<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑649/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CC0649</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:44">EU:C:2015:44</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>19</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>19</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET MENGOZZI — KAWŻA C‑649/13</P><P>COMITÉ D'ENTREPRISE DE NORTEL NETWORKS <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Mengozzi</HT></P><P>ppreżentati fid-<DATE ISO="20150129">29 ta’ Jannar 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑649/13</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Comité d’entreprise de Nortel Networks SA et</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P>C. Rogeau, stralċjarju ta’ Nortel Networks SA,</P><P><HT TYPE="BOLD">u</HT></P><P>C. Rogeau, stralċjarju ta’ Nortel Networks SA,</P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Alan Robert Bloom,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Alan Michael Hudson,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Stephen John Harris,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Christopher John Wilkinson Hill</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de commerce ta’ Versailles (Franza)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Proċeduri ta’ insolvenza</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1346/2000</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura sekondarja ta’ insolvenza</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni sabiex jiġi ddeterminat il-parametru tal-effetti ta’ proċedura sekondarja ta’ insolvenza</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni esklużiva jew alternattiva</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-liġi applikabbli</KEYWORD><KEYWORD>Dħul mit-trasferiment tal-beni tad-debitur miżmum f’kont issekwestrat f’pajjiż terz</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari li hija s-suġġett ta’ din il-kawża tirrigwarda l-Artikoli 2(g), 3 u 27 tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta’ falliment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20000529">29 ta’ Mejju 2000</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19 Vol. 1 p. 191).</P></NOTE> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolament<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u tqajjem kwistjoni delikata li tikkonċerna t-tqassim tal-ġurisdizzjoni bejn il-qrati tal-Istat tal-ftuħ tal-proċedura prinċipali ta’ insolvenza skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament u l-qrati tal-Istat tal-ftuħ ta’ proċedura sekondarja skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-istess artikolu, kif ukoll dwar it-tqassim tal-attiv tad-debitur insolventi bejn dawn iż‑żewġ proċeduri.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-kawża prinċipali taqa’ taħt il-parti Ewropea tal-falliment tal-grupp Kanadiż Nortel, attiv fil-livell dinji fis-settur tat‑telekomunikazzjonijiet sa mill-2008, li ta lok għall-ftuħ ta’ proċedura prinċipali ta’ insolvenza fir-Renju Unit, fir-rigward tas‑sussidjarji Ewropej kollha tal-grupp, u ta’ proċedura sekondarja fi Franza, quddiem il-qorti tar-rinviju, fid-dawl tas-sussidjarja Franċiża.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Ir-Regolament jistabbilixxi qafas Ewropew għall-proċeduri ta’ insolvenza transkonfinali. Skont l-Artikolu 2(g) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>’l-Istat Membru li fih ikunu jinstabu l-assi<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/> għandu jfisser, fil-każ ta’:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>propjetà tanġibbli, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinstab il‑propjetà,</P></ITEM><ITEM><P>propjetà u drittijiet ta’ propjetà jew intitolar li dwaru jrid ikun miktub f’reġistru pubbliku, l-Istat Membru li taħt l-awtorità tiegħu jkun jinżamm ir-reġistru,</P></ITEM><ITEM><P><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>talbiet’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu il-parti terza meħtieġa li tilqagħhom ikollu ċ-ċentru ta’ l-interessi prinċipali tieghu, kif iddeterminat minn l-Artikolu 3(1) […]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Ġurisdizzjoni Internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-qrati ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinstab iċ-ċentru ta’ l-interessi prinċipali tad-debitur għandu jkollu l-ġurisdizzjoni biex jiftaħ il-proċedimenti ta’ falliment. Fil-każ ta’ kumpannija jew persuna ġuridika, il-post ta’ l-uffiċju rreġistrat għandu jkun meqjus li huwa ċ-ċentru ta’ l-interessi prinċipali fin-nuqqas ta’ prova għal kuntrarju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta ċ-ċentru ta’ l-interessi prinċipali ta’ debitur ikun jinstab fit-territorju ta’ Stat Membru, il-qrati ta’ Stati Membri oħra għandhom ikollhom il-ġurisdizzjoni li jiftħu proċedimenti ta’ falliment kontra dak id-debitur fil-każ biss li dak ikollu stabbiliment fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor. L-effetti ta’ dawk il-proċedimenti għandu jkun ristrett għall-assi tad-debitur li jkunu jinstabu fit-territorju ta’ l-Istat Membru l-ieħor<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fil-Kapitolu III, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Proċedimenti Sekondarji ta’ Falliment<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, l-Artikolu 27 tar-Regolament jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Il-ftuħ tal-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(1) minn qorti ta’ Stat Membru u li jkun rikonoxxut fi Stat Membru ieħor (proċedimenti prinċipali) għandu jippermetti l-ftuħ f’dak l-Istat Membru l-ieħor, li qorti tiegħu jkollu ġurisdizzjoni bis-saħħa ta’ l-Artikolu 3(2), ta’ proċedimenti sekondarji ta’ falliment mingħajr ma l-falliment tad-debitur ikun eżaminat fl-Istat l-ieħor. Dawn il-proċedimenti ta’ l-aħħar għandhom ikunu fost il-proċedimenti mniżżla f’L-Anness B. L-effetti tagħhom għandhom ikunu ristretti għall-assi tad-debitur li jkun jinstab fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża prinċipali, il-proċedura fil-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża prinċipali, kif jirriżultaw mid‑deċiżjoni tar-rinviju u mill-proċess, jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-grupp Nortel, li l-kumpannija parent tiegħu, Nortel Networks Corporation, hija Kanadiża, kien wieħed mill-ewwel fornituri fid-dinja ta’ soluzzjonijiet għan-netwerks ta’ telekomunikazzjoni. Il-kumpannija Kanadiża Nortel Networks Limited (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>NNL<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), kumpannija Kanadiża sussidjarja diretta ta’ Nortel Networks Corporation, kienet iżżomm il-parti l-kbira tas-sussidjarji tal-grupp Nortel fid-dinja, fosthom il-kumpannija rregolata mid-dritt Franċiż Nortel Networks SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>NNSA<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), kumpannija rregolata mid-dritt Franċiż.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-grupp Nortel kellu attività importanti ta’ riċerka u żvilupp (R &amp; D), li huwa kien jeżerċita permezz tal-intermedju ta’ sussidjarji speċjalizzati (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>ċentri R &amp; D<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>). NNSA kienet waħda minn dawn is_sussidjarji. Kważi l-proprjetà intellettwali kollha li tirriżulta mill‑attività ta’ R &amp; D tal-grupp kienet irreġistrata (prinċipalment fl-Amerika ta’ Fuq) fl-isem ta’ NNL fil-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>legal owner<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Din tal-aħħar kienet tagħti liċ-ċentri R &amp; D liċenzji esklużivi mingħajr ħlas għall-użu tal-proprjetà intellettwali tal-grupp. Iċ-ċentri R&amp;D kienu jżommu wkoll il-proprjetà ekonomika (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>beneficial ownership<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) fuq din il-proprjetà intellettwali, sal-kontribuzzjoni rispettiva tagħhom fl‑attività ta’ R &amp; D. Ftehim intra-grupp, imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Master R &amp; D Agreement<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>MRDA<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), kien jirregola r-relazzjonijiet legali bejn NNL u ċ-ċentri R &amp; D<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>NNSA saret parti mill-MRDA bl-iffirmar fit-<DATE ISO="20041222">22 ta’ Diċembru 2004</DATE>.</P></NOTE>. Dan il-ftehim kien jipprevedi, b’mod partikolari, li, li skont il-profitti jew telf magħmul fuq il-livell tal-grupp f’sena finanzjarja partikolari, kull ċentru R &amp; D ikun kreditur jew debitur fil-konfront ta’ NNL b’somma msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>RPS<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Revenue Profit Sharing<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Peress li fl-2008, il-grupp Nortel iltaqa’ ma’ diffikultajiet finanzjarji serji, id-diriġenti tiegħu ddeċidew, sabiex itejbu t-trasferimenti tal-attiv fil-livell ta’ grupp, li jiftħu b’mod simultanju proċeduri ta’ insolvenza fil-Kanada, fl-Istati Uniti u fl-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20090114">14 ta’ Jannar 2009</DATE>, il-High Court of Justice (England &amp; Wales), Chancery Division (ir-Renju Unit) fetħet proċedura prinċipali ta’ insolvenza rregolata mid-dritt Ingliż kontra l-kumpanniji kollha tal-grupp Nortel li jinsabu fl-Unjoni Ewropea, fosthom NNSA, skont l-Artikolu 3(1) tar‑Regolament u ħatret lil A. Bloom, A. Hudson, S. Harris u Wilkinson Hill fil‑kwalità ta’ amministraturi ġudizzjarji konġunti (iktar ’il quddiem, flimkien, il‑<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>ko-stralċjarji<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ rikors konġunt ippreżentat minn NNSA u l-ko-stralċjarji, il‑qorti tar-rinviju, permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20090528">28 ta’ Mejju 2009</DATE>, fetħet proċedura sekondarja ta’ stralċ ġudizzjarju, fis-sens tal‑Artikolu 27 tar-Regolament, kontra NNSA, awtorizzat it-tkomplija tal-attività għal żmien determinat u ħatret lil C. Rogeau fil-kwalità ta’ stralċjarju ġudizzjarju.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20090707">7 ta’ Lulju 2009</DATE> ġiet iddikjarata tilwima industrijali fi ħdan l-NNSA u din intemmet fil-<DATE ISO="20090721">21 ta’ Lulju 2009</DATE> bl-iffirmar ta’ protokoll ta’ ftehim ta’ tmiem ta’ kunflitt (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>protokoll ta’ tmiem ta’ kunflitt<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), bejn NNSA rrappreżentata mill-korpi tal-proċedura sekondarja, l-organizzazzjonijiet sindakali, il-kumitat ta’ impriża (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>KI<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) ta’ NNSA, u r-rappreżentanti tal-impjegati fuq strajk. Dan il-ftehim kien jipprovdi l-ħlas ta’ benefiċċju ta’ għajnuna mill-bidu nett li parti minnu kellha titħallas immedjatament, u oħra, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>benefiċċju ta’ għajnuna mill-bidu nett iddifferit<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>BGĦBN iddifferit<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>), li kellu jitħallas, ladarba jispiċċa l-operat, fuq il-fondi disponibbli provenjenti mill-bejgħ kollu tal-fergħa ta’ attività, ta’ beni, tat-tqassim kollu minħabba trasferiment ta’ attiv jew b’mod iktar ġenerali ta’ attiv jew ta’ djun irkuprati, wara l-ħlas sħiħ tad-djun ta’ operat kollha mnissla mit-twettiq tal-attività tal-proċeduri prinċipali u sekondarji u tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>administration expenses<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. Kien previst li l-ammont ta’ dan il-BGĦBN iddifferit jiddependi mill-<HT TYPE="ITALIC">quantum</HT> tal-fondi disponibbli. Fit‑<DATE ISO="20090818">18 ta’ Awwissu 2009</DATE>, ftehim addizzjonali għall-protokoll ta’ tmiem ta’ kunflitt, li kien jirriproduċi t-termini ta’ dan ġie ffirmat mill-ko-stralċjarji (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>ftehim addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20090701">1 ta’ Lulju 2009</DATE>, ġie ffirmat protokoll ta’ koordinazzjoni tal‑proċeduri prinċipali u sekondarji mill-korpi taż-żewġ proċeduri (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>protokoll ta’ koordinazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>). L-Artikolu 8(3) ta’ dan il-protokoll jippreċiża li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>skont ir-Regolament […] l-administration expenses jitħallsu kollha u fl-iskadenza normali tagħhom bi prijorità fuq l-attiv tal-kumpannija jkun x’ikun il-lok li fih jinsab dan l‑attiv (inkluż dak li jinsab fi Franza), minkejja l-ftuħ tal-proċedura sekondarja<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>. Wara l-iffirmar tal-protokoll ta’ tmiem ta’ kunflitt, l-istralċjarji tal-proċeduri prinċipali u sekondarji ffirmaw <HT TYPE="ITALIC">addendum</HT> għall-protokoll ta’ koordinazzjoni fit-<DATE ISO="20090818">18 ta’ Awwissu 2009</DATE> li, skont l-Artikolu 7 tiegħu, jipprevali fuq dan il-protokoll.