Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea
Official Journal L 317 , 30/11/2011 P. 0007 - 0009
Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea A. Ittra mill-Unjoni Sinjur, Wara n-negozjati skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika fl-Iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea, għandi l-unur nipproponi dan li ġej: 1. L-Unjoni Ewropea għandha tinkorpora fl-iskeda tagħha, għat-territorju doganali tal-UE 27, il-konċessjonijiet li jinsabu fl-iskeda tal-UE 25 bil-modifiki li ġejjin: Jiżdiedu 400 tunnellata (piż ta' karkassi) mal-allokazzjoni għall-Awstralja skont il-kwota tar-rata tat-tariffi tal-UE għal-"laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat", waqt li tinżamm il-kwota kontinġenti preżenti ta' 0 %; Tinħoloq allokazzjoni erga omnes ta' 200 tunnellata (piż ta' karkassi) skont il-kwota tar-rata tat-tariffi tal-UE għal-"laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat", waqt li tinżamm il-kwota kontinġenti preżenti ta' 0 %; Tiġi aġġustata l-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għan-"nagħaġ ħajjin, ħlief annimali ta' razza pura", bi kwota kontinġenti ta' 10 % billi jitneħħew l-allokazzjonijiet ta' 1010 tunnellati (għar-Rumanija) u 4255 tunnellata (għall-Bulgarija); Tiġi aġġustata wkoll il-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal-"laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat", bi kwota kontinġenti ta' 0 % billi jitneħħew l-allokazzjonijiet ta' 75 tunnellata (għar-Rumanija) u 1250 tunnellata (għall-Bulgarija). 2. L-Unjoni Ewropea għandha tiżgura li l-allokazzjoni addizzjonali sħiħa ta' 400 tunnellata għall-Awstralja skont il-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal-"laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat", tkun disponibbli fl-ewwel perjodu ta' kwota annwali li japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim, u għal kull perjodu ta' kwota annwali wara dan. 3. L-Awstralja taċċetta l-approċċ tal-Unjoni Ewropea biex tikkumpensa l-kontinġenti tariffarji bl-għan li jiġu aġġustati l-obbligi tal-UE 25 u tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fil-qafas tal-GATT, wara t-tkabbir reċenti tal-Unjoni Ewropea. 4. Jistgħu jsiru konsultazzjonijiet fi kwalunkwe ħin rigward il-kwestjonijiet imsemmija hawn fuq, fuq talba ta' kull waħda mill-partijiet. Inkun obbligat lejk jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Jekk dan ikun il-każ, din l-ittra u l-konferma tiegħek għandhom flimkien jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja. L-Unjoni Ewropea u l-Awstralja għandhom jgħarrfu lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fi żmien 14-il jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika. Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk. Għall-Unjoni Ewropea B. Ittra mill-Awstralja Sinjur, Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li taqra kif ġej: "Wara n-negozjati skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika fl-Iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea, għandi l-unur nipproponi dan li ġej: 1. L-Unjoni Ewropea għandha tinkorpora fl-iskeda tagħha, għat-territorju doganali tal-UE 27, il-konċessjonijiet mogħtija u applikati għall-UE 25 bil-modifiki li ġejjin: Jiżdiedu 400 tunnellata (piż ta' karkassi) mal-allokazzjoni għall-Awstralja skont il-kwota tar-rata tat-tariffi tal-UE għal-"laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat", waqt li tinżamm il-kwota kontinġenti preżenti ta' 0 %; Tinħoloq allokazzjoni erga omnes ta' 200 tunnellata (piż ta' karkassi) skont il-kwota tar-rata tat-tariffi tal-UE għal-"laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat", waqt li tinżamm il-kwota kontinġenti preżenti ta' 0 %; Tiġi aġġustata l-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għan-"nagħaġ ħajjin, ħlief annimali ta' razza pura", b'rata fil-kwota ta' 10 % billi jitneħħew l-allokazzjonijiet ta' 1010 tunnellati (għar-Rumanija) u 4255 tunnellata (għall-Bulgarija); Tiġi aġġustata l-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal-"laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat", bi kwota kontinġenti ta' 0 % billi jitneħħew l-allokazzjonijiet ta' 75 tunnellata (għar-Rumanija) u 1250 tunnellata (għall-Bulgarija). 2. L-Unjoni Ewropea għandha tiżgura li l-allokazzjoni addizzjonali sħiħa ta' 400 tunnellata għall-Awstralja skont il-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal-"laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat", tkun disponibbli fl-ewwel perjodu ta' kwota annwali li japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim, u għal kull perjodu ta' kwota annwali wara dan. 3. L-Awstralja taċċetta l-approċċ tal-Unjoni Ewropea biex tikkumpensa l-kontinġenti tariffarji bl-għan li jiġu aġġustati l-obbligi tal-UE 25 u tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fil-qafas tal-GATT, wara t-tkabbir reċenti tal-Unjoni Ewropea. 4. Jistgħu jsiru konsultazzjonijiet fi kwalunkwe ħin rigward il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq, fuq talba ta' kull waħda mill-partijiet. Inkun obbligat lejk jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Jekk dan ikun il-każ, din l-ittra u l-konferma tiegħek għandhom flimkien jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja. L-Unjoni Ewropea u l-Awstralja għandhom jgħarrfu lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fi żmien 14-il jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika.". Għandi l-unur nesprimi l-qbil tal-Gvern tiegħi mal-ittra ta' hawn fuq. Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk. Għall-Gvern tal-Awstralja --------------------------------------------------