European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2962

2.12.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2962

tad-29 ta’ Novembru 2024

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1698 dwar l-istandards Ewropej għall-prodotti abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti, dwar l-irtirar tal-pubblikazzjoni tar-referenzi tal-istandards EN 581–1: 2006 (Għamara li titħalla fil-beraħ — Siġġijiet u mwejjed għall-użu ta’ kkampjar, domestiċi u f’kuntratti — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali ta’ sigurtà), EN 12491: 2001 (Tagħmir tal-Paraglaġġar — Paraxuts ta’ emerġenza — Rekwiżiti ta’ sikurezza u metodi ta’ ttestjar), EN 1651: 1999 (Tagħmir għal igglajdjar bil-paraxut - Arneżijiet – Rekwiżiti ta’ sigurtà u testijiet tas-saħħa) u EN 1273: 2005 (Artikli li jintużaw mit-tfal u għall-kura tat-tfal - Frejms għall-mixi tat-trabi — Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar) f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u, b’mod partikolari, it-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/95/KE jesiġi li l-produttur jqiegħdu biss prodotti sikuri fis-suq.

(2)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/95/KE, prodott għandu jitqies sikur, f’dak li għandu x’jaqsam mar-riskji u l-kategoriji tar-riskju koperti mill-istandards nazzjonali rilevanti, meta jikkonforma mal-istandards nazzjonali volontarji li jittrasponu l-istandards tal-Unjoni. Ir-referenzi għal dawn l-istandards ġew ippubblikati mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva.

(3)

F’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1698 (2), il-Kummissjoni ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea r-referenzi tal-istandards EN 581-1: 2006 “Għamara li titħalla fil-beraħ - Siġġijiet u mwejjed għall-użu ta’ kkampjar, domestiċi u f’kuntratti - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali ta’ sigurtà), EN 12491: 2001 “Tagħmir tal-Paraglaġġar — Paraxuts ta’ emerġenza — Rekwiżiti ta’ sikurezza u metodi ta’ ttestjar”, EN 1651: 1999 “Tagħmir għal igglajdjar bil-paraxut - Arneżijiet – Rekwiżiti ta’ sigurtà u testijiet tas-saħħa” u EN 1273: 2005 “Artikli li jintużaw mit-tfal u għall-kura tat-tfal - Frejms għall-mixi tat-trabi — Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar”.

(4)

Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (European Committee for Standardization, CEN) irtira l-istandards EN 12491: 2001, EN 1651: 1999 u EN 1273: 2005 mill-bażi tad-data tiegħu. L-Istandard EN 581-1:2006 ukoll ma għadux jirrifletti l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li dawn l-istandards ma jistgħux jibqgħu jiżguraw il-konformità mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali u r-referenza tagħhom, b’riżultat ta’ dan, jenħtieġ li tiġi rtirata mil-lista ta’ referenzi tal-istandards ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tinsab fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1698.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-istandards nazzjonali volontarji li jittrasponu dawk l-istandards tal-Unjoni ma jibqgħux jagħtu preżunzjoni ta’ sikurezza lil dawk il-prodotti li jikkonformaw magħhom li se jitqiegħdu fis-suq wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sikurezza Ġenerali tal-Prodotti stabbilita bl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2001/95/KE,

(7)

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar l-Istandards stabbilit bl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea ,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-referenzi għall-istandards li ġejjin għandhom jitneħħew mil-lista ta’ referenzi tal-istandards ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

—

EN 581-1:2006 Għamara li titħalla fil-beraħ - Siġġijiet u mwejjed għall-użu ta’ kkampjar, domestiċi u f’kuntratti - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali tas-sikurezza [Ringiela 1 tal-Anness I imħassra];

—

EN 12491: 2001 Tagħmir tal-Paraglaġġar — Paraxuts ta’ emerġenza — Rekwiżiti ta’ sikurezza u metodi ta’ ttestjar [Tħassret ir-Ringiela 35 tal-Anness I];

—

EN 1651: 1999 Tagħmir għal igglajdjar bil-paraxut - Arneżijiet – Rekwiżiti ta’ sigurtà u testijiet tas-saħħa [Tħassret ir-Ringiela 15 tal-Anness I];

—

EN 1273:2005 Artikli li jintużaw mit-tfal u għall-kura tat-tfal - Frejms għall-mixi tat-trabi — Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar [Ringiela 13 tal-Anness I imħassra].

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1698 tad-9 ta’ Ottubru 2019 dwar standards Ewropej għall-prodotti abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 259, 10.10.2019, p. 65, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/1698/oj).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2962/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)