tal-errur fil-pakkett. Barra minn hekk, dak l-istandard armonizzat ma jistabbilixxix kundizzjonijiet oġġettivi tal-ittestjar fir-rigward tal-emissjonijiet mhux mixtieqa tat-trażmettitur. Għalhekk, ir-referenza għal dak l-istandard armonizzat jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjonijiet.

(9)

L-istandard armonizzat EN 301 908-13 V13.3.1 ma jindirizzax is-sensittività rradjata totali tar-riċevitur u lanqas il-potenza rradjata totali għall-apparati idjaq minn 56 mm jew usa’ minn 72 mm. Għalhekk, ir-referenza għal dak l-istandard armonizzat jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni.

(10)

L-istandard armonizzat EN 303 213-5-1 V2.1.1 ma jindirizzax ir-rekwiżiti relatati mal-potenza massima tal-output tat-trażmissjoni. Għalhekk, ir-referenza għal dak l-istandard armonizzat jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni.

(11)

L-istandard armonizzat EN 303 687 V1.1.1 ma jindirizzax biżżejjed l-apparati narrowband. Barra minn hekk, l-ittestjar fil-klawżola B.7.2 tiegħu hu bbażat fuq speċifikazzjoni mhux żvelata stabbilita mill-Assoċjazzjoni tal-Istandards tal-Inġiniera tal-Elettriku u tal-Elettronika. Għalhekk, ir-referenza għal dak l-istandard armonizzat jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjonijiet.

(12)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2191 jipprovdi r-referenzi għall-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mad-Direttiva 2014/53/UE. Biex ikun żgurat li r-referenzi għall-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE jkunu elenkati f’att wieħed, ir-referenzi għal dawn l-istandards armonizzati jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness: EN 301 908-23 V15.1.1, EN 301 908-24 V15.1.1, EN 301 908-25 V15.1.1, EN 303 363-2 V1.1.1, EN 303 661 V1.1.1, EN 303 753 V1.1.1, EN 304 220-1 V1.2.1 u EN 304 220-2 V1.2.1, EN 301 893 V2.2.1, EN 301 908-3 V15.1.1 u EN 302 064 V2.2.1. Apparti dan, ir-referenzi għall-istandards armonizzati li ġejjin jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness b’restrizzjonijiet: EN 301 406-2 V3.1.1, EN 301 489-3 V2.3.2, EN 301 489-17 V3.3.1, EN 301 489-19 V2.2.1, EN 301 489-54 V1.1.1, EN 303 687 V1.1.1, EN 301 489-52 V1.3.1, EN 301 908-13 V13.3.1 u EN 303 213-5-1 V2.1.1.

(13)

Għaldaqstant, ir-referenzi għall-istandards armonizzati riveduti EN 301 489-52 V1.2.1, EN 301 893 V2.1.1, EN 301 908-13 V13.2.1, EN 301 908-3 V13.1.1, EN 302 064-2 V1.1.1 u EN 303 213-5-1 V1.1.1 jeħtieġ jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(14)

L-istandard armonizzat EN 303 098 V2.2.1 dwar l-aċċess għall-ispettru tar-radju għall-apparati marittimi ta’ lokalizzazzjoni personali b’potenza baxxa li jużaw is-sistema tal-identifikazzjoni awtomatika (AIS), li r-referenza għalih tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2191, ma jissodisfax ir-rekwiżiti miftiehma internazzjonalment dwar l-apparati marittimi biex tkun evitata l-interferenza dannuża għall-AIS kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni M.2135 dwar il-karatteristiċi tekniċi tat-tagħmir tar-radju marittimu awtonomu li jopera fil-banda tal-frekwenzi 156-162.05 MHz u ECC/DEC/(22)02 tal-1 ta’ Lulju 2022 dwar ir-regolament għat-tħaddim ta’ Apparati tar-Radju Marittimi Awtonomi (AMRD) fis-CEPT. Għaldaqstant, jixraq li r-referenza għal dak l-istandard armonizzat tiġi rtirata minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(15)

