<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-406/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0406</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:720">EU:C:2021:720</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad‑<DATE ISO="20210909">9.9.2021</DATE> – Kawża C‑406/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Phantasialand</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20210909">9 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 98</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw rata mnaqqsa għal ċerti kunsinni ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Il‑punt 7 tal-Anness III</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għad-dħul għal parks tad-divertiment u għal fieri</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ newtralità fiskali</KEYWORD><KEYWORD>Servizzi pprovduti minn fieri sedentarji u minn fieri mobbli</KEYWORD><KEYWORD>Komparabbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Kuntest</KEYWORD><KEYWORD>Perspettiva tal‑konsumatur medju</KEYWORD><KEYWORD>Perizja ġudizzjarja</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑406/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Köln, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200825">25 ta’ Awwissu 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20200828">28 ta’ Awwissu 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Phantasialand</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Finanzamt Brühl,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn A. Kumin (Relatur), President tal-Awla, T. von Danwitz u I. Ziemele, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Phantasialand, minn T. Ketteler‑Eising u P. Peplowski, konsulenti tat‑taxxa,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn R. Kanitz, J. Möller u S. Costanzo, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Mantl u V. Uher, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 98(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), moqri flimkien mal‑punt 7 tal-Anness III ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn il-kumpannija Phantasialand u l-Finanzamt Brühl (l-Uffiċċju tat-Taxxa ta’ Brühl, il-Ġermanja) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Uffiċċju tat-Taxxa<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar ir-rata ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) applikabbli għad-drittijiet għad-dħul għat-theme parks operati minn din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva dwar il-VAT</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 96 tad-Direttiva dwar il-VAT jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-Istati Membri għandhom japplikaw rata standard ta’ VAT, li għandha tiġi ffissata minn kull Stat Membru bħala persentaġġ ta’ l-ammont taxxabbli u li għandha tkun l-istess għall-provvista ta’ merkanzija u għall-provvista ta’ servizzi.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 98(1) u (2) ta’ din id-direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="098.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu japplikaw jew rata mnaqqsa waħda jew żewġ rati mnaqqsa.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="098.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-rati mnaqqsa għandhom japplikaw biss għall-provvisti ta’ merkanzija jew servizzi fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness III.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Anness III tal-imsemmija direttiva jinkludi l-lista ta’ kunsinni ta’ oġġetti u ta’ provvisti ta’ servizzi li għalihom jistgħu japplikaw ir-rati mnaqqsa ta’ VAT imsemmija fl-Artikolu 98 ta’ din id-direttiva. Il-punt 7 ta’ dan l-anness ikopri s‑servizzi li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>dħul għal wirjiet, teatri, ċirkli, fieri, parks tad-divertiment, kunċerti, mużewijiet, żuijiet, ċinema, eżibizzjonijiet u avvenimenti u faċilitajiet kulturali simili<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 32 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal‑<DATE ISO="20110315">15 ta’ Marzu 2011</DATE> li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="077" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 77, p. 1</REF.DOC.OJ>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="032.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Servizzi fir-rigward tal-aċċess għal avvenimenti kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi, edukattivi, ta’ divertiment jew avvenimenti simili msemmijin fl-Artikolu 53 tad-Direttiva [dwar il-VAT] għandhom jikludu l-forniment ta’ servizzi li tagħhom il-karatteristiċi essenzjali huma l-għoti tad-dritt ta’ aċċess għal avveniment bi skambju għal biljett jew ħlas, inkluż ħlas fil-forma ta’ sottoskrizzjoni, biljett għal staġun jew miżata perjodika jikkonsistu fil-forniment.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="032.