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20090924">24 ta’ Settembru 2009</DATE>, il-qorti tar‑rinviju kkonfermat il-protokoll ta’ koordinazzjoni u l-protokoll ta’ tmiem ta’ kunflitt, kif ukoll il-ftehim addizzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Sabiex jiżguraw valorizzazzjoni aħjar tal-attiv tal-grupp Nortel, l-istralċjarji tal-proċedimenti ta’ insolvenza differenti miftuħa fid-dinja ftehmu li l-imsemmi attiv jinbiegħ fuq livell globali, fergħa ta’ attività b’fergħa ta’ attività. Ftehim f’dan is-sens, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Interim Funding and Settlement Agreement<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>ftehim IFSA<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>) ġie konkluż, fid-<DATE ISO="20090609">9 ta’ Ġunju 2009</DATE>, bejn NNL u diversi sussidjarji tal-grupp. F’dan il-ftehim, ġie miftiehem b’mod partikolari li l-MRDA kellu jkompli fis-seħħ matul it-tul tal-proċeduri ta’ insolvenza kollha, li s-sussidjarji ta’ NNL ser jirrinunzjaw fi żmien xieraq għad-drittijiet tagħhom ta’ proprjetà industrijali u intellettwali relatati mal-attivitajiet ittrasferiti — bil-ftehim li d-drittijiet ta’ liċenzja li kull wieħed minnhom kellu kienu ser jinżammu sat-tmiem tat-tranżazzjonijiet ta’ stralċ/trasferiment u li dawn ir-rinunzji ma jwasslux għar-rinunzja tad-drittijiet tagħhom bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>beneficial owner<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> tal-proprjetà intellettwali tal-grupp –, li d-dħul kollu mit-trasferimenti tal-attiv tal-grupp fuq livell dinji ser jitqiegħed f’kontijiet issekwestrati fl-Istati Uniti (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>kontijiet issekwestrati<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> jew il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Lockbox<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>) u li ebda distribuzzjoni tal-ammonti miżmuma f’dawn il-kontijiet ma tista’ ssir ħlief bi ftehim konkluż mill‑entitajiet kollha tal-grupp ikkonċernati. NNSA saret parti mill‑ftehim IFSA permezz ta’ ftehim ta’ adeżjoni (Amendment and Accession Agreement) konkluż fil-<DATE ISO="20090911">11 ta’ Settembru 2009</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>L-iffirmar ta’ dan il-ftehim kien ġie awtorizzat b’digriet tal-Imħallef intervenjenti tas-<DATE ISO="20090707">7 ta’ Lulju 2009</DATE>.</P></NOTE>. It‑trasferiment tal-attivitajiet ta’ NNSA seħħ fil‑kuntest tat-trasferimenti organizzati fuq livell dinji skont il‑ftehim IFSA. Id-dħul mit-trasferimenti li fihom ipparteċipat NNSA [madwar 7.2 biljun dollari tal-Istati Uniti (USD)] jinsab fil-Lockbox, mingħajr ma għadu ntlaħaq ftehim dwar it-tqassim tiegħu. C. Rogeau kienet ġiet awtorizzata, permezz ta’ digriet tal-Imħallef intervenjenti fil-proċedura sekondarja, tagħmel kull att neċessarju għat-twettiq tat-tranżazzjonijiet ta’ trasferiment (pereżempju, ir-rexissjoni tal-liċenzji marbuta mal‑attivitajiet ittrasferiti) kif ukoll tipparteċipa fin-negozjati fid-dawl tat‑tqassim tal-prezzijiet ta’ bejgħ.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Ir-rapport annwali redatt minn C. Rogeau fit-<DATE ISO="20101123">23 ta’ Novembru 2010</DATE> jirreferi għal bilanċ pożittiv ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">38980313</FT> fuq il‑kontijiet bankarji ta’ NNSA fit-<DATE ISO="20100930">30 ta’ Settembru 2010</DATE>, li kien jippermetti li jiġi kkalkolat li minn Mejju 2011, isir l-ewwel ħlas tal‑BGĦBN iddifferit. Fin-nuqqas ta’ ħlas, fil-<DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, intimazzjoni ġiet indirizzata lil C. Rogeau mill-KI ta’ NNSA. Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20110518">18 ta’ Mejju 2011</DATE>, C. Rogeau indikat lill-KI ta’ NNSA li kien impossibbli għalih li japplika t-termini tal-protokoll ta’ tmiem ta’ kunflitt, għaliex il-previżjoni ta’ cashflow stabbilita mid-ditta Ernst &amp; Young fit-<DATE ISO="20110513">13 ta’ Mejju 2011</DATE> uriet ammont negattiv ta’ kważi EUR 6 miljuni minħabba żewġ talbiet għal ħlas tal-ko-stralċjarji ta’ EUR 16.6 miljun<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Dettaljati kif ġej: madwar EUR 8 miljuni bħala Residual Profit Sharing 2010 (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>RPS 2010<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>) u EUR 8.6 miljuni mressqa mill-ko-stralċjarji tal-NNUK bħala parteċipazzjoni ta’ NNSA fl-ispejjeż ta’ trasferiment tal-attiv tal-grupp fir‑reġjun EMEA (Ewrope Middle East Africa) jiġifieri madwar 25 %.</P></NOTE>. Barra minn hekk kienet ukoll kwistjoni ta’ debitu tal-Fondi ta’ pensjoni Ingliż, ikkwalifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>administration expense<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> fid-dritt Ingliż permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20101210">10 ta’ Diċembru 2010</DATE> tal-High Court of Justice (England &amp; Wales), Chancery Division.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Filwaqt li kkontestaw dan il-fatt, fis-<DATE ISO="20110607">7 ta’ Ġunju 2011</DATE>, il-KI ta’ NNSA u 147 ex impjegati ta’ NNSA ħarrku lil C. Rogeau quddiem il‑qorti tar-rinviju sabiex tikkonstata,b’mod partikolari, li l-proċedura sekondarja ta’ NNSA għandha dritt esklużiv u dirett fuq il-parti mill-prezz ta’ trasferiment globali tal-attiv tal-grupp Nortel u li tikkundanna lil C. Rogeau sabiex tipproċedi immedjatament bil-ħlas, favur l-atturi, tal-kreditu tagħhom skont il-BGĦBN iddifferit sal-ammont disponibbli ta’ NNSA kif ukoll tal-bilanċ ta’ dan l-istess kreditu li kellu jiġi riċevut, permezz tal‑proċedura sekondarja, tal-parti mid-dħul ta’ trasferiment globali lil NNSA<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Mit-taħrika jirriżulta li l-KI ta’ NNSA u l-ex impjegati ta NNSA jopponu l-ħlas ta’ EUR 8 miljuni għall-RPS 2010 abbażi ta’ tranżazzjoni, li tinsab fil-protokoll ta’ tmiem ta’ kunflitt, li jistabbilixxi l-bilanċ tal-ħlas kollu għar-Revenue Profit Sharing f’ammont globali ta’ USD 4.9 miljun. Huma jikkonstestaw ukoll l-imputabbiltà lil NNSA tat-telf marbut mal-kontinwazzjoni tas-sistema MRDA, iġġenerat minħabba d-dewmien tal‑proċess ta’ trasferiment tal-attiv tal-grupp Nortel fuq livell dinji u jsostnu n-natura kundizzjonali u mhux iktar eżegwibbli tal-RPS 2010. Fir-rigward tad-debitu li jirrigwarda r-rimbors tal-ispejjeż tat-trasferiment, huma jsostnu li ma huwiex iġġustifikat ħlief jekk u fil-mument fejn il-proċedura sekondarja tiġbor il-parti tad-dħul mit-trasferiment globali li jmur għal NNSA u, għalhekk, ma jopponix il-ħlas tal‑BGĦBN iddifferit fuq l-ammont attwalment disponibbli ta’ din il-proċedura. Fl-aħħar nett, f’dak li jikkonċerna d-debitu tal-Fondi ta’ pensjoni Ingliż, huma jqisu li l-fatt li dan id-debitu kien ġie kkwalifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>administration expense<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> fid-dritt Ingliż ma għandux impatt fuq il-proċedura sekondarja, peress li l-ħlas tad-debiti ta’ din il-proċedura għandu jsir abbażi tad-dritt Franċiż.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20110801">1 ta’ Awwissu 2011</DATE>, C. Rogeau ħarrket lill-ko-stralċjarji fil-kawża quddiem il-qorti tar-rinviju, minħabba l-fatt li, billi ħadu d-dħul mit-trasferimenti tal-attiv tal-NNSA imwettaq fi Franza u ssekwestrat fil-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>Lockbox<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, huma kienu qed jipprekluduh milli jħallas il‑BGĦBN iddifferit. Wara li dehru fis-seduta tat-<DATE ISO="20120223">23 ta’ Frar 2012</DATE>, u mbagħad fis-seduta tal-<DATE ISO="20120524">24 ta’ Mejju 2012</DATE>, il-ko-stralċjarji talbu lill‑qorti tar-rinviju, b’mod partikolari, li tiddikjara li ma għandhiex ġurisdizzjoni internazzjonalment, li tappartjeni lill-High Court of Justice (England &amp; Wales), Chancery Division,, li tagħti fil-konfront tagħhom kwalunkwe deċiżjoni li għandha l-konsegwenza li tillimita, direttament jew indirettament, il-parametru tal-proċedura prinċipali u/jew is-setgħat tagħhom, inkluż id-dritt tagħhom li jirċievu l-ammonti attwalment issekwestrati fil-Lockbox, sabiex tiddeċiedi li l‑proċedura sekondarja tal-NNSA għandha kull dritt fuq parti jew id-dħul kollu mit-trasferimenti globali tal-attiv tal-grupp Nortel li fihom ipparteċipat NNSA u li attwalment huwa ssekwestrat fil-Lockbox. Sussidjarjament, il-ko-stralċjarji talbu lill-qorti tar-rinviju tiddikjara li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar il-beni u d-drittijiet li ma kinux jinsabu fi Franza fis-sens tal-Artikolu 2(g) tar-Regolament fil-mument ta’ deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura sekondarja, kif ukoll sabiex tiddeċiedi fuq kull talba li, direttament jew indirettament, timplika li l-qorti tar-rinviju tiddeċiedi dwar id-dejn kollu ta’ NNSA li jista’ jiġi kkwalifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>administration expense<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> fid-dritt Ingliż.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva li l-att promotur fil-kawża prinċipali tqiegħed espressament fil-kamp tad-dritt tal-proċeduri kollettivi u tar‑Regolament u li għalhekk għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tiegħu. Hija tispjega li, sabiex tiddeċiedi dwar it-talbiet imressqa quddiemha, hija għandha qabelxejn tiddeċiedi dwar il-ġurisdizzjoni tagħha sabiex tiddetermina l-parametru tal-effetti tal-proċedura sekondarja u li din id‑deċiżjoni tiddependi fuq l-interpretazzjoni li hija ser tagħmel ta’ diversi artikoli tar-Regolament u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 2(g) tiegħu, li jinkludi regoli uniformi dwar il-lokalizzazzjoni tal-beni tad‑debitur. Hija tqis ukoll li ser ikollha tiddetermina jekk l-effetti ta’ proċedura sekondarja jistgħux jestendu għall-beni tad-debitur li jinsabu barra mill-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li t-tribunal de commerce ta’ Versailles iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal‑Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>Il-qorti tal-Istat tal-ftuħ ta’ proċedimenti sekondarji għandha ġurisdizzjoni, esklużivament jew alternattivament mal-qorti tal-Istat tal‑ftuħ tal-proċedura prinċipali, sabiex tiddeċiedi fuq id‑determinazzjoni tal-beni tad-debitur li jidħlu fil-parametri tal-effetti tal-proċedimenti sekondarji skont l-Artikoli 2(g), 3(2) u 27 tar‑Regolament […] u, fil-każ ta’ ġurisdizzjoni esklużiva jew alternattiva, id-dritt applikabbli huwa dak tal-proċedimenti prinċipali jew dak tal-proċedimenti sekondarji?<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Id-domanda preliminari fiha żewġ partijiet, li jirrigwardaw, l-ewwel nett, it-tqassim tal-ġurisdizzjoni bejn il-qrati tal-proċedura prinċipali u dawk tal‑proċedura sekondarja u t-tieni nett, dwar id-dritt applikabbli għal‑lokalizzazzjoni tal-beni tad-debitur. Dawn iż-żewġ partijiet ser ikunu eżaminati iktar ’il quddiem b’mod separat.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar l-ewwel parti tad-domanda preliminari: il-ġurisdizzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet preliminari: l-applikazzjoni tar-Regolament <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Għalkemm la l-qorti tar-rinviju u lanqas il-partijiet ikkonċernati li ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub ma wrew dubji dwar il-fatt li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-proċedura fil-kawża prinċipali, il-ġurisdizzjoni tiġi ddeterminata abbażi tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament u mhux dawk tar-Regolament (KE) Nru 44/2001<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Regolament tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil‑Malti: Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42). L-osservazzjonijiet tal-ko-stralċjarji biss jindirizzaw din il-kwistjoni, iżda billi jikkonkludu dwar l-inapplikabbiltà tar‑Regolament Nru 44/2001.</P></NOTE>, il-kwistjoni dwar liema miż-żewġ regolamenti japplika f’dan il-każ kienet madankollu s-suġġett tad-dibattitu waqt is-seduta, wara talba magħmula mill-Qorti tal‑Ġustizzja. Din għandha għalhekk tiġi indirizzata fil-qosor qabel ma ssir l-analiżi tad-domanda preliminari.