Biex il-manifatturi jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw l-apparat tar-radju tagħhom kopert mill-istandards armonizzati riveduti EN 301 489-52 V1.2.1, EN 301 893 V2.1.1, EN 301 908-13 V13.2.1, EN 301 908-3 V13.1.1, EN 302 064-2 V1.1.1 jew EN 303 213-5-1 V1.1.1, jew mill-istandard armonizzat EN 303 098 V2.2.1, jeħtieġ li l-irtirar tar-referenzi għal dawk l-istandards armonizzati jiġi differit.. Dawk l-istandards armonizzati, għajr l-EN 301 893 V2.1.1, jenħtieġ li jkomplu jipprovdu preżunzjoni ta’ konformità għal perjodu tranżitorju. Fir-rigward tal-istandard armonizzat EN 301 893 V2.1.1, dan jenħtieġ li jkompli jipprovdi preżunzjoni ta’ konformità għal perjodu tranżitorju itwal minħabba l-kumplessità tal-katina tal-provvista.

(16)

Ir-restrizzjonijiet applikati għall-istandards armonizzati EN 301 489-12 V3.2.1, EN 301 489-20 V2.2.1 u EN 301 489-52 V1.3.1, li r-referenzi għalihom huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2191, jeħtieġ jiġu rtirati wara diskussjonijiet fil-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar it-tagħmir tar-radju (E03587). B’mod aktar speċifiku, ir-restrizzjonijiet attwali, għal dawk l-istandards armonizzati, fuq it-tolleranzi tal-istruttura tal-ittestjar, mhumiex meqjusa rilevanti għax il-valuri ta’ dawk it-tolleranzi huma kkonfermati biex jirriflettu l-aktar teknoloġija avvanzata tal-ittestjar attwali.

(17)

Madanakollu, l-istandards armonizzati EN 301 489-12 V3.2.1, EN 301 489-20 V2.2.1 u EN 301 489-52 V1.3.1 ma jindirizzawx ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet fil-banda tal-frekwenzi taħt id-9 kHz. Barra minn hekk, dawn jistabbilixxu kriterji bbażati fuq il-prestazzjoni b’mod suġġettiv. Għalhekk, jixraq li r-referenzi għall-istandards armonizzati EN 301 489-12 V3.2.1 u EN 301 489-20 V2.2.1 jibqgħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjonijiet ġodda. Barra minn hekk, peress li l-EN 301 489-52 V1.3.1 ġie rivedut, jixraq li r-referenza għalih, waqt id-differiment tal-irtirar tiegħu, tinżamm f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjonijiet ġodda.

(18)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2191 tiġi emendata skont dan.

(19)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-armonizzazzjoni tal-Unjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza għal dak l-istandard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2191 hu emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt (2) tal-Anness għandu japplika mill-15 ta’ Novembru 2026.

Il-punt (3) tal-Anness għandu japplika mill-15 ta’ Mejju 2028.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.

(2)  Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/53/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5376 tal-4 ta’ Awwissu 2015 dwar talba għal standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni rigward it-tagħmir tar-radju biex tappoġġa d-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2191 tat-8 ta’ Novembru 2022 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir tar-radju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 289, 10.11.2022, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/2191/oj).


ANNESS

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2191 huwa emendat kif ġej:

(1)

ir-ringieli 52, 53 u 54 huma sostitwiti b’dan li ġej:

Nru

Referenza tal-istandard

“52.

EN 301 489-12 V3.2.1

Standard ta’ Kompatibbiltà Elettromanjetika (EMC) għal tagħmir u servizzi tar-radju; Parti 12: Kundizzjonijiet speċifiċi għal Terminal ta’ Apertura Żgħira Ħafna, Stazzjonijiet Terrestri Interattivi bis-Satellitari mħaddma fil-meded tal-frekwenzi bejn 4GHz u 30GHz fis-Servizz Satellitari Fiss (FSS); Standard Armonizzat għal Kompatibbiltà Elettromanjetika

Avviż 1: Dan l-istandard armonizzat ma jindirizzax ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet fil-baned tal-frekwenzi taħt id-9kHz u għalhekk ma jagħtix preżunzjoni tal-konformità fir-rigward ta’ dan il-parametru f’din il-banda.

