02003D0076 — MT — 11.08.2021 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
►C1 ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tal-1 ta’ Frar 2003 li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond ta’ Riċerka tal-Faħam u l-Azzar ◄ (ĠU L 029 5.2.2003, p. 22) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 101 |
1 |
20.4.2018 |
||
|
L 261 |
54 |
22.7.2021 |
||
Ikkoreġuta bi:
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-1 ta’ Frar 2003
li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond ta’ Riċerka tal-Faħam u l-Azzar
(2003/76/KE)
Artikolu 1
Il-Kummissjoni għandha tħassar il-pretensjonijiet, anke qabel ma jiġu eżawriti r-rimedji kollha msemmija, fil-każijiet li ġejjin:
fejn il-kost prevedibbli tal-irkupru jkun jaqbeż l-ammont li jrid jiġi rkuprat u t-tħassir ma jkunx jagħmel ħsara lill-immaġni tal-Unjoni;
fejn it-talba ma tkunx tista’ tiġi rkuprata fid-dawl tal-insolvenza tad-debitur, jew ta’ kwalunkwe proċedimenti ta’ insolvenza oħrajn;
fejn l-irkupru ma jkunx konsistenti mal-prinċipju tal-proporzjonalità.
Artikolu 2
Artikolu 3
Dawn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji ser ikunu annessi mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji magħmula mill-Kummissjoni kull sena taħt l-Artikolu 318 TFUE u r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) (ir-“Regolament Finanzjarju”).
Is-setgħat tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Qorti tal-Awdituri li jirrigwardaw il-kontroll u l-ħelsien mid-dejn kif stabbilit fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament Finanzjarju għandhom japplikaw għall-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 4
▼M2 —————
Artikolu 4a
L-ammont li jikkorrispondi għall-kanċellamenti ta' impenji li jkunu saru mill-24 ta' Lulju 2002 skont l-Artikolu 4(5) għandu jsir disponibbli għall-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar fl-10 ta' Mejju 2018.
Artikolu 5
▼M2 —————
Artikolu 6
L-investiment amministrattiv li huwa riżultat tal-likwidazzjoni, l-investment u l-amministrazzjoni ta' l-operazzjonijet msemmija f'din id-deċiżjoni, li jikkorrispondu ma' l-investiment stabbilit fl-Artikolu 20 tat-Trattat li jistabbilixxi Kunsill wieħed u Kummissjoni waħda tat-8 ta' April 1965, l-ammont li minnu ġie aġġustat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 1977, għandu jkun stabbilit mill-Kummissjoni mill-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropeà.
Artikolu 7
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont t'attiv u passiv tal-KEFA f'karta tal-bilanċ li nqalgħet nhat it-23 ta' Lulju 2002.
Artikolu 8
Din id-deċiżjoni tiġi fis-seħħ l-għada li tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropeà.
Għandha tgħodd mill-24 ta' Lulju 2002.
Artikolu 9
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
▼M2 —————
( 1 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).