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-Paragrafu 1 għandu japplika, b’mod partikolari għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>id-dritt ta’ dħul għal spettakli, preżentazzjonijiet teatrali, spettakli taċ-ċirku, fieri, parks ta’ divertiment, kunċerti, wirjiet, kif ukoll avvenimenti kulturali oħra simili;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tal-Umsatzsteuergesetz (il-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul mill-Bejgħ), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>UStG<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), jiddisponi, fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Ir-rata hija mnaqqsa għal 7 % għat-tranżazzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="012.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>l-ispettakli taċ-ċirku, is-servizzi tal-attività tal-fieri, kif ukoll id-dħul mill-bejgħ direttament marbut mal-operat ta’ zoos […]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 30 tal-Umsatzsteuer-Durchführungsverordnung (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul mill-Bejgħ), fir-rigward tal-punt 7(d) tal-Artikolu 12(2) tal-UStG, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>il-bejgħ tal-fieri, servizzi mużikali, spettakli u divertiment ieħor fil-kuntest ta’ fieri, ta’ festi popolari, ta’ festi tal-isparar jew ta’ avvenimenti simili<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> huma kkunsidrati bħala servizzi tal-attività tal-fieri.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Phantasialand topera theme park fil-Ġermanja. Permezz tal-ħlas ta’ biljett tad-dħul, il-viżitaturi jixtru d-dritt li jużaw il-faċilitajiet ta’ dan il-park.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>F’talba tad‑<DATE ISO="20151109">9 ta’ Novembru 2015</DATE>, intiża sabiex tiġi emendata l-valutazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ għall‑2014 li hija kienet id-destinatarja tagħha, Phantasialand iddikjarat li d-drittijiet għad-dħul għat-theme park tagħha kellhom jiġu ntaxxati mhux bir-rata normali tal-VAT, iżda bir-rata mnaqqsa tal-VAT, konformement mal-punt 7(d) tal-Artikolu 12(2) tal-UStG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Uffiċċju tat-Taxxa ċaħad din it-talba, permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20160106">6 ta’ Jannar 2016</DATE>, imbagħad l-ilment imressaq kontra din id-deċiżjoni, permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20170404">4 ta’ April 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Phantasialand għalhekk ippreżentat rikors quddiem il-Finanzgericht Köln (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Köln, il-Ġermanja), li hija l-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont Phantasialand, il-fatt li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, rata mnaqqsa ta’ VAT hija applikata għat-tranżazzjonijiet imwettqa mill-fieri mhux sedentarji fl-okkażjoni ta’ fieri ta’ natura staġonali u temporanja, filwaqt li dawk imwettqa mill-fieri sedentarji, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huma suġġetti għar-rata normali tal-VAT, imur kontra l-prinċipju ta’ newtralità fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Uffiċċju tat-Taxxa jikkontesta din il-pożizzjoni u jibbaża ruħu, f’dan ir-rigward, fuq sentenza tal-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi, il-Ġermanja) tat‑<DATE ISO="20180802">2 ta’ Awwissu 2018</DATE>, li fiha din iddeċidiet li t-trattament differenti rriżervat, mill-perspettiva tal-VAT, għas-servizzi ta’ fieri mobbli meta mqabbla mas-servizzi ta’ park tad-divertiment, komparabbli għal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma kienx jikser il-prinċipju ta’ newtralità fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha dubji fir-rigward ta’ din l-interpretazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Qabel kollox, sa fejn il-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi) invokat, f’dan ir-rigward, b’mod partikolari l-elenkar tal-espressjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>fieri<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>parks tad-divertiment<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, li jinsabu fil-punt 7 tal-Anness III tad-Direttiva dwar il-VAT, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, kuntrarjament għal verżjonijiet lingwistiċi oħra, dan l-elenkar ma għandux ekwivalenti fil-verżjoni Ġermaniża tal-Artikolu 32 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011, li jsemmi biss il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Freizeitparks<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>theme parks<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>). Peress li dan l-aħħar terminu jindika, fis-sens abitwali tiegħu, il-parks tad-divertiment stabbiliti b’mod permanenti, hija tqis li huma neċessarji kjarifiki dwar id-definizzjoni u d-distinzjoni tal-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>fieri<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>parks tad-divertiment<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-qorti tar-rinviju tippreċiża li, fis-sentenza tagħha tat‑<DATE ISO="20180802">2 ta’ Awwissu 2018</DATE>, il-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi) ikkunsidrat li s-servizzi ta’ impriża tal-fieri sedentarja li tieħu l-forma ta’ theme park ma humiex simili għas-servizzi