Avviż 2: Il-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma tagħtix preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2014/53/UE, jekk tiġi applikata l-klawżola 6 tagħha.

53

EN 301 489-20 V2.2.1

Standard ta’ Kompatibbiltà Elettromanjetika (EMC) għal tagħmir u servizzi tar-radju; Parti 20: Kundizzjonijiet speċifiċi għall-Istazzjonijiet Terrestri Mobbli (LMES) użati fis-Servizzi Mobbli bis-Satellita (MSS); Standard Armonizzat għal Kompatibbiltà Elettromanjetika

Avviż 1: Dan l-istandard armonizzat ma jindirizzax ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet fil-baned tal-frekwenzi taħt id-9kHz u għalhekk ma jagħtix preżunzjoni tal-konformità fir-rigward ta’ dan il-parametru f’din il-banda.

Avviż 2: Dan l-istandard armonizzat ma jagħtix preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2014/53/UE, jekk tiġi applikata l-klawżola 6 tagħha.

54

EN 301 489-52 V1.2.1

Standard ta’ Kompatibbiltà Elettromanjetika (EMC) għal tagħmir u servizzi tar-radju; Parti 52: Kundizzjonijiet speċifiċi għat-tagħmir anċillari u tar-radju għat-Tagħmir għall-Utenti (UE) tal-Komunikazzjoni Ċellulari; Standard Armonizzat għal Kompatibbiltà Elettromanjetika

Avviż 1: Dan l-istandard armonizzat ma jindirizzax ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet fil-baned tal-frekwenzi taħt id-9kHz u għalhekk ma jagħtix preżunzjoni tal-konformità fir-rigward ta’ dan il-parametru f’din il-banda.

Avviż 2: Dan l-istandard armonizzat ma jagħtix preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2014/53/UE, jekk tiġi applikata l-klawżola 6 tagħha.”;

(2)

jitħassru r-ringieli 54, 70, 79, 84, 128 u 133;

(3)

titħassar ir-ringiela 65;

(4)

jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin f’ordni sekwenzjali:

Nru

Referenza tal-istandard

“54a.

EN 301 489-52 V1.3.1

Standard ta’ Kompatibbiltà Elettromanjetika (EMC) għal tagħmir u servizzi tar-radju; Parti 52: Kundizzjonijiet speċifiċi għat-tagħmir anċillari u tar-radju għat-Tagħmir għall-Utenti (UE) tal-Komunikazzjoni Ċellulari; Standard Armonizzat għal Kompatibbiltà Elettromanjetika

Avviż 1: Dan l-istandard armonizzat ma jindirizzax ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet fil-baned tal-frekwenzi taħt id-9kHz u għalhekk ma jagħtix preżunzjoni tal-konformità fir-rigward ta’ dan il-parametru f’din il-banda.

Avviż 2: Dan l-istandard armonizzat ma jagħtix preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2014/53/UE, jekk tiġi applikata l-klawżola 6 tagħha.”;

“65a.

EN 301 893 V2.2.1

5GHz WAS/RLAN; Standard armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju”;

“70a.

EN 301 908-13 V13.3.1

Networks ċellulari IMT; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju; Parti 13: Tagħmir għall-Utenti (UE) b’Aċċess bir-Radju Terrestri Universali Evolut (E-UTRA)

Avviż: Dan l-istandard armonizzat la jindirizza s-sensittività rradjata totali tar-riċevitur u lanqas il-potenza rradjata totali, għat-tagħmir tar-radju idjaq minn 56 mm jew usa’ minn 72 mm, u għalhekk ma jagħtix preżunzjoni tal-konformità fir-rigward tas-sensittività rradjata totali tar-riċevitur jew tal-potenza rradjata totali.”;

“79a.

EN 301 908-3 V15.1.1

Networks ċellulari IMT; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju; Parti 3: Stazzjonijiet Bażi (BS) (UTRA FDD) b’Firxa Diretta CDMA; Rilaxx 15”;

“84a.

