|
29.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 26/2 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 75/2014
tas-27 ta' Jannar 2014
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni li jxekklu l-proċess ta' paċi u li jiksru l-liġi internazzjonali fil-konflitt tar-reġjun tad-Darfur fis-Sudan
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2005 tat-18 ta' Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni li jxekklu l-proċess ta' paċi u li jiksru l-liġi internazzjonali fil-konflitt tar-reġjun tad-Darfur fis-Sudan (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1184/2005 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fit-13 ta’ Marzu 2013 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) ddeċieda li jemenda erba' annotazzjonijiet fil-lista. Barra minn hekk, fl-4 ta' Settembru 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU ddeċieda li jemenda ulterjorament annotazzjoni waħda mil-lista. |
|
(3) |
Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1184/2005 għandu jiġi aġġornat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1184/2005 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament huwa vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1184/2005, huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-annotazzjoni "Gaffar Mohammed Elhassan (alias Gaffar Mohmed Elhassan). Titolu: Maġġur Ġenerali. Kariga: Kmandant tar-Reġun Militari tal-Punent għall-Forza tal-Ajru tas-Sudan. Data tat-twelid: 24.6.1953." tiġi sostitwita b’dan li ġej: "Gaffar Mohammed Elhassan (alias Gaffar Mohmed Elhassan). Data tat-twelid: 24.6.1952. Tagħrif ieħor: (a) irtirat mill-Armata Sudaniża, (b) jirreżjedi f'El Waha, Omdurman, is-Sudan, (c) Nru tal-Karta ta' Identifikazzjoni bħala li kien persuna fil-militar: 4302." |
|
(2) |
L-annotazzjoni "Gabril Abdul Kareem Badri (alias Gabril Abdul Kareem Barey). Titolu: Ġeneral. Kariga: Kmandant fl-armata tal-Moviment Nazzjonali għar-Riforma u l-Iżvilupp." tiġi sostitwita b’dan li ġej: "Gabril Abdul Kareem Barey (alias (a) Gibril Abdul Kareem Barey, (b) Tek). Titolu: Ġeneral. Kariga: Kmandant fl-armata tal-Moviment Nazzjonali għar-Riforma u l-Iżvilupp (NMRD). Tagħrif ieħor: Residenti f’Tine, fuq in-naħa Sudaniża tal-fruntiera maċ-Ċad." |
|
(3) |
L-annotazzjoni "Sheikh Musa HILAL. Tagħrif ieħor: Kap Suprem tat-Tribù ta’ Jalul fid-Darfur tat-Tramuntana." gtiġi ssostitwita b’dan li ġej: "Sheikh Musa Hilal. Kariga: (a) Membru tal-Assemblea Nazzjonali tas-Sudan, (b) Konsulent speċjali lill-Ministeru għall-Affarijiet Federali (maħtur mill-President tas-Sudan fl-2008)." |
|
(4) |
L-annotazzjoni "Adam Yacub SHANT. Tagħrif ieħor: Kmandant tal-Armata għal-Liberazzjoni tas-Sudan" għandha tiġi ssostitwita b’dan li ġej: "Adam Yacub Sharif (alias (a) Adam Yacub Shant, (b) Adam Yacoub). Data tat-twelid: madwar l-1976. Tagħrif ieħor: Irrappurtat mejjet fis-7 ta’ Ġunju 2012." |