Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI I - TITOLU VI - ĦAJJA DEMOKRATIKA TA' L-UNJONI - Artikolu I-46
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0034 - 0034
Artikolu I-46 Il-prinċipju ta' demokrazija rappreżentattiva 1. Il-ħidma ta' l-Unjoni għandha tkun bbażata fuq id-demokrazija rappreżentattiva. 2. Fil-livell ta' l-Unjoni, ċ-ċittadini huma rappreżentati direttament fil-Parlament Ewropew. L-Istati Membri huma rrappreżentati fil-Kunsill Ewropew mill-Kap ta' l-Istat jew tal-Gvern tagħhom u fil-Kunsill mill-gvernijiet tagħhom, li huma demokratikament responsabbli jew lejn il-Parlamenti nazzjonali tagħhom, inkella lejn iċ-ċittadini tagħhom. 3. Kull ċittadin għandu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika ta' l-Unjoni. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mod kemm jista' jkun miftuħ u kemm jista' jkun qrib iċ-ċittadin. 4. Il-partiti politiċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni ta' kuxjenza politika Ewropea u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini ta' l-Unjoni. --------------------------------------------------