EN 302 064 V2.2.1

Konnessjonijiet bil-Vidjo Mingħajr Fili (WVL) li joperaw fil-banda tal-frekwenzi minn 1,3GHz sa 50GHz; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju”;

“133a.

EN 303 213-5-1 V2.1.1

Sistema Avvanzata ta’ Gwida u Kontroll tal-Moviment fuq Superfiċje (A-SMGCS); Parti 5: Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju għal tagħmir ta’ Multilaterazzjoni (MLAT); Subparti 1: Riċevituri u interrogaturi

Avviż: Dan l-istandard armonizzat ma jindirizzax ir-rekwiżiti relatati mal-potenza tal-output tat-trażmissjoni massima u għalhekk ma jagħtix preżunzjoni tal-konformità fir-rigward ta’ dawk ir-rekwiżiti.”;

(5)

jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

“167.

EN 301 406-2 V3.1.1

Telekomunikazzjonijiet Diġitali Mtejbin Mingħajr Fili (DECT); Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju; Parti 2: DECT-2020 NR

Avviż 1: Dan l-istandard armonizzat ma jiddefinixxix kriterju oġġettiv tal-prestazzjoni minima tar-riċevitur, deskritt fil-klawżola 4.4 tiegħu, għat-tagħmir tar-radju li ma jappoġġax test tat-throughput u test tar-rata tal-errur fil-pakkett (PER) li jridu jsiru, u għalhekk ma jagħtix preżunzjoni tal-konformità fir-rigward ta’ dak il-kriterju għat-tagħmir deskritt.

Avviż 2: Dan l-istandard armonizzat ma jiddefinixxix kundizzjonijiet tal-ittestjar oġġettivi fir-rigward tal-emissjonijiet mhux mixtieqa tat-trażmettitur u għalhekk ma jagħtix preżunzjoni tal-konformità fir-rigward ta’ dak il-parametru.

168.

EN 301 489-3 V2.3.2

Standard ta’ Kompatibbiltà Elettromanjetika (EMC) għal tagħmir u servizzi tar-radju; Parti 3: Kundizzjonijiet speċifiċi għall-Apparati ta’ Medda Qasira (SRD) li jaħdmu fuq frekwenzi bejn 9kHz u 246GHz; Standard Armonizzat għal Kompatibbiltà Elettromanjetika

Avviż 1: Dan l-istandard armonizzat ma jindirizzax ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet fil-baned tal-frekwenzi taħt id-9kHz u għalhekk ma jagħtix preżunzjoni tal-konformità fir-rigward ta’ dan il-parametru f’din il-banda.

Avviż 2: Dan l-istandard armonizzat ma jagħtix preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2014/53/UE, jekk tiġi applikata l-klawżola 6 tagħha.

169.

EN 301 489-17 V3.3.1

Standard ta’ Kompatibbiltà Elettromanjetika (EMC) għal tagħmir u servizzi tar-radju; Part 17: Kundizzjonijiet speċifiċi għas-Sistemi tat-Trażmissjoni tad-Data Broadband u Wideband; Standard Armonizzat għal Kompatibbiltà Elettromanjetika

Avviż 1: Dan l-istandard armonizzat ma jindirizzax ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet fil-baned tal-frekwenzi taħt id-9kHz u għalhekk ma jagħtix preżunzjoni tal-konformità fir-rigward ta’ dan il-parametru f’din il-banda.

Avviż 2: Dan l-istandard armonizzat ma jagħtix preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2014/53/UE, jekk tiġi applikata l-klawżola 6 tagħha.

170.

EN 301 489-19 V2.2.1

Standard ta’ Kompatibbiltà Elettromanjetika (EMC) għal tagħmir u servizzi tar-radju; Parti 19: Kundizzjonijiet speċifiċi għall-Istazzjonijiet Terrestri Mobbli li jirċievu biss (ROMES) li joperaw fil-banda 1,5GHz biex jipprovdu komunikazzjonijiet tad-data, u riċevituri tal-GNSS li joperaw fil-banda RNSS biex jipprovdu data dwar il-pożizzjonament, in-navigazzjoni u l-kronometraġġ; Standard Armonizzat għal Kompatibbiltà Elettromanjetika

Avviż 1: Dan l-istandard armonizzat ma jindirizzax ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet fil-baned tal-frekwenzi taħt id-9kHz u għalhekk ma jagħtix preżunzjoni tal-konformità fir-rigward ta’ dan il-parametru f’din il-banda.

