22.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 9/2010

tad-29 ta’ Jannar 2010

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 79/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/36/KE tas-16 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, rigward prodotti kożmetiċi, għall-iskop tal-adattar tal-Anness III tagħhom mal-progress tekniku (2), kif ikkoreġuta mill-ĠU L 103, 23.4.2009, p. 30, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE) tal-Kapitolu XVI tal-Anness II mal-Ftehim:

“—

32009 L 0036: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/36/KE tas-16 ta’ April 2009 (ĠU L 98, 17.4.2009, p. 31), kif ikkoreġuta mill-ĠU L 103, 23.4.2009, p. 30.”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/36/KE, kif ikkoreġuti mill-ĠU L 103, 23.4.2009, p. 30, fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-30 ta’ Jannar 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 277, 22.10.2009, p. 29.

(2)   ĠU L 98, 17.4.2009, p. 31.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.