|
25.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 252/105 |
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-5 ta’ Mejju 2010
li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 (1),
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008 – Volum I (C7-0180/2009) (2),
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2008,
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati (3),
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (4),
wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7–0098/2010),
|
1. |
Jinnota li fl-2008 l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) kellu disponibbli approprjazzjonijiet għall-impenji li kienu jammontaw għal total ta’ EUR 5,3 miljun (2007: EUR 5 miljun (6)), b’rata ta’ utilizzazzjoni ta’ 86,14 %, li hija inqas mill-medja tal-istituzzjonijiet l-oħrajn (95,67 %); |
|
2. |
Jinnota ż-żieda kontinwa fil-postijiet permanenti minn 29 fl-2007 għal 33 fl-2008 (2006: 24 post) allokati għall-KEPD; jilqa’ l-fatt li dawn il-postijiet kollha mtlew, u jinnota t-tkabbir ikkontrollat u l-espansjoni ristretta kemm fir-rigward tal-kompiti kif ukoll tal-persunal, b’mod li jiġi żgurat li l-persunal il-ġdid ikun integrat u mħarreġ adegwatament; jinnota, madankollu, li n-nefqa taħt l-artikolu baġitarju “Aġenti oħra” turi li r-rata ta’ implimentazzjoni hija inqas mill-medja (51,98 %); |
|
3. |
Jinnota li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri indikat fir-rapport annwali tagħha li l-verifika ma wasslitx għal xi kummenti sinifikanti fir-rigward tal-KEPD; |
|
4. |
Jilqa’ l-konsolidazzjoni tal-ġestjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani, kif ukoll it-titjib fil-funzjonalità u l-effiċjenza tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern miksub fl-2008; jistenna bil-ħerqa l-iżviluppi futuri rigward ir-riżorsi finanzjarji u umani kif ukoll il-proċessi ta’ ħidma interni, li ntgħażlu mill-KEPD fost l-objettivi ewlenin tiegħu għall-2009; |
|
5. |
Ifakkar li t-trattament amministrattiv tal-missjonijiet kollha tal-KEPD huwa żgurat mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni għall-Ħlasijiet (fuq il-bażi tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni Amministrattiva bejn is-Segretarji Ġenerali tal-Kummissjoni, tal-Parlament u tal-Kunsill, iffirmat mal-KEPD fis-7 ta’ Diċembru 2006 għal perjodu ieħor ta’ tliet snin b’effett mis-16 ta’ Jannar 2007); |
|
6. |
Ifakkar li l-valutazzjoni mwettqa mis-Servizz ta’ Verifika Interna tal-KEPD (jiġifieri l-awditur intern tal-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni Amministrattiva) kienet uriet il-funzjonalità u l-effiċjenza tas-sistema ta’ kontroll intern u l-kapaċità tagħha li tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli għall-ilħuq tal-objettivi tal-KEPD, u jistenna r-riżultati tal-verifika ta’ segwitu; jilqa’ l-fatt li r-rapport intern dwar il-kontrolli interni wera rata ta’ implimentazzjoni ta’ 80 % tar-rakkomandazzjonijiet interni; |
|
7. |
Jilqa’ l-pubblikazzjoni annwali tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-Membri eletti tal-istituzzjoni (il-KEPD u l-Assistent Kontrollur), li fihom informazzjoni rilevanti dwar il-postijiet jew l-attivitajiet imħallsa u l-attivitajiet professjonali dikjarabbli; |
|
8. |
Jitlob li l-KEPD jinkludi fir-rapport tal-attività tiegħu li jmiss (sena finanzjarja 2009) kapitolu li fih jagħti rendikont dettaljat tas-segwitu li jkun ingħata matul is-sena lid-deċiżjonijiet preċedenti ta’ kwittanza tal-Parlament. |
(2) ĠU C 273, 13.11.2009, p. 1.
(3) ĠU C 269, 10.11.2009, p. 1.
(4) ĠU C 273, 13.11.2009, p. 122.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) 2006: EUR 4,1 miljun