|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/2887 |
24.4.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11448 - AGROFERT / EAST GRAIN GROUP)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/2887)
1.
Fit-12 ta’ April 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Agrofert, a.s. (“Agrofert”, iċ-Ċekja), |
|
— |
East Grain SRL, (“East Grain”, ir-Rumanija). |
Agrofert takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ East Grain.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Agrofert hija involuta f’attivitajiet relatati mal-agrikoltura, il-produzzjoni tal-ikel, il-bejgħ u d-distribuzzjoni ta’ makkinarju agrikolu, il-manifattura ta’ fertilizzanti u ta’ prodotti ta’ kimika organika u inorganika, kif ukoll f’attivitajiet relatati mal-industrija tal-forestrija u l-media. |
|
— |
East Grain toffri portafoll kumpless ta’ prodotti agrikoli u servizzi relatati lill-klijenti fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, b’enfasi fuq il-kummerċ tal-qamħ tat-tħin. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11448 - AGROFERT / EAST GRAIN GROUP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2887/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)