10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 100/64


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 139/2007

tas-26 ta' Ottubru 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 104/2007 tat-28 ta' Settembru 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1883/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jistipula metodi ta' kampjunament u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' dijossina u ta' PCB li jixbhu lid-dijossina f'ċerti prodotti ta' l-ikel (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1883/2006 jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/69/KE (3), li tinsab inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar taħt dan il-Ftehim.

(4)

Din id-deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII ta' l-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1)

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 54zzzm (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/677/KE):

“54zzzn.

32006 R 1883: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1883/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jistipula metodi ta' kampjunament u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' dijossina u ta' PCB li jixbhu lid-dijossina f'ċerti prodotti ta' l-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 32).”

2)

It-test tal-punt 54zzc (Direttiva tal-Kummissjoni 2002/69/KE) għandu jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1883/2006 bl-Iżlandiż u n-Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Ottubru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ZEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 26 ta' Ottubru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 47, 21.2.2008, p. 21.

(2)   ĠU L 364, 20.12.2006, p. 32.

(3)   ĠU L 209, 6.8.2002, p. 5.

(*1)  Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.