ta’ fieri li jeżerċitaw l-attività tagħhom b’mod mobbli fil-kuntest ta’ fieri, fid-dawl tal-kuntesti differenti li fihom jitwettqu dawn is-servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-qorti tar-rinviju tiddeduċi li, bħala kuntest tas-servizzi li għandhom jiġu kkomparati, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni biss id-differenzi fil-qafas regolamentari u fis-sistema legali li jirregolaw is-servizzi kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, il-kuntest taż-żewġ tipi ta’ servizzi tal-fieri ma huwiex ikkaratterizzat minn oqfsa regolamentari distinti. Fil-fatt, il-leġiżlazzjoni la timponi fuq l-impriżi tal-fieri bħal Phantasialand u lanqas fuq l-impriżi li joperaw waqt il-fieri l-obbligu li jitolbu biljett globali għall-użu tal-attrazzjonijiet kollha jew, għall-kuntrarju, prezz distint għal kull servizz propost. Barra minn hekk, l-attrazzjonijiet mekkaniċi tat-theme parks, bħal dawk tal-fieri, huma suġġetti għall-istess standard ta’ sigurtà, u la l-fieri sedentarji, u lanqas il-fieri mobbli ma jiġu preskritti bil-liġi f’liema<?PAGE NO="5"?> mument tas-sena huma għandhom joffru s-servizzi tagħhom. Għaldaqstant, għandu jiġi ddeterminat jekk, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hijiex applikabbli l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tipprovdi li d-differenzi marbuta mal-kuntest tas-servizzi jistgħu jiġġustifikaw intaxxar iddifferenzjat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li, jekk jitqies li l-kuntest tas-servizzi pprovduti mill-fieri mobbli waqt il-fieri ma huwiex differenti minn dak tas-servizzi pprovduti mill-impriżi sedentarji, il-kriterju rilevanti huwa li jsir magħruf liema bżonnijiet jiġu ssodisfatti, mill-perspettiva tal-konsumatur medju attwali, minn naħa, f’fiera u, min-naħa l-oħra, f’theme park. Ladarba jiġu ddeterminati dawn il-bżonnijiet, għandu jiġi evalwat jekk iż-żewġ servizzi jissodisfawx l-istess bżonnijiet u jekk kwalunkwe differenzi jaffettwawx l-għażla tal-konsumatur medju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tqis li hija f’pożizzjoni li twettaq din l-evalwazzjoni biss jekk hija tuża perizja legali empirika. Issa, skont il-ġurisprudenza tal-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi), ma huwiex neċessarju li jinġabru provi permezz ta’ perizji empiriċi mill-perspettiva tal-konsumatur medju dwar żewġ provvisti fil-kuntest tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, peress li din il-perspettiva hija biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>perspettiva kunċettwali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Għalhekk, il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li hija deċiżiva għall-eżitu tal-kawża li tressqet quddiemha l-kwistjoni dwar jekk hija għandhiex dritt tiġbor provi mill-perspettiva tal-konsumatur medju, jew jekk tali perspettiva tikkostitwixxix biss perspettiva kunċettwali, li ma tistax tiġi stabbilita bil-ġbir ta’ provi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht Köln (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Köln) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1)</NO.P><TXT>L-inklużjoni kemm ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>fieri<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> kif ukoll ta’ ‘parks tad-divertiment’ fil-kategorija 7 tal-Anness III tad-Direttiva [dwar il-VAT], moqrija flimkien mal-Artikolu 98(2) ta’ din id-direttiva, tista’ tiġi invokata sabiex issir distinzjoni bejn dawn iż-żewġ termini sabiex theme park jiġi ntaxxat bir-rata normali, minkejja li l-kunċett ta’ ‘park tad-divertiment’ ikopri wkoll kemm impriżi tal-fieri sedentarji u kif ukoll mobbli?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li tipprovdi li servizzi distinti jistgħu ma jkunux simili fid-dawl tal-kuntest li fih jingħataw, hija applikabbli għas-servizzi pprovduti minn impriżi tal-fieri mobbli u kif ukoll minn impriżi tal-fieri sedentarji fil-forma ta’ theme parks?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda:</TXT><P>Il-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>perspettiva tal-konsumatur medju<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> – li tikkostitwixxi, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, element essenzjali tal-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT – tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>perspettiva kunċettwali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/> li ma tistax tiġi stabbilita bil-ġbir ta’ provi permezz ta’ perizja ġudizzjarja?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 98 tad-Direttiva dwar il-VAT, moqri flimkien mal-punt 7 tal-Anness III ta’ din id-direttiva, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni<?PAGE NO="6"?