|
17.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 286/355 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2012
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2010
(2012/617/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-21 ta’ Frar 2012 (06086/2012 – C7-0050/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 4b tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0114/2012), |
1.
Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2010;
2.
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 368, 16.12.2011, p. 32.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.