7.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/9


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10914 - GENSTAR CAPITAL / GTCR / JSSI)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 386/07)

1.   

Fid-29 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Genstar Capital Partners, LLC (“Genstar Capital”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

GTCR LLC, (“GTCR”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

JSS Holdco LLC (“JSSI”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Genstar Capital se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab indirett ta’ JSSI, li bħalissa hija fil-kontroll uniku tal-GTCR.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Genstar Capital: tinvesti f’kumpaniji tas-suq medju fis-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, it-teknoloġija industrijali u l-industriji tas-software globalment,

—

GTCR: tinvesti f’kumpaniji li qed jikbru fis-setturi tat-teknoloġija tas-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, it-teknoloġija, il-midja u t-telekomunikazzjonijiet u l-industriji tas-servizzi tan-negozju globalment,

—

JSSI: forniment ta’ programmi ta’ manutenzjoni għal magni tal-inġenji tal-ajru, oqfsa tal-ajru u unitajiet ta’ potenza awżiljarja globalment. Barra minn hekk, JSSI toffri lill-inġenji tal-ajru partijiet għall-bejgħ jew għall-kiri u ċerti soluzzjonijiet tas-software u tipprovdi servizzi ta’ konsulenza.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10914 - GENSTAR CAPITAL / GTCR / JSSI

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.