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, ir-Regolament u r-Regolament Nru 44/2001 għandhom jiġu interpretati b’mod li tiġi evitata kull sovrappożizzjoni bejn ir-regoli tad-dritt stabbiliti minn dawn it-testi u kull lakuna legali. B’hekk, l-azzjonijiet esklużi, skont l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament Nru 44/2001, mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan tal‑aħħar, peress li huma jaqgħu taħt <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>falliment, proċedimenti li għandhom x’jaqsmu ma’ għeluq ta’ kumpanija falluti jew ta’ persuni ġuridiċi oħra, arranġamenti ġuridiki, komposizzjoni jew proċedimenti analogi<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament. B’mod simetriku, l‑azzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara s-sentenzi F-Tex (C‑213/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:215">EU:C:2012:215</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 21, 29 u 48) u Nickel &amp; Goeldner Spedition (C‑157/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2145">EU:C:2014:2145</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 22).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li huma biss l‑azzjonijiet li jirriżultaw direttament minn proċedura ta’ insolvenza u li huma marbuta mill-qrib magħha li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001. Konsegwentement, dawn l-azzjonijiet biss jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1346/2000<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara s-sentenzi F-Tex (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:215">EU:C:2012:215</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 23 u 29) u Nickel &amp; Goeldner Spedition (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2145">EU:C:2014:2145</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 23).</P></NOTE> (sentenza F‑Tex, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:215">EU:C:2012:215</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 23 u 29 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). Fis-sentenza Nickel &amp; Goeldner Spedition (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2145">EU:C:2014:2145</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27), il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-kriterju determinanti sabiex jiġi identifikat il-qasam li taqa’ fih azzjoni ma huwiex il-kuntest proċedurali li fih taqa’ din l-azzjoni, iżda l-bażi legali ta’ din tal-aħħar. Skont dan l-approċċ, għandu jiġi vverifikat jekk id-dritt jew l-obbligu li fuqu tkun ibbażata l-azzjoni joriġinax mir-regoli komuni tad-dritt ċivili u kummerċjali jew minn regoli derogatorji, speċifiċi għall-proċeduri ta’ insolvenza.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-KI ta’ NNSA u l-ex impjegati ta’ NNSA jitolbu l-ħlas ta’ debitu li, għalkemm għandu l-oriġini tiegħu fil-protokoll ta’ tmiem ta’ kunflitt, jiddependi, fir-rigward tat-tnissil tiegħu, l-eżegwibbiltà tal-ħlas tiegħu u għall-ammont tiegħu, mill-fondi disponibbli mill-proċedura sekondarja, wara likwidazzjoni tal-attiv ta’ NNSA.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Għalhekk l-azzjoni fil-kawża prinċipali hija intiża, minn naħa, għal dak li jikkonċerna l-fondi diġà miksuba fil-proċedura sekondarja, sabiex issostni, fir-rigward tat-talbiet imressqa mill-korpi tal‑proċedura prinċipali, in-natura privileġġata tal-kreditu skont il-BGĦBN iddifferit bħala kreditu ta’ salarju u, min-naħa l-oħra, f’dak li jikkonċerna l-fondi li għadhom mhux miksuba fil-proċedura sekondarja, li jiġi invokat id-dritt ta’ din il-proċedura fuq il-parti dovuta lil NNSA mid-dħul tat-trasferimenti tal-attivitajiet/attiv tal-grupp Nortel miżmum fil-Lockbox.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>L-ewwel parti tal-azzjoni hija bbażata fuq id-dispożizzjonijiet tad-dritt Franċiż li jirregolaw id-drittijiet tal-kredituri matul il-proċedura ta’ likwidazzjoni ġudizzjarja u, b’mod partikolari, fuq l-Artikolu L 641‑13 tal-Kodiċi tal-Kummerċ, li jistabbilixxi l-ordni tal-ħlas tad-debiti. Il-fatt li, sabiex tiġi ddefinita n-natura tad-debiti mressqa mill-proċedura prinċipali, il-qorti tar-rinviju tista’, jekk ikun il-każ, tirreferi għal ftehim wieħed jew iktar, bħall-RPS 2010, il-ftehim IFSA jew il‑protokoll ta’ koordinazzjoni, ma jikkontestax il-bażi legali tal-azzjoni tal-KI ta’ NNSA u tal-ex impjegati tal-NNSA, inkluż fl-ewwel parti tagħha, li jinsab <HT TYPE="ITALIC">fid-dispożizzjonijiet tad-dritt Franċiż dwar il-proċeduri ta’ stralċ ġudizzjarju</HT>. Barra minn hekk, nosserva li, fil-protokoll ta’ koordinazzjoni, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>administration expenses<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> huwa ddefinit permezz ta’ riferiment għall-Artikolu 99 tal-Anness B1 tal-Insolvency Act 1986, applikabbli għall-proċedura prinċipali, u l-ordni privileġġat tal-krediti li jirriżultaw minn tali spejjeż huwa kkonfermat b’riferiment għad-dritt Ingliż kif ukoll għar-Regolament u għal-linji gwida għall-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam ta’ insolvenza transkonfinali ppubblikati mill-INSOL Europe f’Lulju 2007, li, skont il‑paragrafu 2 ta’ dan il-protokoll, jiffurmaw parti integrali minnu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara l-punt 8 tal-Protokoll ta’ koordinazzjoni.</P></NOTE>. Isegwi li, anki jekk jiġi preżunt li l-qorti tar-rinviju għandha l-obbligu li tiddeċiedi l-kwistjoni mressqa quddiemha fil-kuntest ta’ din l-ewwel parti tal‑azzjoni fil-kawża prinċipali abbażi tal-imsemmi protokoll, hija għandha xorta waħda tapplika <HT TYPE="ITALIC">r-regoli legali speċifiċi għall-proċeduri ta’ insolvenza</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>It-tieni parti tal-azzjoni fil-kawża prinċipali hija bbażata, fir-rigward tagħha, fl-ewwel lok fuq id-dispożizzjonijiet tar-Regolament. Fil-fatt, hekk kif enfasizzat il-qorti tar‑rinviju stess, sabiex jiġi stabbilit jekk il-KI ta’ NNSA u l-ex impjegati tal‑NNSA jistgħux jinvokaw id-dritt tal-proċedura sekondarja fuq il‑parti dovuta lil NNSA mid-dħul tat-trasferimenti tal-attiv tal-grupp Nortel miżmum fil-Lockbox, hija għandha tiddetermina l-parametru tal‑effetti ta’ din il-proċedura, li, skont l-Artikoli 3(2) u 27 tar‑Regolament, huma limitati għall-beni ta’ NNSA li jinsabu fit‑territorju Franċiż. Huwa fuq din it-tieni parti tal-azzjoni li tqum l‑eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni mqajma mill-ko-stralċjarji, ibbażata hija stess fuq id-dispożizzjonijiet tar-Regolament u fuq ir-rwol rispettiv, assenjat fis-sistema tiegħu, fil-proċedura prinċipali u fil‑proċedura sekondarja. Il-fatt li, f’dan il-każ, il-koordinazzjoni bejn dawn iż-żewġ proċeduri ġiet ifformalizzata f’dokument kuntrattwali ffirmat mill-korpi taż-żewġ proċeduri ma jbiddel xejn min-natura u mill-bażi legali tal-azzjoni fil-kawża prinċipali, fit-tieni parti tagħha. It-talbiet li l‑stralċjarju tal-proċedura sekondarja kif ukoll il-KI ta’ NNSA u l-ex impjegati tal-NNSA — li, qabelxejn, ma humiex parti mill-protokoll ta’ koordinazzjoni — iressqu fuq il-parti tal-fondi miżmuma fil-Lockbox u dovuti lill-NNSA <HT TYPE="ITALIC">ma għandhom ebda bażi kuntrattwali</HT>, u lanqas ma għandhom bażi kuntrattwali l-argumenti mressqa mill-korpi tal-proċedura prinċipali għas-sostenn tal-eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li l-protokoll ta’ koordinazzjoni għandu l-għan li jirregola l-aġir tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>partijiet li għandhom interess fil-koordinazzjoni tal-proċedura prinċipali u tal‑proċedura sekondarja<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> (punt 1). L-għanijiet tiegħu huma b’mod partikolari, li jiżgura l-amministrazzjoni metodika, effettiva, effikaċja u diliġenti tal-proċedura, il-massimu tal-valur tal-beni tal‑NNSA skont approċċ dinji, it-tqassim ta’ informazzjoni u t-tnaqqis tal-kawżi u tal-ispejjeż [punt 4(i) sa (iv)] kif ukoll jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li fihom l-NNSA ser tkompli l-attivitajiet tagħha matul il-proċedura sekondarja [punt 4 (v)]. Jekk dan il-protokoll jistabbilixxi, fil-punt 5.3 tiegħu, il-prinċipji li abbażi tagħhom il-ko-stralċjarji ser jinnegozjaw, b’kollaborazzjoni mal-istralċjarju tal-proċedura sekondarja, it-tqassim tal-prezzijiet tat-trasferimenti tal-attiv tal-grupp Nortel bejn id-diversi entitajiet<?PAGE NO="8"?> ikkonċernati, fosthom NNSA<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Skont din id-dispożizzjoni tal-protokoll, il-partijiet jaqblu li jagħtu lil NNSA, id‑dritt għal perċentwali ta’ 9 % tad-dħul mit-trasferiment tad-drittijiet kollha ta’ proprjetà intellettwali tal-grupp.</P></NOTE>, min-naħa l-oħra, <HT TYPE="ITALIC">ebda waħda mid-dispożizzjonijiet tiegħu ma tiddefinixxi l-kriterji ta’ tqassim tal-parti dovuta lill-NNSA bejn il‑proċedura prinċipali u sekondarja</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>F’dan ir-rigward, taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>Irkupru tal-attiv/Tqassim tad-dħul mill-bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, il‑punt 6.1 tal-imsemmi protokoll jippreċiża biss li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>ħlief f’każ ta’ ftehim bil‑miktub kuntrarju, l-attiv ta’ [NNSA] għandu jitwettaq u jiġi rkuprat mill-ko‑stralċjarji, mill-amministratur Franċiż u mil-istralċjarju Franċiż, skont ir-Regolament […]<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>. Issa, anki jekk jiġi preżunt li jista’ jkun hemm deroga għad‑dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar l-effetti rispettivi tal-proċeduri prinċipali u sekondarja, mill-proċess ma jirriżultax li ġie konkluż tali ftehim.</P></NOTE>. Barra minn hekk, il-kwistjoni tat-tqassim tad-dħul mit-trasferimenti tal-attiv ta’ NNSA bejn iż-żewġ proċeduri ta’ insolvenza hija distinta u tqum minn qabel meta mqabbla ma’ dik dwar liema spejjeż tal-proċedura prinċipali huma kkunsidrati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>administration expenses<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> u sa fejn jibbenefikaw minn privileġġ kontra l-kredituri tal-proċedura sekondarja, fosthom l-impjegati ta’ NNSA, abbażi tad-dritt applikabbli u/jew tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali tal‑protokoll ta’ koordinazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li t-tilwima bejn il-korpi tal-proċedura prinċipali u l-istralċjarju tal-proċedura sekondarja, kif ukoll bejn il-KI ta’ NNSA u l-impjegati ta’ NNSA fil-kawża pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju taqa’ taħt il-qasam kopert mir‑Regolament fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mfakkra fil-punt 23 iktar ’il fuq. Tali konklużjoni ma hijiex invalidata miċ-ċirkustanza li r-relazzjonijiet bejn il-partijiet differenti tal-kawża prinċipali huma, taħt ċerti aspetti, irregolati minn ftehimiet magħmula bejniethom (il-protokoll ta’ tmiem ta’ kunflitt u l-protokoll ta’ koordinazzjoni) u li l-portata tad-drittijiet rispettivi li dawn il-partijiet jinvokaw tista’ tvarja bis-saħħa ta’ ftehimiet li jorbtu wħud minnhom ma’ terzi (l-RPS 2010 u l-ftehim IFSA), peress li tali ċirkustanza ma hijiex ta’ natura li tikkontesta l-bażi legali tat-talbiet reċiproċi tagħhom u li, barra minn hekk, dawn il‑ftehimiet kollha jinsabu fil-kuntest tal-insolvenza tal-NNSA<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li r-Regolament stess jistabbilixxi r-rekwiżit li tiġi żgurata koordinazzjoni bejn il-proċedura prinċipali u l-proċedura jew proċeduri sekondarji u li, f’dan il-każ, il-konklużjoni ta’ ftehim għal dan l-għan tqajmet mill-qorti tar-rinviju.</P></NOTE> u tat‑tranżazzjonijiet marbuta mal-istralċ tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Analiżi tal-ewwel parti tad-domanda preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni previsti mir-Regolament u dawk introdotti mill-ġurisprudenza</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Qabelxejn għandu jiġi enfasizzat li r-Regolament jiddetermina biss, espressament, il-ġurisdizzjoni għall-<HT TYPE="ITALIC">ftuħ</HT> tal-proċedura ta’ insolvenza. B’hekk skont l-Artikolu 3(1) tal-imsemmi regolament, din il-ġurisdizzjoni hija attribwita lill-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab iċ‑ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur. Skont il-paragrafu 2 tal‑istess artikolu, il-qrati ta’ Stat Membru ieħor li ma huwiex dak li fih jinsab iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur u li fit-territorju tiegħu dan tal-aħħar għandu stabbiliment għandhom ġurisdizzjoni li jiftħu <HT TYPE="ITALIC">proċedura territorjali</HT> ta’ insolvenza, jiġifieri proċedura limitata għall-beni tad-debitur li jinsabu f’dan l-aħħar territorju.