|
23.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 396/17 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8675 — CVC/Teva’s Women’s Health Business)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 396/12)
|
1. |
Fis-16 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
CVC tikseb, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tan-Negozju fil-Mira kollu kemm hu. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ assi. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — CVC: il-ġestjoni u l-għoti ta’ konsulenza lill-fondi u pjattaformi tal-investiment; — In-Negozju fil-Mira: il-produzzjoni u l-provvista ta’ prodotti farmaċewtiċi għas-saħħa tan-nisa mad-dinja kollha, bl-eċċezzjoni tal-Istati Uniti tal-Amerika. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8675 — CVC/Teva’s Women’s Health Business Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).