> nazzjonali li bis-saħħa tagħha, minn naħa, is-servizzi pprovduti minn fieri mobbli u, min-naħa l-oħra, dawk ipprovduti minn fieri sedentarji u li jieħdu l-forma ta’ theme parks ikunu suġġetti għal rati tal-VAT differenti, waħda mnaqqsa, l-oħra normali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 96 tad-Direttiva dwar il-VAT, l-istess rata ta’ VAT, jiġifieri r-rata normali stabbilita minn kull Stat Membru, hija applikabbli għall-kunsinni ta’ oġġetti u għall-provvisti ta’ servizzi. Huwa b’deroga minn dan il-prinċipju li hija prevista l-possibbiltà, skont l-Artikolu 98 ta’ din id-direttiva, li jiġu applikati rati mnaqqsa ta’ VAT. L-Anness III tal-imsemmija direttiva jelenka l-kategoriji ta’ kunsinni ta’ oġġetti u ta’ provvisti ta’ servizzi li jistgħu jkunu s-suġġett tar-rati mnaqqsa msemmija f’dan l-Artikolu 98 (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>AZ</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑499/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:846">EU:C:2017:846</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa ta’ VAT, huma l-Istati Membri li għandhom, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali inerenti għas-sistema komuni tal-VAT, jiddeterminaw iktar preċiżament fost il-kunsinni ta’ oġġetti u l-provvisti ta’ servizzi inklużi fil-kategoriji tal-Anness III tad-Direttiva dwar il-VAT dawk li fir-rigward tagħhom tapplika r-rata mnaqqsa (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>AZ</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑499/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:846">EU:C:2017:846</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>B’mod iktar speċifiku, il-punt 7 tal-Anness III tad-Direttiva dwar il-VAT jippermetti lill-Istati Membri japplikaw rata mnaqqsa ta’ VAT għad-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>dħul għal wirjiet, teatri, ċirkli, fieri, parks tad-divertiment, kunċerti, mużewijiet, żuijiet, ċinema, eżibizzjonijiet u avvenimenti u faċilitajiet kulturali simili<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, f’dan ir-rigward, dwar jekk ir-riferiment kemm għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>fieri<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> kif ukoll għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>parks tad-divertiment<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fil-punt 7 tal-Anness III, jistax jiġi invokat sabiex jiġu applikati rati differenti ta’ VAT, minn naħa, għas-servizzi pprovduti minn impriżi tal-fieri sedentarji, bħal Phantasialand, u, min-naħa l-oħra, għas-servizzi pprovduti minn impriżi tal-fieri mobbli, minkejja li, skont dik il-qorti, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>parks tad-divertiment<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> ikopri ż-żewġ kategoriji ta’ impriżi tal-fieri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Id-Direttiva dwar il-VAT la tinkludi definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>fieri<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, u lanqas ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>parks tad-divertiment<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fis-sens tal-imsemmi punt 7 tal-Anness III, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011 lanqas ma jipprevedi xi definizzjoni ta’ dawn il-kunċetti. Barra minn hekk, la d-Direttiva dwar il-VAT u lanqas ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011 ma jinkludu riferiment għad-dritt tal-Istati Membri f’dan ir-rigward, b’tali mod li l-imsemmija kunċetti jikkostitwixxu kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni li għandhom jiġu interpretati b’mod uniformi fit-territorju ta’ din tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210120">20 ta’ Jannar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Finanzamt Saarbrücken</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑288/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:32">EU:C:2021:32</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minn naħa, dawn l-istess kunċetti għandhom jiġu interpretati konformement mas-sens abitwali tagħhom fil-lingwaġġ ta’ kuljum u, min-naħa l-oħra, interpretazzjoni stretta hija meħtieġa peress li l-possibbiltà li tiġi applikata rata mnaqqsa ta’ VAT tikkostitwixxi deroga mill-prinċipju tal-applikazzjoni tar-rata normali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Segler-Vereinigung Cuxhaven</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑715/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1138">EU:C:2019:1138</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-sens abitwali fil-lingwaġġ ta’ kuljum tal-espressjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>park tad-divertiment<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>fiera<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, kif irrilevat essenzjalment il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>park tad-divertiment<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> tirreferi għal art żviluppata, li tinkludi diversi faċilitajiet intiżi għar-rikreazzjoni u għall-pjaċir, filwaqt li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>fiera<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, minkejja li hija, b’mod ġenerali, mgħammra wkoll b’tali faċilitajiet, hija kkaratterizzata mill-fatt li hija sseħħ, għalkemm b’ċerta regolarità, għal perijodu temporanju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat ukoll li l-punt 7 tal-Anness III tad-Direttiva