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Regola ta’ ġurisdizzjoni supplimentari kienet introdotta fis-sistema tar-Regolament permezz tas-sentenza Seagon (C‑339/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:83">EU:C:2009:83</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 3(1) tal-imsemmi regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jagħti wkoll lill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun infetħet il-proċedura ta’ insolvenza, ġurisdizzjoni internazzjonali sabiex tiddeċiedi dwar azzjonijiet li joriġinaw direttament minn din il-proċedura u li huma marbuta mill-qrib magħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Punti 21, 28 u d-dispożittiv. L-azzjoni inkwistjoni fis-sentenza Seagon (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:83">EU:C:2009:83</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) kienet azzjoni għal revoka. Ara wkoll is-sentenza F-Tex (C‑213/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:215">EU:C:2012:215</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 27 u 28), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet madankollu, wara li kkunsidrat il-karatteristiċi tal-azzjoni fil-kawża prinċipali, li hija taqa’ taħt ir-Regolament Nru 1346/2000. Il-prinċipju stabbilit fis-sentenza Seagon (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:83">EU:C:2009:83</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) kien reċentement ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja għal dak li jirrigwarda azzjoni sabiex tiġi kkonstatata r-responsabbiltà magħmula kontra d-direttur tal-kumpannija debitriċi u intiża għar-rimbors ta’ ħlasijiet magħmula wara li seħħet l-insolvenza ta’ dik il-kumpannija jew wara l-konstatazzjoni ta’ dejn eċċessiv tagħha (ara s-sentenza H, C‑295/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2410">EU:C:2014:2410</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Bħal fil-każ ta’ diversi persuni kkonċernati li ppreżentaw osservazzjonijiet f’din il-proċedura, li jinkludu lill-Kummissjoni Ewropea, inqis li interpretazzjoni analoga għandha tinżamm f’dak li jikkonċerna l-Artikolu 3(2) tar-Regolament u, għalhekk, li r-regola ta’ ġurisdizzjoni kkonfermata mill-Qorti tal‑Ġustizzja fis-sentenza Seagon (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:83">EU:C:2009:83</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ibbażata fuq il-<HT TYPE="ITALIC">vis attractiva concursus</HT>, tista’ tkun ukoll favur qrati tal-Istat Membru tal‑ftuħ ta’ proċedura sekondarja. Tali konklużjoni jidhirli li hija imposta abbażi tal-istess elementi li fuqhom tibbaża l-Qorti tal‑Ġustizzja sabiex tiddeduċi l-imsemmija regola tas-sistema tar‑Regolament u tal-għanijiet tagħha. Fil-fatt, minn naħa, il-premessa 6 tar-Regolament, li tipprovdi li huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>għandu jkun limitat għal dispożizzjonijiet li jirregolaw ġurisdizzjoni għal ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment u <HT TYPE="ITALIC">ġudizzji li jingħataw direttament fuq bażi ta’ proċedimenti ta’ falliment u li huma marbuta mill-qrib ma’ proċedimenti bħal dawn</HT><QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>, tirreferi mingħajr distinzjoni għal kull proċedura miftuħa skont ir-Regolament, mingħajr ma tiddistingwi bejn il-proċeduri prinċipali, territorjali jew sekondarja. Min-naħa l-oħra, it-tfittxija tal-għan ta’ titjib tal-effettività u tal-effiċjenza tal-proċeduri ta’ insolvenza li għandhom effetti transkonfinali, imsemmija fil‑premessi 2 u 8 tar-Regolament, u dak li jiġi evitat li l-partijiet ma jiġux inċentivati li jittrasferixxu assi jew iressqu proċeduri ġudizzjarji minn Stat Membru għal ieħor sabiex itejbu s-sitwazzjoni legali tagħhom (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>forum shopping<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>), imsemmi fil-premessa 4 tar-Regolament, ikun ukoll imdgħajjef jekk il-qrati tal-Istat tal-ftuħ tal-proċedura sekondarja ma jkollhomx ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu azzjonijiet li jirriżultaw minnha jew li huma marbuta mill-qrib magħha, bħal azzjonijiet rivendikatorji ta’ ammonti jew attiv tal-proċedura sekondarja. Barra minn hekk, interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament analoga għal dik li l‑Qorti tal-Ġustizzja għamlet tal-paragrafu 1 ta’ dak l-artikolu fis‑sentenza Seagon (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:83">EU:C:2009:83</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) hija kkonfermata, bħal ma kkonstatat il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punti 25 u 26 ta’ dik is-sentenza, mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament. Din id‑dispożizzjoni tistabbilixxi obbligu ta’ rikonoxximent tad-<HT TYPE="ITALIC">deċiżjonijiet dwar l-iżvolġiment</HT> u l-għeluq ta’ proċedura ta’ insolvenza mogħtija minn qorti li d-deċiżjoni tagħha tal-ftuħ tal-proċedura hija rrikonoxxuta skont l‑Artikolu 16 tar-Regolament. Issa, dan tal-aħħar jirreferi għal deċiżjonijiet mogħtija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>minn qorti ta’ Stat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni bis-saħħa ta’ l-Artikolu 3<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, jiġifieri kemm qorti li għandha ġurisdizzjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, kif ukoll qorti li għandha ġurisdizzjoni skont il-paragrafu 2 tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Mingħajr dubju huwa minnu, kif jikkonfermaw il-ko-stralċjarji fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, li s-sentenza Seagon (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:83">EU:C:2009:83</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) tistabbilixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>prinċipju ta’ konċentrazzjoni tal‑ġurisdizzjoni fil-qrati tal-Istat Membru li jkun fetaħ il-<HT TYPE="ITALIC">proċedura prinċipali</HT><QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Punt 104 tal-osservazzjonijiet tal-ko-stralċjarji. Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>. Madankollu, fl-istruttura tar-raġunament tal-Qorti tal‑Ġustizzja, dan il-prinċipju għandu japplika biss fir-rigward tal‑azzjonijiet li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>joriġinaw direttament minn <HT TYPE="ITALIC">dawn il-proċedimenti</HT> u li huma marbuta mill-qrib magħhom<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Punti 21, 28 u d-dispożittiv tas-sentenza Seagon (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:83">EU:C:2009:83</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, xejn f’din is-sentenza ma jippermetti li jiġi konkluż li l-imsemmi prinċipju jestendi sabiex jinkludi wkoll l-azzjonijiet li joriġinaw direttament u li huma marbuta mill-qrib ma’ <HT TYPE="ITALIC">proċedura sekondarja</HT>. Hekk kif għadni kif esponejt fil-punt preċedenti, il-motivi li fuqhom hija bbażata din is-sentenza jistgħu jwasslu għall-istess interpretazzjoni tal‑Artikolu 3(2) tar-Regolament bħal dik li l-Qorti tal-Ġustizzja tat għall‑Artikolu 3(1). Dawn il-motivi huma, barra minn hekk, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>newtrali<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> mill-perspettiva tat-tqassim tal-ġurisdizzjoni bejn il-proċedura prinċipali u l-proċedura sekondarja, fl-ebda parti tal-istess sentenza l-Qorti tal-Ġustizzja ma tibbaża l-interpretazzjoni tagħha fuq in-natura universali tal‑proċedura prinċipali, u lanqas fuq in-natura predominanti tagħha meta mqabbla mal-proċedura sekondarja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Iċ-ċirkustanza li, hekk kif jenfasizzaw il-ko-stralċjarji fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, il-Qorti tal-Ġustizzja skartat is-suġġeriment magħmul fil-punti 64 sa 69 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer fil-kawża Seagon (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:575">EU:C:2008:575</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li tirrikonoxxi n-natura <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>relattivament esklużiva<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> tal‑ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru ta’ ftuħ tal-proċedura prinċipali għall‑azzjonijiet għal revoka bbażati fuq l-insolvenza, tħalli għalhekk lill-istralċjarju l‑fakultà li jagħżel il-forum li jidhirlu li huwa l-iktar xieraq għall-ħarsien tal-assi, ma tippermettix, għall-kuntrarju ta’ dak li jidhru li jimplikaw il-ko-stralċjarji, li tinġibed xi konklużjoni dwar ir-rikonoxximent tal‑ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru tal-proċedura sekondarja sabiex jiddeċiedu tali azzjonijiet meta dawn joriġinaw minn din il-proċedura jew jagħmlu parti minnha.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, u sussidjarjament, nenfasizza li kemm ir-rapport <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>External Evaluation of Regulation No. 1346/2000/EC on Insolvency Proceedings<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>rapport Heidelberg-Lussemburgu-Vjenna<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ippublikat fi B. Hess, P. Oberhammenr u T. Pfeiffer, <HT TYPE="ITALIC">European Insolvency Law, The Heidelberg-Luxembourg-Vienna Report on the Application of the Regulation No. 1346/2000/EC on Insolvency Proceedings, Beck-Hart-Nomos</HT>, C. H., München/Oxford, 2014.</P></NOTE> kif ukoll il-proposta ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 1346/2000, ippreżentata mill‑Kummissjoni fit-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>COM(2012) 744 finali.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>proposta ta’ emenda tar-Regolament<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>), jirrakkomandaw il-kodifikazzjoni tal-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">vis attractiva concursus</HT> għall-azzjonijiet anċillari u l‑applikazzjoni tiegħu favur qrati tal-proċedura li fiha jidħlu dawn l‑azzjonijiet, kemm jekk jirrigwardaw proċedura ta’ insolvenza prinċipali, territorjali jew sekondarja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara l-punt 2.5.2 u paġna 220 tar-rapport Heidelberg-Luxembourg-Vienna u l-proposta tal-Kummissjoni li ddaħħal, fir-Regolament Nru 1346/2000, Artikolu 3a ġdid intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>Ġurisdizzjoni minħabba konnessjoni<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, li l-paragrafu 1 tiegħu, jistabbilixxi li: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>[l]-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun infetħet proċedura ta’ insolvenza skont l-Artikolu 3 għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu kull azzjoni li tirriżulta direttament mill-proċedura ta’ insolvenza u li tkun marbuta magħha<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Ir-regola ta’ ġurisdizzjoni applikata fis-sentenza Seagon (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:83">EU:C:2009:83</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) f’kuntest esklużivament intern tal-Unjoni, fis-sentenza Schmid (C‑328/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:6">EU:C:2014:6</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) kienet estiża għat-tilwim li jippreżenta <HT TYPE="ITALIC">rabtiet ma’ Stat terz</HT>. Filwaqt li enfasizzat l-għanijiet tal‑prevedibbiltà tal-ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ falliment li jrid jilħaq l‑Artikolu 3(1) tar-Regolament u wara li skartat l-argumenti mressqa mill-Gvern Ġermaniż — ibbażati b’mod partikolari fuq devjazzjoni mill-kompetenza tal-prinċipju tad-domiċilju tal-konvenut u mir-riskju ta’ nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ sentenza — il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet, f’din is-sentenza, li d-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>toħloq ukoll ġurisdizzjoni biex tingħata deċiżjoni dwar azzjoni revokatorja bbażata fuq il-falliment [insolvenza] u diretta kontra konvenut <HT TYPE="ITALIC">residenti fi Stat terz</HT><QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Punt 33, enfasi miżjuda minni. Ara wkoll is-sentenza H (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2410">EU:C:2014:2410</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għall-kuntrarju ta’ dak li jsostni l-Gvern tar-Renju Unit fl‑osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, jiena tal-opinjoni li l-istess interpretazzjoni, li hija limitata sabiex twessa’ l-portata territorjali tal‑prinċipju <HT TYPE="ITALIC">vis attractiva concursus</HT> kif irrikonoxxut fis-sentenza Seagon (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:83">EU:C:2009:83</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tista’ tapplika wkoll fil-kuntest tal‑Artikolu 3(2) tar-Regolament. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni trid tilħaq l-istess għanijiet ta’ prevedibbiltà tal-ġurisdizzjoni u ta’ ċertezza legali msemmija mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-Artikolu 3(1). Dawn l-għanijiet, kif ukoll dawk tas-simplifikazzjoni u l-effiċjenza tal‑proċeduri u tat-tnaqqis ta’ inċentivi għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>forum shopping<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>, diġà enfasizzati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Seagon (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:83">EU:C:2009:83</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jisħqu fis-sens li l-qrati tal-Istat tal-ftuħ ta’ proċedura sekondarja jiġu rikonoxxuti l-ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu azzjoni revokatorja jew azzjoni oħra bbażata fuq l-insolvenza li toriġina direttament minn din il-proċedura jew li hija marbuta mill-qrib magħha (pereżempju għaliex hija intiża li tintegra mill-ġdid fil-patrimonju tad-debitur beni li kien jinsab, qabel it-trasferiment tiegħu, fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru), <HT TYPE="ITALIC">irrispettivament</HT> minn jekk il-konvenut għandux id-domiċilju tiegħu fi Stat Membru jew fi Stat terz.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>B’mod iktar ġenerali, is-sentenza Schmid (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:6">EU:C:2014:6</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li hija konformi mas-sentenza Owusu (C‑281/02, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:120">EU:C:2005:120</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), mogħtija fil-kuntest tal-Konvenzjoni ta’ Brussell<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Konvenzjoni tas-<DATE ISO="19690927">27 ta’ Settembru 1969</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi ta’ natura ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="1972">ĠU 1972, L 299, p. 32</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, interpretat b’mod wiesa’ l-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku tar-Regolament, billi estendietu lil hinn mill-proċeduri ta’ insolvenza transkonfinali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>Ewropej<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> biss u inkludiet fih kemm dawk ikkaratterizzati minn elementi ta’ estranjetà li jinsabu kemm ġewwa kif ukoll barra mit-territorju tal-Unjoni, kif ukoll għal dawk purament <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>, fejn kull element ta’ estranjetà jinsab barra mill-Unjoni. Is-soluzzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja f’din is-sentenza timplika li, peress li ċ-ċentru ta’ interessi prinċipali<?PAGE NO="11"?> tad-debitur jinsab fi Stat Membru, id-dispożizzjonijiet tar‑Regolament huma intiżi li japplikaw, fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri, għall-proċedura ta’ insolvenza kollha kemm hi, inkluż l-aspetti tagħha li jippreżentaw rabta ma’ Stat terz<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Tali rabta tista’ tirrigwarda d-domiċilju tal-konvenut f’azzjoni anċillari għall-proċedura ta’ insolvenza, bħal fil-kawża li tat lok għas-sentenza Schmid (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:6">EU:C:2014:6</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jew elementi oħra, bħad-domiċilju tal-kredituri jew anki l-post fejn jinsab l-attiv tad-debitur. L-effetti tal-proċeduri miftuħa abbażi tar-Regolament fir‑relazzjonijiet ma’ Stati terzi jiddependu mid-dritt applikabbli fl-Istat terz u mit‑Trattati fis-seħħ bejn dan l-Istat u l-Istat fejn tiżvolġi l-proċedura.</P></NOTE>, filwaqt li skartat id‑dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali privat tal-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Tali konstatazzjoni tippermetti li jitneħħew id-dubji espressi mill‑qorti tar-rinviju dwar l-applikabbiltà tar-Regolament f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, fejn id-dħul mill-bejgħ tal-attiv tad-debitur jinżamm f’kont issekwestrat fl-Istati Uniti u għalhekk barra mit‑territorju tal-Unjoni. Hija tippermetti wkoll li jiġi miċħud l‑argument imressaq mill-KI ta’ NNSA, li skont dan, jekk kellu jiġi konkluż li l-attiv ta’ NNSA għandu jiġi kkunsidrat, abbażi tad-dispożizzjonijiet tar‑Regolament, li jinsab barra mill-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Fil-mument tal-ftuħ tal-proċedura sekondarja, ara <HT TYPE="ITALIC">infra</HT> l-punti 64 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, ikun hemm lok li jiġu applikati r-regoli tad-dritt internazzjonali privat Franċiż, li jipprovdi li l‑proċedura miftuħa fi Franza kontra NNSA jkollha effett universali u konsegwentement testendi għall-imsemmi attiv. Fil-fatt, l-applikazzjoni ta’ tali regoli, li madankollu twassal sabiex jiġu estiżi l-effetti ta’ proċedura sekondarja, min-natura tagħhom territorjali, lil hinn mil-limiti imposti mir‑Regolament, tibqa’ eskluża fid-dawl tas-sentenza Schmid (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:6">EU:C:2014:6</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>L-artikulazzjoni bejn il-proċedura prinċipali u l-proċedura sekondarja fis-sistema tar-Regolament</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>F’dan l-istadju għandu jiġi eżaminat ir-rwol rispettiv tal‑proċedura prinċipali u tal-proċedura sekondarja, kif ukoll l-artikolazzjoni reċiproka tagħhom fis-sistema tar-Regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill-preambolu tiegħu u, b’mod partikolari, mill‑premessa 11 tiegħu, ir-Regolament huwa bbażat fuq il-prinċipji tal-universalità u tal-unità tal-proċedura ta’ insolvenza, li madankollu l‑implementazzjoni tagħhom kienet intenzjonalment imrażżna mil‑leġiżlatur Komunitarju billi awtorizza l-ftuħ ta’ proċeduri nazzjonali b’portata territorjali b’mod parallel mal-proċedura prinċipali li għandha skop universali. Ir-raġunijiet għal din l-għażla jinsabu, minbarra fid-diverġenzi kunsiderevoli li jeżistu bejn id-drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> tal-Istati Membri, li jmorru kontra l-istabbiliment ta’ proċedura ta’ insolvenza unika u l-applikazzjoni mingħajr eċċezzjoni tad-dritt tal-Istat tal-ftuħ ta’ din il-proċedura (ara l-premessa 8 tar-Regolament), fir-rekwiżit li jkunu protetti l-interessi lokali tal-kredituri u tiġi ffaċilitata l-ġestjoni ta’ assi kumplessi (ara l‑premessa 19 tar-Regolament). Minn dan tirriżulta l-previżjoni, fir-Regolament, ta’ żewġ kriterji differenti ta’ ġurisdizzjoni, jiġifieri dak taċ-ċentru tal-interessi prinċipali, li jistabbilixxi l-qrati li għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiftħu l-proċedura prinċipali, u dak tal-istabbiliment, li jippermetti li tinbeda proċedura sekondarja.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>L-għażla tal-leġiżlatur Komunitarju li jippermetti l-ftuħ ta’ proċeduri territorjali tirrendi mingħajr dubju s-sistema iktar flessibbli: jiġifieri l-ftuħ ta’ proċedura waħda jew iktar tista’, pereżempju, tirriżulta partikolarment utli f’każijiet bħal dak fil-kawża prinċipali fejn proċedura tinfetaħ fl-Istat Membru taċ-ċentru tal-interessi prinċipali fir‑rigward ta’ sussidjarji differenti ta’ grupp ta’ kumpanniji, iżda li l-parti essenzjali tal‑attiv, l-impjegati jew kredituri ta’ waħda jew iktar minn dawn is-sussidjarji tinsab fi Stat Membru differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Madankollu, tali għażla tintroduċi wkoll fattur ta’ kumplessità, peress li tippermetti li l-istess debitur ikun sottomess għal diversi proċeduri paralleli. Huwa minnu li, fl-istruttura tar-Regolament, il‑proċeduri sekondarji huma limitati taħt diversi aspetti, kemm mill‑perspettiva proċedurali kif ukoll materjali. Dawn jippreżumu, fil‑prinċipju, il-ftuħ ta’ proċedura prinċipali li fuqha huma jibbażaw<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Il-ftuħ ta’ proċedura territorjali qabel dik ta’ proċedura prinċipali huwa limitat għal dak li huwa assolutament meħtieġ, ara l-premessa 17 u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament.</P></NOTE>,<?PAGE NO="12"?> jistgħu jkunu biss proċeduri ta’ likwidazzjoni (Artikolu 3(3) tar-Regolament) u l-effetti tagħhom huma limitati għall-attiv tad-debitur li jinsab fit-territorju tal-Istat fejn jinfetħu (Artikoli 3(2) u 27 tar-Regolament). Xorta jibqa’ il-fatt li l-eżistenza ta’ proċeduri simultanji tista’ tkun sors ta’ ineffiċjenza fl-assenza ta’ regoli li jippermettu li jiġu amministrati d-diffikultajiet li tali sitwazzjoni tista’ tagħti lok għalihom.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Għal din ir-raġuni, ir-Regolament jipprovdi <HT TYPE="ITALIC">regoli minimi ta’ koordinazzjoni</HT> li għandhom l-għan li jippromwovu żvolġiment armonjuż tal-proċeduri, li jwassal għal ġestjoni u għal twettiq effettiv tal-assi. Dawn ir-regoli jipprovdu, b’mod partikolari, <HT TYPE="ITALIC">dmir reċiproku ta’ informazzjoni u ta’ kooperazzjoni</HT> bejn l‑istralċjarji ta’ proċeduri differenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara l-premessa 20 u l-Artikolu 31(1) u (2) tar-Regolament.</P></NOTE> u jipprovdu mekkaniżmi intiżi sabiex jiżguraw it-trattament ugwali tal-kredituri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara l-Artikolu 20(2) tar-Regolament.</P></NOTE>, kif ukoll sabiex jiddeterminaw x’jiġri mill-attiv li jkun baqa’ fi proċedura sekondarja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara l-Artikolu 35 tar-Regolament.</P></NOTE>. Kooperazzjoni ikbar fid-dawl ta’ ġestjoni iktar effettiva tal‑proċeduri ta’ insolvenza paralleli hija, barra minn hekk, waħda mill‑għanijiet prinċipali tal-proposta ta’ emenda tar-Regolament ippreżentata mill-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ir-regoli l-ġodda għandhom, fost oħrajn, jippermettu li jiġi evitat il-ftuħ ta’ proċeduri sekondarji li ma humiex neċessarji għall-protezzjoni tal-interessi tal‑kredituri lokali, meta, permezz tal-intermedju ta’ ftehimiet kuntrattwali, l-istralċjarju tal‑proċedura prinċipali jiggarantixxi lill-kredituri lokali t-trattament li huma kienu jiksbu kieku nfetħet proċedura sekondarja (ara l-Artikolu 29a(2) il-ġdid, previst mill-punt 34 tal-proposta ta’ emenda tar-Regolament). Hija prevista wkoll it-tneħħija tal-kundizzjoni li timponi li l-proċeduri sekondarji jkollhom skop unikament ta’ stralċ, sabiex isseħħ il-koordinazzjoni tagħhom mal-proċeduri prinċipali intiżi għar-ristrutturar tal-impriża (ara l-punt 22 tal-proposta ta’ emenda tar-Regolament li jemenda l-Artikolu 3(3) tiegħu), u sabiex jiġu estiżi r-rekwiżiti ta’ kooperazzjoni għall-qrati li għandhom ġurisdizzjoni (ara l-Artikolu 31a l-ġdid, previst mill‑punt 36 tal-proposta ta’ emenda tar-Regolament).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Ir-relazzjonijiet bejn il-proċedura prinċipali u l-proċedura sekondarja huma artikolati għalhekk madwar <HT TYPE="ITALIC">obbligu ta’ koordinazzjoni</HT>, li huwa intiż sabiex jiggarantixxi t-twettiq ta’ għanijiet prijoritarji ta’ effikaċja u ta’ effettività anki fil-preżenza ta’ diversi proċeduri. F’dan il-kuntest, rwol <HT TYPE="ITALIC">predominanti</HT> huwa rikonoxxut mir-Regolament lill-proċedura prinċipali, fejn l-istralċjarju jingħata diversi possibbiltajiet sabiex jinfluwenza l‑proċedura jew proċeduri sekondarji li jkunu għaddejjin, pereżempju billi jipproponi pjan ta’ ristrutturar jew kompożizzjoni ta’ kredituri jew billi jitlob is-sospensjoni tal-likwidazzjoni tal-assi fi proċedura sekondarja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara l-premessa 20 u l-Artikoli 31(3), 33 u 34(1) u (2) tar-Regolament. Dawn is‑setgħat huma, barra minn hekk, ulterjorment imsaħħa fil-proposta ta’ emenda tar‑Regolament dwar l-insolvenza ppreżentata mill-Kummissjoni, li tipprovdi l-fakultà għall-istralċjarju tal-proċedura prinċipali li jopponi l-ftuħ stess ta’ proċedura sekondarja (ara l-Artikolu 29°(2) l-ġdid, previst mill-punt 34 tal-proposta ta’ emenda tar-Regolament).