European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2503

13.11.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2503

tat-12 ta’ Novembru 2026

li jemenda l-Annessi XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Ġappun fil-listi tal-pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji tal-laħam frisk tal-pollam u tal-prodotti tal-laħam tal-pollam

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 230(1) u l-Artikolu 232(3), il-punt (b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-kunsinni tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-pajjiżi terzi jew it-territorji kkonċernati jkunu elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew minn territorji, jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom biex jidħlu fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, jew it-territorji, jew iż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, b’mod rispettiv, tal-konsenji tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, u tal-prodotti tal-laħam tal-ungulati, tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Il-Ġappun hu elenkat fl-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 bħala pajjiż terz li minnu huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni tal-kunsinni tal-laħam frisk tal-pollam mit-territorju kollu tiegħu. Madankollu, minħabba l-konferma ta’ tifqigħa tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità (HPAI), id-dħul ta’ tali kunsinni mill-Ġappun bħalissa hu sospiż, bid-data tal-għeluq tal-5 ta’ Novembru 2020 indikata fil-kolonna 6 tat-tabella fil-Parti 1, it-Taqsima B, ta’ dak l-Anness. Barra minn hekk, it-tabella fil-Parti 1, it-Taqsima A, tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tipprevedi li l-kunsinni tal-prodotti tal-laħam tal-pollam mill-Ġappun jistgħu jidħlu fl-Unjoni biss jekk dawk il-prodotti jkunu għaddew mit-trattament speċifiku għall-mitigazzjoni tar-riskju “D”, f’konformità mal-Anness XXVI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

(6)

Fis-6 ta’ Lulju 2026, il-Ġappun ippreżenta informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu b’rabta mal-HPAI fil-pollam u l-miżuri li ħa biex jevita aktar tixrid ta’ dik il-marda. B’mod partikolari, wara t-tifqigħat tal-HPAI, il-Ġappun implimenta politika tal-qerda biex jikkontrolla u jillimita t-tixrid ta’ dik il-marda, u lesta r-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfezzjoni wara l-implimentazzjoni tal-politika tal-qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettat fit-territorju tiegħu.

(7)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni ppreżentata mill-Ġappun u kkonkludiet li pprovda garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali b’rabta mal-HPAI ma għadhiex tirrappreżenta theddida għas-saħħa tal-annimali jew dik pubblika fl-Unjoni, u li b’konsegwenza ta’ dan, id-dħul fl-Unjoni tal-kunsinni tal-laħam frisk tal-pollam mill-Ġappun jista’ jerġa’ jiġi awtorizzat mill-ġdid, billi tiżdied data tal-ftuħ fil-kolonna 7 tat-tabella fit-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. Barra minn hekk, id-dħul fl-Unjoni tal-konsenji tal-prodotti tal-laħam tal-pollam mill-Ġappun jenħtieġ li jkun soġġett għal trattament mhux speċifiku assenjat “A”, u dan ir-rekwiżit jenħtieġ li jiġi stabbilit fil-kolonna 10 tat-tabella fil-Parti 1, it-Taqsima A, tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(8)

Għalhekk, l-Annessi XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).


ANNESS

L-Annessi XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness XIV, il-Parti 1, it-Taqsima B, l-entrata għall-Ġappun hija sostitwita b’dan li ġej:

“JP

Il-Ġappun

JP-0

POU

P1

 

5.11.2020

3.12.2026”;

(2)

fl-Anness XV, il-Parti 1, it-Taqsima A, l-entrata għall-Ġappun hija sostitwita b’dan li ġej:

“JP

Il-Ġappun

JP-0

A

Mhux awtorizzati

B

A

B

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

A

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPNT (**)

MPST”.

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2503/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)