dwar il-VAT jelenka espressament kemm il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>fieri<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> kif ukoll il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>parks tad-divertiment<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, b’tali mod li għandha ssir distinzjoni bejn dawn iż-żewġ kunċetti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>B’hekk, is-servizzi tal-fieri li joperaw temporanjament permezz ta’ faċilitajiet mobbli jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>fieri<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, filwaqt li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>parks tad-divertiment<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> ikopri l-attivitajiet eżerċitati mill-fieri sedentarji, ta’ natura dewwiema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Mill-banda l-oħra, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>parks tad-divertiment<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> ma jistax jiġi interpretat li jinkludi s-servizzi ta’ fieri mobbli, peress li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>fieri<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> ma jibqax ikollu, f’din l-ipoteżi, kamp ta’ applikazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Ir-riferiment magħmul mill-qorti tar-rinviju għall-Artikolu 32 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011, li fih l-espressjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>fieri<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>parks ta’ divertiment<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> għandhom, fil-verżjoni Ġermaniża ta’ din id-dispożizzjoni, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>Freizeitparks<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>theme parks<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>) bħala l-unika ekwivalenti, huwa irrilevanti f’dan ir-rigward. Fil-fatt, minbarra l-fatt li din id-dispożizzjoni tidħol f’kuntest differenti minn dak tal-applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa ta’ VAT, il-provvisti ta’ servizzi msemmija f’dan l-Artikolu 32 huma obbligatorjament suġġetti għall-istess regoli, b’tali mod li huwa irrilevanti l-fatt li, fil-verżjoni Ġermaniża, ma hija stabbilita l-ebda distinzjoni bejn il-fieri u l-parks ta’ divertiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, konformement mal-Artikolu 98 tad-Direttiva dwar il-VAT, moqri flimkien mal-punt 7 tal-Anness III tagħha, Stat Membru jista’, bħala prinċipju, japplika rata mnaqqsa ta’ VAT għas-servizzi pprovduti minn fieri mobbli, filwaqt li japplika r-rata normali għal dawk ipprovduti minn fieri sedentarji u li jieħdu l-forma ta’ theme parks.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, u kif tfakkar fil-punt 25 ta’ din is-sentenza, meta Stat Membru jagħżel li japplika b’mod selettiv ir-rata mnaqqsa ta’ VAT għal ċerti provvisti ta’ servizzi speċifiċi li jinsabu fl-Anness III tad-Direttiva dwar il-VAT, huwa għandu josserva l-prinċipju ta’ newtralità fiskali (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190627">27 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Belgisch Syndicaat van Chiropraxie <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑597/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:544">EU:C:2019:544</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Dan il-prinċipju jipprekludi li oġġetti jew provvisti ta’ servizzi li jixxiebhu, li jkunu f’kompetizzjoni ma’ xulxin, jiġu ttrattati b’mod differenti mill-perspettiva tal-VAT (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Pro Med Logistik u Pongratz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑454/12 u C‑455/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:111">EU:C:2014:111</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190627">27 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Belgisch Syndicaat van Chiropraxie <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑597/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:544">EU:C:2019:544</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, sabiex jiġi stabbilit jekk oġġetti jew provvisti ta’ servizzi jixxibhux, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni prinċipalment il-perspettiva tal-konsumatur medju. Oġġetti jew provvisti ta’ servizzi jkunu jixxiebhu meta jkollhom karatteristiċi analogi u jissodisfaw l-istess bżonnijiet tal-konsumatur, skont kriterju ta’ tqabbil fl-użu, u meta d-differenzi eżistenti ma jinfluwenzawx b’mod kunsiderevoli d-deċiżjoni tal-konsumatur medju li jirrikorri għal wieħed<?PAGE NO="8"?