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Bla ħsara għall-osservanza ta’ dan ir-rwol u tal-obbligu ta’ koordinazzjoni, ir-Regolament jirrikonoxxi lill-proċedura sekondarja, jekk mhux awtonomija vera, tal-inqas sfera għaliha stess. Hija għandha skop distint minn dak tal-proċedura prinċipali, intiż għall-protezzjoni tal‑interessi speċifiċi u tgawdi minn sistema, taħt aspetti differenti, analoga għal dik li tapplika għall-proċedura prinċipali. B’hekk, bħal fil-każ ta’ deċiżjoni ta’ ftuħ ta’ proċedura skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament, id-deċiżjoni ta’ ftuħ ta’ proċedimenti sekondarji hija rrikonoxxuta awtomatikament fl-Istati Membri kollha, bis-saħħa tal-Artikolu 16 tar‑Regolament, u skont l-Artikolu 17(2) tiegħu, l-effetti tagħha ma jistgħux ikunu kkontestati fl-Istati Membri l-oħra. Bl-istess mod, skont l‑Artikolu 25(1) tar-Regolament, id-deċiżjonijiet mogħtija mill-qorti li tkun fetħet tali proċedura u huma relatati mal-iżvolġiment u l-egħluq tagħha jew li joriġinaw direttament minn din il-proċedura u huma marbutin mill‑qrib magħha, jew, anki, kompożizzjoni ta’ kredituri approvata mill-imsemmija qorti huma wkoll rikonoxxuti mingħajr ebda formalità. Skont l-Artikoli 4 u 28 tar-Regolament u, bħall-proċedura skont l-Artikolu 3(1) tagħha, il‑proċedura sekondarja hija rregolata mil-liġi tal-Istat Membru li fit‑territorju tagħha hija nfetħet. Fl-aħħar nett, abbażi tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament, l-istralċjarji tal-proċedura sekondarja jistgħu jeżerċitaw b’mod awtonomu azzjonijiet intiżi sabiex jintalbu lura beni li jaqgħu taħt din il-proċedura li kienu tqiegħdu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, kif ukoll kull azzjoni revokatorja utli għall-interessi tal‑kredituri.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Barra minn hekk mill-għażla tal-leġiżlatur Komunitarju jirriżulta li jippermetti l-ftuħ ta’ proċeduri paralleli għall-proċedura prinċipali, kif ukoll mir-raġunijiet li huma l-bażi ta’ tali għażla, murija fil-preambolu tar-Regolament, li tali ftuħ <HT TYPE="ITALIC">jillimita l-effetti tal-proċedura prinċipali</HT>. L-istess japplika għas-setgħat tal-istralċjarju ta’ din tal-aħħar, kif jirriżulta barra minn hekk b’mod ċar mill-Artikolu 18(1) tar-Regolament, li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>il-likwidatur maħtur minn qorti li jkollha ġurisdizzjoni bis-saħħa ta’ l-Artikolu 3(1) jista’ jeżerċita l-poteri kollha mgħotija lilu bil-liġi ta’ l-Istat li jiftaħ l-proċedimenti fi Stat Membru ieħor, <HT TYPE="ITALIC">sa kemm l-ebda proċedimenti ta’ falliment oħra ma jkunu infetħu hemm</HT> u l-anqas xi miżuri ta’ preservazzjoni fil-pajjiż ma jkunu ittieħdu hemm, wara talba għal ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment f’dak l-Istat<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddefinixxi l-parametru tal-effetti tal-proċedura sekondarja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl tal-osservazzjonijiet żviluppati fit-titoli (a) u (b) iktar ’il fuq li għandha tingħata risposta għall-ewwel parti tad‑domanda preliminari magħmula mit-tribunal de commerce ta’ Versailles, li hija intiża essenzjalment sabiex tiddetermina jekk l-imsemmi tribunal, bħala qorti li fetħet proċedura sekondarja skont l-Artikolu 3(2) tar‑Regolament dwar l-insolvenza fir-rigward ta’ NNSA, għandhiex ġurisdizzjoni wkoll, abbażi tal-imsemmi regolament, li tiddefinixxi l-parametru tal-effetti ta’ din il-proċedura. Issa, jirriżulta, fl-opinjoni tiegħi, kemm mill-artikolazzjoni bejn il-proċedura prinċipali u l-proċedura sekondarja mwettqa mir-Regolament kif ukoll mill-għanijiet li dan jagħti lil din l-aħħar proċedura u, b’mod iktar ġenerali, mill-għanijiet li dan irid jilħaq, li r-risposta għal din id-domanda għandha tkun affermattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, kif enfasizzajt iktar ’il fuq, minkejja n-natura universali u r-rwol predominanti rikonoxxuti lill-proċedura prinċipali kif ukoll in-natura sussidjarja mogħtija lill-proċedura sekondarja, din tal-aħħar iżżomm, fl-istruttura tar-Regolament, sfera proprja tagħha, neċessarja sabiex jintlaħqu għanijiet li ġew rikonoxxuti lilha u li huma tal-funzjoni ta’ limitu għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ unità tal-proċedura ta’ insolvenza li huwa attribwit lilha fl-istruttura tar-Regolament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza MG Probud Gdynia (C‑444/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:24">EU:C:2010:24</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 24). Ara wkoll ir-rapport Heidelberg-Luxembourg-Vienna, p. 111.</P></NOTE>. Issa, fl‑opinjoni tiegħi, ma jkunx kompatibbli ma’ tali kuntest li jiġi konkluż li l-qorti li għandha ġurisdizzjoni biex tiftaħ tali proċedura ma għandhiex tali ġurisdizzjoni sabiex tiddetermina, abbażi tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament, il-parametru tal-effetti tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jitfakkar li, skont l-Artikoli 3(2) u 27 tar‑Regolament, l-effetti tal-proċedura sekondarja huma limitati għall‑beni tad-debitur li jinsabu fit-territorju tal-Istat Membru fejn tkun infetħet din il-proċedura. Madankollu, hekk kif enfasizzat C. Rogeau fl‑osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, il-qorti tal-Istati Membru adita b’talba għal ftuħ ta’ proċedura sekondarja għandha, sabiex tivverifika l-eżistenza tal-kundizzjonijiet tal-ġurisdizzjoni tagħha stess skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament, li tevalwa jekk l-attiv tad-debitur li jinsab fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru jippermettix li jiġi konkluż li huwa għandu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>stabbiliment<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> fis-sens tal-Artikolu 2(h) tar‑Regolament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>L-Artikolu 2(h) tar-Regolament jiddefinixxi l-kunċett ta’ stabbiliment bħala xi post ta’ operazzjonijiet fejn id-debitur iwettaq l-attività ekonomika tiegħu mhux tranżitorja b’mezzi umani jew oġġetti. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja dan il-kunċett ta’ stabbiliment għandu jkun interpretat fis-sens li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>huwa jeħtieġ il-preżenza ta’ struttura li tinkludi livell minimu ta’ organizzazzjoni u ċerta stabbiltà sabiex tiġi eżerċitata attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>, ara s-sentenza Interedil (C‑396/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:671">EU:C:2011:671</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Minn dan isegwi li din il-qorti għandha, diġà qabel il-ftuħ tal-proċedura sekondarja, tidentifika fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat tal-inqas parti mill-imsemmija attiv, li għalih għandhom jestendu l-effetti tal-imsemmija proċedura.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, dan l-eżerċizzju ta’ identifikazzjoni tal-elementi tal‑patrimonju tad-debitur li jinsabu fit-territorju tal-Istat Membru ta’ ftuħ tal-proċedura sekondarja huwa essenzjali mhux biss sabiex tiġi vverifikata l-eżistenza tal-kundizzjonijiet ta’ ftuħ ta’ din il-proċedura, sabiex jiġu ddefiniti l-effetti, kif ukoll sabiex jiġi ddefinit il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-imsemmi Stat Membru, iżda wkoll sabiex jippermetti l-iżvolġiment stess tal-proċedura sekondarja, li hija intiża li tkun proċedura ta’ stralċi. Minn dan isegwi li, hekk kif fl-opinjoni tiegħi korrettament issostni C. Rogeau, azzjoni, bħal dik fil-kawża prinċipali, intiża sabiex jiġi ddikjarat li ċertu attiv tad-debitur, kif ukoll id-dħul mill-bejgħ tiegħu, jidħlu fil‑parametru tal-effetti tal-proċedura sekondarja li toriġina direttament minn din il-proċedura jew li hija marbuta mill-qrib magħha, fis-sens tal‑ġurisprudenza Seagon (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:83">EU:C:2009:83</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif interpretata fil-punt 32 iktar ’il fuq, taqa’ għalhekk taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti li fetħet l-imsemmija proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, l-għanijiet ta’ effikaċja, ta’ effettività u ta’ rapidità tal‑proċeduri ta’ insolvenza, li ġġustifikaw l-adozzjoni tar-Regolament, ma jistgħux ikunu żgurati b’mod xieraq b’soluzzjoni li timponi fuq il-qorti tal-Istat ta’ ftuħ ta’ proċedura sekondarja, adita b’azzjoni intiża sabiex tiddetermina l-parametru tal-effetti ta’ din il-proċedura, li tiddikjara li ma għandhiex ġurisdizzjoni favur il-qorti tal-Istat ta’ ftuħ tal-proċedura prinċipali u li tissospendi l-proċedura sakemm tingħata deċiżjoni minn din il-qorti.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Il-punti mqajma iktar ’il fuq fuq jisħqu, fl-opinjoni tiegħi, fis-sens tar-rikonoxximent lill-qrati tal-Istat Membru ta’ ftuħ tal-proċedura sekondarja tal-ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi azzjoni intiża sabiex tiddefinixxi l-parametru tal-effetti ta’ din il-proċedura. Min-naħa l-oħra, l-argumenti kuntrarji mressqa mill-ko-stralċjarji u mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, li jiffavorixxu ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru ta’ ftuħ tal-proċedura prinċipali, ma jikkonvinċunix. Dawn l-argumenti huma bbażati essenzjalment fuq is-supremazija tal-proċedura prinċipali u fuq il-portata universali tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Issa, huwa ċertament minnu li, hekk kif fakkart fil-punt 43 iktar ’il fuq, ir-Regolament irrikonoxxa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>rwol predominanti<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> għal din il-proċedura. Madankollu, tali supremazija, li hija intiża essenzjalment sabiex tiżgura l-aħjar koordinazzjoni tal-proċeduri prinċipali u sekondarja permezz ta’ ġerarkija bejniethom, ma għandhiex il-konsegwenza li lill-korpi ġudizzjarji tal‑proċedura sekondarja jiġu mċaħħda mill-prerogattivi tagħhom, b’mod partikolari meta dan jirrigwarda mhux l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw l‑iżvolġiment ta’ operazzjonijiet ta’ likwidazzjoni u twaqqif ta’ azzjoni minħabba ħlas tad-dejn kollu lill-kredituri jew il-kundizzjonijiet tal-għeluq ta’ din il-proċedura, iżda d‑delimitazzjoni tal-effetti tagħha. Bl-istess mod, jiena ma naħsibx li l‑universalità rikonoxxuta lill-proċedura prinċipali tista’ tikkostitwixxi argument deċiżiv sabiex il-qrati ta’ din il-proċedura jingħataw il-ġurisdizzjoni esklużiva sabiex jiddeterminaw il-portata tal-effetti ta’ proċedura differenti, għalkemm territorjali u suġġettiva, li l-ftuħ tagħha għandu preċiżament il-konsegwenza li jieħu parti mill-attiv tad-debitur skont il‑proċedura prinċipali u skont il-liġi applikabbli għaliha.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Biex nikkonkludi, għandu jiġi enfasizzat, minn naħa waħda, li r‑Regolament jipprovdi espressament mhux biss il-kriterju ta’ tqassim tal-attiv tad-debitur bejn il-proċedura prinċipali u l-proċedura sekondarja, jiġifieri l‑lokalizzazzjoni tagħhom, iżda wkoll, kif se jidher iktar fid-dettall iktar ’il quddiem, id-dispożizzjonijiet materjali intiżi sabiex jiggwidaw il‑qrati li għandhom ġurisdizzjoni fl-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju. Min-naħa l-oħra, kif ikkonfermat il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Bank Handlowy u Adamiak (C‑116/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:739">EU:C:2012:739</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hija l-qorti li għandha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament, li għandha għal kull deċiżjoni li hija tadotta — u għalhekk anki meta tiddeċiedi dwar il-portata tal-effetti tal-proċedura sekondarja — obbligu ta’ kooperazzjoni leali, li jimplika li jittieħdu inkunsiderazzjoni kemm l‑għanijiet tal-proċedura prinċipali kif ukoll l-istruttura tar-Regolament, li hija bbażata fuq il-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka, l-obbligu ta’ koordinazzjoni tal-proċedura prinċipali u sekondarja, l-għan ta’ funzjonament effikaċi u effettiv tal-proċeduri ta’<?PAGE NO="15"?> insolvenza transkonfinali kif ukoll is-supremazija tal-proċedura prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Punt 62. Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża Bank Handlowy u Adamiak (C‑116/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:308">EU:C:2012:308</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 66).</P></NOTE>. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-riskju li din il-qorti tkun tista’ tadotta deċiżjoni għad‑dannu tal-interessi tal-proċedura prinċipali huma mnaqqas.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Abbażi tar-raġunijiet esposti iktar ’il fuq, jien tal-opinjoni li qorti li għandha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament sabiex tiftaħ proċedura sekondarja għandha ġurisdizzjoni wkoll sabiex tiddetermina l-beni tad-debitur li jidħlu fil-parametru tal-effetti ta’ din il-proċedura.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>Ġurisdizzjoni esklużiva jew kompetittiva?