Official Journal L 149 , 17/06/1980 P. 0041 - 0041
Greek special edition: Chapter 12 Volume 2 P. 0053
Spanish special edition: Chapter 12 Volume 3 P. 0213
Portuguese special edition Chapter 12 Volume 3 P. 0213
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 1980 li tapprova l-konklużjoni tal-Kummissjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-protezzjoni fiżika ta' materjal nukleari (80/565/Euratom) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 101 tiegħu, Wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kummissjoni, Billi l-Kummissjoni, bi qbil mad-Direttivi tal-Kunsill, innegozjat l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-protezzjoni fiżika ta' materjal nukleari; Billi, għalhekk, il-konklużjoni ta' din il-Konvenzjoni mill-Kummissjoni għandha tiġi approvata, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu Waħdieni Il-Konkluzzjoni tal-Kummissjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-protezzjoni fiżika ta' materjal nukleari hi hawnhekk approvata. Magħmula fil-Lussemburgu, fid-9 ta' Ġunju 1980. Għall-Kunsill Il-President F. Pandolfi --------------------------------------------------