> jew għal ieħor mill-imsemmija oġġetti jew provvisti ta’ servizzi (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Pro Med Logistik u Pongratz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑454/12 u C‑455/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:111">EU:C:2014:111</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190627">27 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Belgisch Syndicaat van Chiropraxie <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑597/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:544">EU:C:2019:544</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, għandu jiġi eżaminat jekk l-oġġetti jew il-provvisti ta’ servizzi inkwistjoni jinsabux, mill-perspettiva tal-konsumatur medju, f’relazzjoni ta’ sostituzzjoni. Fil-fatt, f’din l-ipoteżi, l-applikazzjoni ta’ rati differenti ta’ VAT tista’ taffettwa l-għażla tal-konsumatur, u dan jindika, konsegwentement, ksur tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>AZ</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑499/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:846">EU:C:2017:846</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jidher li l-ewwel kundizzjoni li tirriżulta mill-ġurisprudenza esposta fil-punt 38 ta’ din is-sentenza hija ssodisfatta fis-sens li, sabiex jitqiesu li jixxiebhu, oġġetti jew provvisti ta’ servizzi għandu jkollhom karatteristiċi analogi u jissodisfaw l-istess bżonnijiet tal-konsumatur, skont kriterju ta’ komparabbiltà fl-użu. Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju tosserva li s-servizzi pprovduti, minn naħa, fil-kuntest ta’ fiera u, min-naħa l-oħra, fil-kuntest ta’ theme park għandhom karatteristiċi analogi sa fejn, f’kull wieħed miż-żewġ każijiet, il-konsumatur jagħmel użu minn servizzi tal-fieri. Barra minn hekk, fir-rigward tal-bżonnijiet issodisfatti, jista’ jiġi preżunt livell għoli ta’ konverġenza sa fejn dik il-qorti ssemmi, b’mod partikolari, bla ħsara għal iktar informazzjoni, id-divertiment u r-rikreazzjoni, kif ukoll il-ferħ individwali, it-tfittxija għal avventura u l-opportunitajiet għal kuntatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-eżami tat-tieni kundizzjoni li d-differenzi eżistenti ma jkunux jinfluwenzaw b’mod kunsiderevoli d-deċiżjoni tal-konsumatur medju li jirrikorri għal wieħed jew għal ieħor mill-imsemmija oġġetti jew mill-imsemmija provvisti ta’ servizzi, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, minn naħa, id-differenzi li jikkonċernaw il-karatteristiċi tal-oġġetti jew tal-provvisti ta’ servizzi inkwistjoni kif ukoll l-użu tagħhom u li huma, għaldaqstant, inerenti għal dawn l-oġġetti jew għal dawn il-provvisti ta’ servizzi. Issa, peress li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma għandux jitwettaq sempliċi tqabbil ta’ servizzi individwali, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll, min-naħa l-oħra, id-differenzi marbuta mal-kuntest li fih jiġu pprovduti l-imsemmija servizzi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Pro Med Logistik u Pongratz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑454/12 u C‑455/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:111">EU:C:2014:111</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li jistgħu jkunu rilevanti, fir-rigward tal-kuntest tas-servizzi li għandhom jiġu kkomparati, id-differenzi marbuta mal-qafas regolamentari u mas-sistema legali li jirregolaw s-servizzi kkonċernati (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE>, <NAME.CASE>TNT Post UK</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑357/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:248">EU:C:2009:248</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Pro Med Logistik u Pongratz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑454/12 u C‑455/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:111">EU:C:2014:111</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Madankollu, minn din il-ġurisprudenza ma jistax jiġi dedott li d-differenzi li ma humiex dawk li jirrigwardaw il-kuntest ġuridiku ma humiex importanti. Għall-kuntrarju, it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ differenzi kuntestwali oħra huwa neċessarju sa fejn dawn jistgħu joħolqu distinzjoni f’għajnejn il-konsumatur medju, f’termini ta’ reazzjoni għall-bżonnijiet tiegħu stess (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Pro Med Logistik u Pongratz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑454/12 u C‑455/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:111">EU:C:2014:111</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata), u li għalhekk huma ta’ natura li jinfluwenzaw l-għażla ta’ dan il-konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Peress li l-evalwazzjoni tan-natura li tixxiebah jew le tas-servizzi tal-fieri offruti fil-kuntest, minn naħa, ta’ theme park u, min-naħa l-oħra, fil-kuntest ta’ fiera, hija mingħajr dubju r-responsabbiltà tal-qorti nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>AZ</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑499/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:846">EU:C:2017:846</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), għandu jitqies li jista’ jkun rilevanti għal din l-evalwazzjoni l-fatt li, f’dan<?PAGE NO="9"?