</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju titlob ukoll lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk, fl-ipoteżi fejn hija kellha tirrikonoxxi l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat ta’ ftuħ tal-proċedura sekondarja, din il-ġurisdizzjoni hijiex esklużiva jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>alternattiva<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> għal dik tal-qrati tal-Istat Membru ta’ ftuħ tal-proċedura prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, infakkar li mid-dispożizzjonijiet tar‑Regolament jirriżulta li l-ftuħ, fl-Istat Membru fejn id-debitur għandu stabbiliment, ta’ proċedura sekondarja għandu l-effett li jissuġġetta l-attiv tad-debitur li jinsab fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru għal sistema legali differenti minn dik li tapplika għall‑proċedura prinċipali. Minkejja li l-proċedura sekondarja hija suġġetta għall-proċedura prinċipali, ir-regoli obbligatorji ta’ koordinazzjoni bejn iż-żewġ proċeduri u l-obbligi ta’ kooperazzjoni li għandhom il-korpi tagħhom, l-imsemmi attivi huwa, fil-fatt, ħieles mill-influwenza tal-proċedura prinċipali u l-liġi applikabbli għaliha.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-deċiżjoni adottata mill-qorti tal-Istat Membru ta’ ftuħ tal-proċedura sekondarja li tiddeċiedi dwar il-beni li jidħlu fil-parametru tal-effetti ta’ din il-proċedura tiddeċiedi indirettament iżda inevitabbilment fuq il-parametru tal-effetti tal‑proċedura prinċipali. Issa, għal raġunijiet analogi għal dawk esposti iktar ’il fuq, għandu jiġi rrikonoxxut li l-qorti tal-Istat Membru ta’ ftuħ tal-proċedura prinċipali għandha ġurisdizzjoni wkoll sabiex tiddetermina l-parametru tal-effetti ta’ din il-proċedura, bħal fil-każ ta’ dik tal-Istat Membru ta’ ftuħ tal-proċedura sekondarja.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li eventwali tilwim li jirrigwarda l-appartenenza ta’ parti mill-patrimonju tad-debitur għal proċedura waħda jew l-oħra jista’ jitressaq alternattivament quddiem qorti waħda jew l‑oħra. Il-ġurisdizzjoni ta’ dawn sabiex jiddeċiedu tali tilwim hija għalhekk kompetittiva.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Il-ko-stralċjarji jikkritikaw tali soluzzjoni, billi jsostnu li, hekk kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Regolament jipprekludi l-multiplikazzjoni ta’ ġurisdizzjonijiet kompetituri. Huma jibbażaw ruħhom b’mod partikolari fuq is-sentenza Davide e. C. (C‑191/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:838">EU:C:2011:838</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Fil-punt 28 ta’ din is-sentenza, li fuqha jibbażaw ruħhom il-ko-stralċjarji, il-Qorti tal-Ġustizzja wisset kontra soluzzjoni li toħloq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>riskju ta’ kunflitti pożittivi ta’ ġurisdizzjoni bejn qrati ta’ Stati Membri differenti, kunflitti li r-Regolament ried speċifikament jevita sabiex jiżgura ugwaljanza fit-trattament tal-proċeduri ta’ insolvenza fi ħdan l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>.</P></NOTE>. F’dan ir-rigward, nenfasizza biss li, f’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li, li jiġi aċċettat li l-estensjoni ta’ proċedura prinċipali ta’ insolvenza għal entità ġuridikament distinta minn dik li fir-rigward tagħha din il-proċedura tkun infetħet, abbażi biss ta’ konfużjoni ta’ patrimonji u mingħajr ma jitfittex fejn jinsab iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tal-imsemmija entità, kien jawtorizza l-evitar tas-sistema stabbilita mir-Regolament, u jppermetti li qorti li ma għandhiex ġurisdizzjoni tiftaħ proċedura prinċipali skont l-Artikolu 3(1) tar‑Regolament tadotta deċiżjoni li tipproduċi fir-rigward ta’ entità ġuridika l-istess effetti bħad-deċiżjoni ta’ ftuħ ta’ tali proċedura. Issa, f’dan il-każ ma hijiex kwistjoni li jinħoloq it-tielet kriterju ta’ ġurisdizzjoni meta mqabbel ma’ dawk previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament, iżda unikament li jiġi aċċettat li l-qrati magħżula abbażi ta’ dawn il-kriterji għandhom ġurisdizzjoni kompetittiva sabiex jiddeċiedu ċerti azzjonijiet.</TXT></NP><?PAGE NO="16"?><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Fil-preżenza ta’ qrati kompetituri, jeżisti riskju ta’ deċiżjonijiet irrikonċiljabbli. Tali riskju jista’, kif tipproponi l‑Kummissjoni, jiġi solvut bl-applikazzjoni ta’ regola analoga għal dik prevista fl-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 44/2001, li f’każ ta’ <HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT>, tagħti ġurisdizzjoni lill-qorti li quddiemha titressaq l-ewwel talba. Madankollu, fl-opinjoni tiegħi, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex tintegra tali regola fis-sistema tar-Regolament permezz tal-iżvilupp ġudizzjarju tad-dritt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Jekk huwa minnu li, fis-sentenza Staubitz-Schreiber (C‑1/04, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:39">EU:C:2006:39</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet, peress li r-Regolament ma jsemmi xejn, li, f’każ ta’ trasferiment taċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur fi Stat Membru ieħor wara l-preżentata tat-talba ta’ ftuħ ta’ din il-proċedura, il-ġurisdizzjoni għal ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza tinżamm fi ħdan dik li quddiemha titressaq l‑ewwel talba, iċ-ċirkustanzi tal-kawża kienu differenti ħafna, tant li l-Qorti tal‑Ġustizzja kellha tiddeċiedi dwar il-leġittimità ta’ eventwali trasferiment ta’ ġurisdizzjoni eventwali u mhux issolvi kunflitt pożittiv ta’ ġurisdizzjoni.</P></NOTE>. Din l-operazzjoni li mingħajr dubju hija mixtieqa jekk tintuża s-soluzzjoni li nissuġġerixxi jiena, hija fil-fatt, f’idejn il-leġiżlatur tal-Unjoni biss. Konsegwentement, fl-istat attwali, huwa biss il-mekkaniżmu ta’ rikonoxximent kważi awtomatiku previst fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament li jippermetti, f’każ ta’ ġurisdizzjoni kompetittiva, li jiġi evitat ir-riskju ta’ deċiżjonijiet irrikonċiljabbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>Konklużjonijiet dwar l-ewwel parti tad-domanda preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, jiena nqis li r‑risposta lit-tribunal de commerce ta’ Versailles għandha tkun li l-qorti li għandha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament li tiftaħ proċedura sekondarja għandha ġurisdizzjoni wkoll sabiex tiddetermina l-beni tad-debitur li jidħlu fil-parametru tal-effetti ta’ din il-proċedura. Azzjoni intiża sabiex tiddetermina jekk element wieħed jew iktar tal‑patrimonju tad-debitur jaqgħux taħt il-proċedura prinċipali jew taħt il-proċedura sekondarja tista’ titressaq alternattivament quddiem il-qorti tal-Istat Membru ta’ ftuħ tal-proċedura prinċipali jew quddiem dik tal-Istat Membru ta’ ftuħ tal-proċedura sekondarja.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar it-tieni parti tad-domanda preliminari: il-liġi applikabbli</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tad-domanda preliminari tiegħu, it-tribunal de commerce ta’ Versailles jistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja, fl‑ipoteżi fejn il-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru ta’ ftuħ tal-proċedura sekondarja sabiex tiddetermina l-parametru tal-effetti ta’ din il‑proċedura tiġi applikata, liema hija l-liġi applikabbli għal tali determinazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament, il-liġi applikabbli għall‑proċedura ta’ insolvenza u għal dawn l-effetti tagħha hija dik tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinfetaħ il-proċedura u tiddependi, għalhekk, mid-determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni internazzjonalment sabiex tiftaħ l-imsemmija proċedura skont l-Artikolu 3 tar-Regolament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Eurofood IFSC (C‑341/04, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:281">EU:C:2006:281</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33), MG Probud Gdynia (C‑444/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:24">EU:C:2010:24</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 25) e Rastelli Davide e C. (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:838">EU:C:2011:838</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 16).</P></NOTE>. Din is-soluzzjoni hija espressament ikkonfermata mill-Artikolu 28 tar-Regolament, li jipprovdi, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>[ħ]lief fejn hemm dispożizzjoni mod ieħor […], il-liġi applikabbli għal proċediment sekondarji għandha tkun dik ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinfetħu l-proċedimenti sekondarji<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-Regolament jipprovdi ċertu numru ta’ regoli materjali uniformi intiżi sabiex japplikaw b’deroga tal-liġi nazzjonali indikata bħala applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>B’hekk, għal dak li huwa ta’ interess f’dan il-każ, għandu jitfakkar, qabelxejn, li r-Regolament jistabbilixxi, fl-Artikoli 3(2) u 27 tiegħu kriterju speċifiku tat-tqassim tal-attiv tad-debitur bejn il-proċedura prinċipali u l-proċedura sekondarja bbażat fuq il-lokalizzazzjoni ta’ dan l-attiv, li ma tistax issir deroga tiegħu la permezz tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, u lanqas permezz ta’ ftehim tal-korpi taż-żewġ proċeduri. B’applikazzjoni ta’ dan il-kriterju, il-beni tad-debitur li jinsabu fit‑territorju tal-Istat Membru ta’ ftuħ tal-proċedura sekondarja jaqgħu taħt din il-proċedura u, konsegwentement, <HT TYPE="ITALIC">id-dħul mill-bejgħ ta’ dawn il-beni għandu wkoll jaqa’ taħt l-imsemmija proċedura</HT>. Min-naħa l‑oħra, dejjem bl-applikazzjoni ta’ dan l-istess kriterju, il-beni tad-debitur li jinsabu fi Stat<?PAGE NO="17"?> terz <HT TYPE="ITALIC">ma jistgħux fi kwalunkwe każ jaqgħu taħt proċedura sekondarja</HT>, għas-sempliċi fatt li ma jinsabux fit-territorju tal-Istat Membru li fih infetħet tali proċedura. Għalhekk dan l-attiv jaqa’ neċessarjament taħt il-proċedura prinċipali, li, fir-rigward tagħha, għandha portata universali. Kif diġà kelli l-opportunità nenfasizza fil-punt 37 iktar ’il fuq, kull interpretazzjoni bbażata fuq id-dritt nazzjonali li testendi l-effetti ta’ proċedura sekondarja għal beni tad-debitur li jinsabu fi Stat terz ma hijiex kompatibbli mar-Regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Sussegwentement, huwa possibbli li tiġi dedotta minn dispożizzjonijiet tar-Regolament regola, li dwarha jaqblu l‑persuni kkonċernati kollha li ppreżentaw osservazzjonijiet f’din il-kawża, li d-data li għaliha għandu jsir riferiment sabiex jiġi evalwat jekk beni jinsabx jew le fit-territorju tal‑Istat Membru ta’ ftuħ tal-proċedura sekondarja hija dik li fiha d‑deċiżjoni ta’ ftuħ ta’ din il-proċedura ssir effettiva. Tali konklużjoni tirriżulta b’mod partikolari mill-qari konġunt tal-Artikolu 2(f)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>L-Artikolu 2(f) tar-Regolament jippreċiża li, għall-finijiet tar-Regolament, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>iż‑żmien tal-ftuħ ta’ proċedimenti<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> għandu jfisser iż-żmien meta l-ġudizzju li jiftaħ il‑proċedimenti jsir effettiv, sew jekk ikun ġudizzju finali u anki jekk ma jkunx.</P></NOTE> u tal‑Artikolu 18(2) tar-Regolament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>[i]l-likwidatur [stralċjarju] maħtur minn qorti li jkollu ġurisdizzjoni bis-saħħa ta’ l-Artikolu 3(2) jista’ fi Stat Membru ieħor jitlob permezz tal-qrati jew barra mill-qorti li propjetà immobbli tkun tneħħiet mit‑territorju ta’ l-Istat tal-bidu ta’ proċedimenti lejn it-territorju ta’ dak l-Istat Membru ieħor wara l-bidu tal-proċedimenti ta’ falliment<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>.</P></NOTE>. B’hekk, kull moviment ta’ attiv tad‑debitur barra mit-territorju tal-Istat Membru ta’ ftuħ tal-proċedura sekondarja wara l-imsemmija data, ukoll meta dan il-moviment jikkonċerna mhux il-beni nnifsu iżda d-dħul mil‑likwidazzjoni tiegħu u inkluż meta dan ikun ġie awtorizzat mill-qorti ta’ din il-proċedura fil-kuntest ta’ ftehim ta’ koordinazzjoni mal‑proċedura prinċipali, ma jistax ikollu bħala konsegwenza li jneħħi dan il-attiv, jew id-dħul mill-bejgħ tiegħu, mill-proċedura sekondarja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Nirrileva li skont il-proposta ta’ emenda tar-Regolament, l-istralċjarju tal-proċedura ma jista’ jagħmel l-ebda moviment tal-attiv li jinsab fi Stat Membru fejn hemm stabbiliment tad-debitur, anki qabel il-ftuħ ta’ proċedura sekondarja, sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-interessi lokali (ara l-punt 12 ta’ din il-proposta li jintroduċi l-premessa 19b fir-Regolament).