Avviż 2: Dan l-istandard armonizzat ma jagħtix preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2014/53/UE, jekk tiġi applikata l-klawżola 6 tagħha.

171.

EN 301 489-54 V1.1.1

Standard ta’ Kompatibbiltà Elettromanjetika (EMC) għal tagħmir u servizzi tar-radju; Parti 54: Kundizzjonijiet speċifiċi għar-radars ajrunawtiċi u meteoroloġiċi fissi bbażati fl-art; Standard Armonizzat għal Kompatibbiltà Elettromanjetika

Avviż 1: Dan l-istandard armonizzat ma jindirizzax ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet fil-baned tal-frekwenzi taħt id-9kHz u għalhekk ma jagħtix preżunzjoni tal-konformità fir-rigward ta’ dan il-parametru f’din il-banda.

Avviż 2: Dan l-istandard armonizzat ma jagħtix preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2014/53/UE, jekk tiġi applikata l-klawżola 6 tagħha.

172.

EN 301 908-23 V15.1.1

Networks ċellulari IMT; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju; Parti 23: Stazzjon Bażi (BS) tas-Sistema tal-Antenna Attiva (AAS); Rilaxx 15

173.

EN 301 908-24 V15.1.1

Networks ċellulari IMT; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju; Parti 24: Stazzjonijiet Bażi (BS) tar-Radju Ġdid (NR); Rilaxx 15

174.

EN 301 908-25 V15.1.1

Networks ċellulari IMT; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju; Parti 25: Tagħmir tal-Utent (UE) tar-Radju Ġdid (NR); Rilaxx 15

175.

EN 303 363-2 V1.1.1

Sensuri tar-Radar tas-Sorveljanza għall-Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru; Radar tas-Sorveljanza Sekondarju (SSR); Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju; Parti 2: Monitoraġġ tal-Kamp mill-Bogħod (FFM)

176.

EN 303 661 V1.1.1

Apparati ta’ Medda Qasira (SRD); Radar ta’ Apertura Sintetika Bbażat fl-Art (GBSAR) fil-medda tal-frekwenzi 17,1GHz sa 17,3GHz u Radar ta’ Apertura Sintetika ta’ Definizzjoni Għolja Bbażat fl-Art (HD-GBSAR) fil-medda tal-frekwenzi minn 76GHz sa 77GHz; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju

177.

EN 303 687 V1.1.1

6GHz WAS/RLAN; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju

Avviż 1: Dan l-istandard armonizzat ma jindirizzax biżżejjed l-apparati narrowband, kif definit fil-klawżola 3.1 tagħha u għalhekk ma jagħtix preżunzjoni tal-konformità għal dawk l-apparati.

Avviż 2: Dan l-istandard armonizzat ma jagħtix preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE, jekk tiġi applikata l-klawżola B.7.2 tagħha.

178.

EN 303 753 V1.1.1

Sistemi tat-Trażmissjoni tad-Data Wideband (WDTS) għat-Tagħmir tar-Radju Mobbli u Fiss li jopera fil-banda 57-71GHz; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju

179.

EN 304 220-1 V1.2.1

SRD tat-trażmissjoni tad-data wideband; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju; Parti 1: Apparati tat-trażmissjoni tad-data wideband: punti tal-aċċess tan-netwerk li joperaw fil-baned tal-frekwenzi 863MHz sa 868MHz u 915,8MHz sa 919,4MHz

180.

EN 304 220-2 V1.2.1

SRD tat-trażmissjoni tad-data wideband; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju; Parti 2: Apparati tat-trażmissjoni tad-data wideband: nodu terminali li jopera fil-baned tal-frekwenzi 863MHz sa 868MHz u 915,8MHz sa 919,4MHz”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/893/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)