> il-każ, waħda mill-provvisti ta’ servizzi hija, bħala prinċipju, disponibbli b’mod permanenti, filwaqt li l-oħra hija disponibbli biss għal ftit jiem jew ġimgħat fis-sena. Fil-fatt, għal konsumatur li għandu l-għażla bejn li jżur theme park jew fiera, il-fatt li din tal-aħħar tinżamm biss matul perijodu limitat jista’ jkun importanti, jew saħansitra deċiżiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif isostni l-Gvern Ġermaniż, il-fieri ta’ spiss ikunu bbażati fuq drawwa msejsa fir-reġjun, peress li l-firxa tas-servizzi globalment proposti tkun varjata ħafna u ta’ natura kulturali. Bħala element tal-wirt kulturali, dawn jista’ jkollhom valur sinjifikattiv fil-ħajja soċjali. Tali fatturi jistgħu wkoll jinfluwenzaw l-għażla tal-konsumatur medju, li huwa fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Barra minn hekk, filwaqt li l-qorti tar-rinviju tosserva li, fil-Ġermanja, il-kuntest tas-servizzi pprovduti, minn naħa, fir-rigward ta’ theme park u, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ fiera, ma huwiex ikkaratterizzat minn oqfsa regolamentari distinti, mill-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Gvern Ġermaniż jirriżulta li l-impriżi tal-fieri mobbli u l-impriżi tal-fieri sedentarji ma humiex suġġetti għall-istess kuntest ġuridiku nazzjonali peress li l-awtorizzazzjoni li tinżamm fiera tinvolvi diversi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>privileġġi tas-suq<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> li jwasslu, għall-perijodu stabbilit, għal eżenzjoni minn ċerti rekwiżiti legali li huma normalment applikabbli bħal, b’mod partikolari, ir-regoli dwar il-ħinijiet tal-ftuħ. F’dan ir-rigward ukoll, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk tali differenzi, sa fejn dawn jistgħu jiġu stabbiliti, għandhomx effett fuq l-għażla tal-konsumatur medju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk, f’dan il-kuntest, il-qorti nazzjonali għandhiex dritt li tuża perizja legali empirika mill-perspettiva tal-konsumatur medju, jew jekk din il-perspettiva tikkostitwixxix biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>perspettiva kunċettwali<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, li ma tistax tiġi stabbilita bil-ġbir ta’ provi, għandu jiġi rrilevat li l-qorti hija, b’mod ġenerali, f’pożizzjoni li tifhem bl-għarfien tagħha stess il-perspettiva tal-konsumatur medju (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980716">16 ta’ Lulju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Gut Springenheide u Tusky</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑210/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:369">EU:C:1998:369</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990128">28 ta’ Jannar 1999</DATE>, <NAME.CASE>Sektkellerei Kessler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑303/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:35">EU:C:1999:35</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Madankollu, id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix li qorti nazzjonali, li jkollha diffikultajiet partikolari matul din l-evalwazzjoni, titlob, skont il-kundizzjonijiet previsti fid-dritt nazzjonali, perizja intiża sabiex jiġi ċċarat il-ġudizzju tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980716">16 ta’ Lulju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Gut Springenheide u Tusky</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑210/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:369">EU:C:1998:369</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990128">28 ta’ Jannar 1999</DATE>, <NAME.CASE>Sektkellerei Kessler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑303/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:35">EU:C:1999:35</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula hija li l-Artikolu 98 tad-Direttiva dwar il-VAT, moqri flimkien mal-punt 7 tal-Anness III ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha, minn naħa, is-servizzi pprovduti minn fieri mobbli u, min-naħa l-oħra, dawk ipprovduti minn fieri sedentarji u li jieħdu l-forma ta’ theme parks ikunu suġġetti għal rati tal-VAT differenti, waħda mnaqqsa, l-oħra normali, bil-kundizzjoni li jiġi osservat il-prinċipju ta’ newtralità fiskali. Id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix li l-qorti tar-rinviju, meta ssib diffikultajiet partikolari sabiex tivverifika l-osservanza tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, titlob, skont il-kundizzjonijiet previsti fid-dritt nazzjonali, perizja intiża sabiex jiġi ċċarat il-ġudizzju tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 98 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri flimkien mal-punt 7 tal-Anness III ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha, minn naħa, is-servizzi pprovduti minn fieri mobbli u, min-naħa l-oħra, dawk ipprovduti minn fieri sedentarji u li jieħdu l-forma ta’ theme parks ikunu suġġetti għal rati tal-VAT differenti, waħda mnaqqsa, l-oħra normali, bil-kundizzjoni li jiġi osservat il-prinċipju ta’ newtralità fiskali. Id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix li l-qorti tar-rinviju, meta ssib diffikultajiet partikolari sabiex tivverifika l-osservanza tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, titlob, skont il-kundizzjonijiet previsti fid-dritt nazzjonali, perizja intiża sabiex jiġi ċċarat il-ġudizzju tagħha.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>