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, kif antiċipajt fil-punt 53 iktar ’il fuq, ir-Regolament jinkludi ċerti dispożizzjonijiet materjali intiżi sabiex jiggwidaw lill-qrati li għandhom ġurisdizzjoni fl-applikazzjoni tal-kriterju ta’ tqassim tal-attiv tad-debitur bejn il-proċedura prinċipali u l-proċedura sekondarja. Fil-fatt, l‑Artikolu 2(g) tar-Regolament jiddefinixxi dak li għandu jinftiehem għall-finijiet ta’ dan tal‑aħħar permezz ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>l-Istat Membru li fih ikunu jinstabu l-assi<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/> u dan għal tliet kategoriji ta’ beni differenti, jiġifieri l-proprjetà tanġibbli, il-proprjetà u drittijiet ta’ proprjetà jew intitolar li dwaru jrid ikun miktub f’reġistru pubbliku u t-talbiet. Għalkemm tista’ tirriżulta insuffiċjenti sabiex tkopri kull tipoloġija ta’ attiv, b’mod partikolari minħabba l-kumplessità ta’ ċerti patrimonji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Il-proposta ta’ emenda tar-Regolament li tintroduċi, fl-Artikolu 2(g) [li sar l-Artikolu 2(f)], regoli ulterjuri ta’ lokalizzazzjoni tal-beni, li jinkludu l-azzjonijiet irreġistrati ta’ impriżi, l-istrumenti finanzjarji li l-proprjetà tagħhom hija pprovata minn reġistrazzjoni f’reġistru u l-flus kontanti miżmuma f’kont bankarju (ara l-punt 21 tal-proposta).</P></NOTE>, din id-dispożizzjoni turi madankollu r-rieda tal-leġiżlatur Komunitarju li jissuġġetta d-determinazzjoni tas-sitwazzjoni tal-beni tad-debitur għal leġiżlazzjoni uniformi. Din l-għażla, kif ukoll in-natura inkompleta tal-lista pprovduta minn dan l-Artikolu 2(g) titlob, mingħajr dubju, sforz interpretattiv importanti min-naħa tal-qorti nazzjonali, li għandha tidentifika abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, regola applikabbli f’kull każ konkret.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, f’dan il-każ, huwa t‑tribunal de commerce ta’ Versailles li għandu, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0069" ID="QS0069"/>jillokalizza<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>, <HT TYPE="ITALIC">fid-data ta’ ftuħ tal‑proċedura sekondarja</HT> u <HT TYPE="ITALIC">abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(g) tar-Regolament</HT>, l-attiv kollu tanġibbli u mhux tanġibbli ta’ NNSA li kien is-suġġett ta’ trasferiment, inkluż id-dritt ta’ proprjetà ekonomika (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0070" ID="QS0070"/>equitable or beneficial ownership<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/>) li hija<?PAGE NO="18"?> żżomm fuq il-proprjetà intellettwali tal-grupp Nortel skont l-MRDA kif ukoll id-drittijiet ta’ liċenzja esklużiva, bla ħlas u perpetwa, li hija għandha titolu għalihom abbażi tal‑istess ftehim<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Skont il-verżjoni ta’ dan il-ftehim ippreżentata mill-ko-stralċjarji, kull kumpannija tal-grupp Nortel li kienet parti fih kienet ħadet l-impenn li tiżviluppa, bħal fil-passat, l-attività tagħha ta’ R&amp;D u li tagħmel disponibbli r-riżultati għall-partijiet l-oħra fil-ftehim. Inkambju hija rċeviet ammont proporzjonali għall-kontribuzzjoni tagħha fl-attività ta’ R&amp;D tal-grupp, imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0071" ID="QS0071"/>R&amp;D allocation<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/>, skont skema annessa mal-ftehim. Dan l‑ammont kien ikkunsidrat bħala l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0072" ID="QS0072"/>miżura ta’ benefiċċju<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/> li għaliha kull parti kienet intitolata. Il-ftehim kien jipprevedi wkoll li, ħlief fl-eċċezzjoni espressament prevista (pereżempju, id-drittijiet ta’ trade mark), l-NNL kienet il-proprjetarja legali tad-drittijiet kollha ta’ proprjetà intellettwali attwali u futuri tal-grupp, u inkambju, NNL impenjat ruħha li tagħti liċenzja esklużiva u mingħajr ħlas lil kull kumpannija li tagħmel parti mill‑ftehim dwar l-użu tal-proprjetà intellettwali kollha tal-grupp.</P></NOTE>. F’dan ir-rigward, jidhirli li qabelxejn, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tistabbilixxi jekk, fid-dawl tal-imsemmi ftehim, dawn id-drittijiet jistgħux jinqasmu u jiġi kkunsidrati bħala attiv separat.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Għalhekk, hija din il-qorti li għandha tistabbilixxi jekk, skont id-dritt Kanadiż, li għalih huwa suġġett l-MRDA, id‑dritt ta’ NNSA għall-ħlas tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0073" ID="QS0073"/>R &amp; D allocation<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/> għandux jiġi kkwalifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0074" ID="QS0074"/>dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> ta’ tgawdija<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/>, kif isostni l-KI ta’ NNSA, jew bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0075" ID="QS0075"/>dritt ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/> li jirriżulta mill-kontribuzzjoni tagħha fl-attività ta’ R &amp; D tal‑grupp Nortel. F’dan l-aħħar każ, il-kriterju taċ-ċentru tal-interessi prinċipali tat-terzi kreditur stabbilit fit-tielet inċiż tal-Artikolu 2(g) tar‑Regolament jista’ japplika. F’dan ir-rigward, infakkar, inċidentalment, li l-fatt li <HT TYPE="ITALIC">l-parti mill-prezz</HT> dovuta lil NNSA wara t-trasferiment tal‑attiv tagħha tista’ tkun ikkwalifikata bħala kreditu ta’ prezz fir‑rigward tas-sekwestru — sa fejn hija dik li tinsab barra mit-territorju tal‑Unjoni — ma huwiex rilevanti jekk kellu jiġi konkluż li l-attiv inkwistjoni kien lokalizzat fit-territorju Franċiż fid-data meta d-deċiżjoni ta’ ftuħ tal‑proċedura sekondarja saret effettiva. Fil-fatt, kif diġà osservajt fil‑punt 66 iktar ’il fuq, il-modalitajiet ta’ trasferiment ta’ attiv ma jistgħux ikollhom bħala konsegwenza li jassenjaw dan l-attiv taħt il-proċedura prinċipali meta dan kien inizjalment assenjat taħt il-proċedura sekondarja u viċi versa.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Jekk, kif naħseb jien, id-dritt ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0076" ID="QS0076"/>beneficial ownership<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/> li jirriżulta mis-sistema maħluqa mill-MRDA ma jistax jitnaqqas sabiex jiġi sempliċi dritt ta’ kreditu, għandu jiġi vverifikat jekk jistax jitqiegħed taħt waħda miż-żewġ kategoriji previsti fl-ewwel u fit-tieni inċiżi tal-Artikolu 2(g) tar-Regolament. F’dan ir-rigward, l-argument tal-ko-stralċjarji li dan id-dritt huwa kopert minn dan it-tieni inċiż, għaliex jirrigwarda drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li huma s-suġġett ta’ reġistrazzjoni ma jikkonvinċinix. Fil-fatt, la l‑<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0077" ID="QS0077"/>beneficial ownership<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/> li jagħti dritt, fil-kuntest tal-MRDA, għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0078" ID="QS0078"/>R &amp; D allocation<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/>, u lanqas, barra minn hekk, id-drittijiet ta’ użu tal-proprjetà intellettwali u industrijali tal-grupp Nortel li jirriżultaw mil-liċenzji esklużivi mogħtija minn NNL fil-kuntest ta’ dan l-istess ftehim ma jistgħu jiġu kkwalifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0079" ID="QS0079"/>drittijiet […] li […] intitolar li dwaru jrid ikun miktub f’reġistru pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/>, fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(g) tar‑Regolament. Il-fatt biss li l-imsemmija drittijiet huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0080" ID="QS0080"/>marbuta<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/> ma’ drittijiet ta’ proprjetà industrijali jew intellettwali, li kienu suġġetti għal reġistrazzjoni (minn NNL u barra mit-territorju tal-Unjoni) ma jbiddilx din il-konklużjoni. Min-naħa l-oħra, fl-opinjoni tiegħi, ma jistax jiġi sostnut, kif jidher li jissuġġerixxi l-KI ta’ NNSA, li d-drittijiet inkwistjoni jaqgħu taħt l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(g) tar-Regolament sa fejn huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0081" ID="QS0081"/>immaterjalizzati<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/> f’liċenzji, peress li dawn tal-aħħar ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala beni tanġibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Għalhekk mill-Artikolu 2(g) tar-Regolament għandha tiġi misluta regola li tieħu kunsiderazzjoni tal-partikolarità tal-attiv inkwistjoni. Issa, jidhirli li tista’ tiġi dedotta mill-ewwel żewġ inċiżi ta’ din id-dispożizzjoni indikazzjoni ta’ natura ġenerali, jiġifieri li l-elementi differenti tal-patrimonju tad-debitur għandhom, fil-prinċipju, jaqgħu taħt il-proċedura ta’ insolvenza li huma l-eqreb tagħha b’mod naturali. Dan japplika għalhekk f’dak li jikkonċerna beni tanġibbli, li jaqgħu taħt il-proċedura miftuħa fit‑territorju tal-Istat Membru fejn jinsabu u għall-beni u d-drittijiet li għandhom jiġu rreġistrati, li jaqgħu taħt il-proċedura ta’ insolvenza miftuħa fl-Istat Membru li taħt l-awtorità tiegħu jinżamm ir-reġistru. L-istess regola tinsab applikata <HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT>, fl-Artikolu 12 tar-Regolament, li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0082" ID="QS0082"/>patenti [privattiva] tal-Komunità, trade mark tal-Komunità jew xi dritt ieħor simili stabbilit b’liġi tal-Komunità jista jkun inkluż biss fil‑proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(1)<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/>, peress li ma jistgħux jiġu marbuta mat-territorju ta’ Stat Membru wieħed, filwaqt li l-effetti tagħhom jinfirxu fil-livell tat-territorju tal-Unjoni kollu. Taħt din l-istess loġika taqa’ wkoll il-proposta ta’ emenda<?PAGE NO="19"?> tal-Artikolu 2(g) tar-Regolament imressqa mill-Kummissjoni, peress li l-inċiżi l-ġodda (li jikkonċernaw l-azzjonijiet irreġistrati ta’ impriżi, l-istrumenti finanzjarji li l-proprjetà tagħhom hija pprovata minn reġistrazzjoni f’reġistru u l-flus kontanti miżmuma f’kont bankarju) jistabbilixxu b’mod parallel kriterji li jagħtu privileġġ lir-rabta tal-beni mat-territorju tal-Istat Membru li miegħu dan għandu l-eqreb rabtiet.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Issa, sabiex niġu lura għal dan il-każ tal-kawża prinċipali, jiena tal-opinjoni li, fl-applikazzjoni tar-regola msemmija iktar ’il fuq, id-drittijiet li jirriżultaw mill‑parteċipazzjoni tad-debitur fl-attività ta’ R &amp; D ta’ grupp ta’ kumpanniji u/jew li għandhom bħala għan l-użu, fuq il-bażi ta’ sistema ta’ liċenzji esklużivi u mingħajr ħlas, tar-riżultati tagħha, minkejja li ma humiex previsti mit-tieni u t-tielet inċiż tal-Artikolu 2(g) tar-Regolament, għandhom ikunu lokalizzati fit-territorju tal-Istat Membru fejn jinsab iċ-ċentru ta’ attività tad-debitur li kkontribwixxa għall-imsemmija attività ta’ R &amp; D u li uża r-riżultati tagħha sabiex jinfirex.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jiena nqis li r-risposta għat-tieni parti tad-domanda preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju għandha tkun li, sabiex jiġi ddeterminat jekk beni tad-debitur jidħolx fil-parametru tal-effetti tal-proċedura sekondarja, il-qorti adita għandha tistabbilixxi jekk dan il-beni kienx jinsab fit-territorju tal-Istat Membru ta’ ftuħ tal-imsemmija proċedura fid-data li fiha d-deċiżjoni ta’ ftuħ saret effettiva u li s-sitwazzjoni tal-imsemmi beni għandha tiġi evalwata abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(g) tar-Regolament.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, jiena nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej lit-tribunal de commerce ta’ Versailles:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0083" ID="QS0083"/>Il-qorti li għandha ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-<DATE ISO="20000529">29 ta’ Mejju 2000</DATE>, dwar proċedimenti ta’ falliment, li tiftaħ proċedura sekondarja għandha ġurisdizzjoni wkoll sabiex tiddetermina l-beni tad-debitur li jidħlu fil-parametru tal-effetti ta’ din il-proċedura.</P><P>Azzjoni intiża sabiex tiddetermina jekk element wieħed jew iktar tal‑patrimonju tad-debitur jaqgħux taħt il-proċedura prinċipali jew taħt il-proċedura sekondarja tista’ titressaq alternattivament quddiem il-qorti tal-Istat Membru ta’ ftuħ tal-proċedura prinċipali jew quddiem dik tal-Istat Membru ta’ ftuħ tal-proċedura sekondarja.</P><P>Sabiex jiġi ddeterminat jekk beni tad-debitur jidħolx fil-parametru tal-effetti tal-proċedura sekondarja, il-qorti adita għandha tistabbilixxi jekk dan il-beni kienx jinsab fit-territorju tal-Istat Membru ta’ ftuħ tal-imsemmija proċedura fid-data li fiha d-deċiżjoni ta’ ftuħ saret effettiva u li s-sitwazzjoni tal-imsemmi beni għandha tiġi evalwata abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(g) tar-Regolament Nru 1346/2000<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/>.</P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>