|
7.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/10 |
Avviż tal-Gvern tad-Danimarka skont id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta’ ħażniet ta’ żejt mhux maħdum u/jew ta’ prodotti petroliferi
(2020/C 259/04)
Skont l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE tal-14 ta’ Settembru 2009 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta’ ħażniet ta’ żejt mhux maħdum u/jew ta’ prodotti petroliferi (1), id-Danimarka permezz ta’ dan l-avviż tinnotifika l-impenn tagħha li żżomm ħażniet speċifiċi.
|
1. |
Il-livell ta’ ħażniet speċifiċi li d-Danimarka timpenja ruħha li żżomm huwa ekwivalenti għal 30 jum tal-konsum medju ta’ kuljum. |
|
2. |
L-impenn għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2020 sal-30 ta’ Ġunju 2021. |
|
3. |
Il-ħażniet speċifiċi se jkunu jikkonsistu fi prodotti li jagħmlu parti mill-kategoriji li ġejjin:
|
|
4. |
Il-ħażniet se jkunu proprjetà tal-entità ċentrali tal-ħżin, Foreningen Danske Olieberedskabslagre (FDO), u se jinżammu minnha. |