Official Journal L 158 , 30/06/1993 P. 0001 - 0008
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1657/93 ta' l-24 ta' Ġunju 1993 li jissospendi temporanjament id-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti maħsuba għall-fornitura taż-żoni liberi ta' l-Ażores u Madejra IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 migjub fih, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi l-Kunsill, fid-Deċiżjoni tiegħu 91/315/EEC [3], stabbilixxa programm ta' għażliet speċifiċi għan-natura iżolata u insulari ta' Madejra u l-Ażores (Poseima); Billi fil-kuntest tal-programm kollu ta' miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni biex tistimula l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjuni awtonomi hawn fuq imsemmija, kien stabbilit li żoni ħielsa jistgħu ikunu strument validi ta' żvilupp ekonomiku fir-reġjuni in kwistjoni; peress illi jista' f'waqthu li jiġu adottati miżuri speċifiċi dwar l-arranġamenti applikabbli għaż-żoni ħielsa tal-Ażores u Madejra; Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1604/92 tal-15 ta' Ġunju 1992, li jemenda Regolament (KEE) Nru 2504/88 dwar żoni ħielsa u imħażen ħielsa [4], stabbilixxa li operazzjonijiet ta' proċessar mwettaq fiż-żoni ħielsa ta' dawn ir-reġjuni awtonomi m'għandhomx ikunu suġġetti għall-kondizzjonijiet ekonomiċi stabbiliti fl-arranġamenti ta' proċessar intern; Billi f'talba magħmula fl-4 ta' Marzu 1992 u supplimentata fit-22 ta' Ottubru 1992 u l-20 ta' Jannar 1993, l-awtoritajiet kompetenti Portugiżi talbu li jingħataw eżenzjoni mid-drittijiet tat-Tariffi Doganali Komuni dwar importazzjonijiet ta' ċerti prodotti industrijali maħsuba għall-fornitura taż-żoni ħielsa ta' l-Ażores u Madejra; Billi, wara eżami dettaljat tas-sitwazzjoni, jidher li hemm probbabiltà li dik il-miżura tagħti l-ispinta meħtieġ għall-iżvilupp ta' l-attivitajiet ekonomiċi fl-imsemmija żoni ħielsa; Billi, sabiex jiġi evitat li jiġi affetwat b'mod dirett il-funzjonament tas-suq komuni, għandu jigi stabbilit limitu ta' ħin għal din il-miżura u tittieħed azzjoni xierqa biex jiġi assigurat li l-prodotti li dwarhom tkun ingħatat sospensjoni huma ntiżi biss biex ifornu l-imsemmija żoni ħielsa; Billi l-Kummissjoni għandha tkun infurmata bil-volum ta' importazzjonijiet involuti, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Id-dazji tat-Tariffi Doganali Komuni applikabbli għal prodotti elenkati fl-Anness għandhom jiġu sospiżi totalment sal-31 ta' Diċembru 2000. 2. Is-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika biss għal prodotti maħsuba għall-fornitura taż-żoni ħielsa ta' l-Ażores u Madejra. 3. L-awtoritajiet kompetenti Portugiżi għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jassiguraw konformità mal-paragrafu 2 skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Komunità dwar użu sa ċerta data, b'mod partikolari l-ħlas ta' dazji tat-Tariffi Doganali Komuni meta l-prodotti in kwistjoni jkunu trasportati lejn partijiet oħra tat-territorju doganali tal-Komunità. Dawn għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dawn il-miżrui fl-ewwel opportunità. Artikolu 2 Fir-rigward tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, l-awtoritajiet kompetenti Portugiżi għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-15 ta' Marzu ta' kull sena, bil-volum ta' importazzjonijiet li għalihom tkun ingħatat sospensjoni tat-tariffa matul is-sena preċedenti. Artikolu 3 Matul is-sena 2000, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta l-awtoritajiet kompetenti Portugiżi, għandha teżamina l-effetti tal-miżuri meħuda dwar l-iżvilupp taż-żoni ħielsa ta' l-Ażores u Madeira u għandha, jekk ikun meħtieġ, tissottometti proposti xierqa. Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fl-24 ta' Ġunju 1993. Għall-Kunsill Il-President B. Westh [1] ĠU C 116, tas-27.4.1993, p. 11 [2] Opinjoni mogħtija fit-28 ta' Mejju 1993 (għada mhix pubblikata fl-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 171, tad-29.6.1991, p. 10. [4] ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 30. -------------------------------------------------- L-ANNESS Ordni Nru | Kodici CN | Deskrizzjoni | 18.0300 | 6804 | Il-gebel tal-mitħna, il-ħagra tal-mola, ir-roti tat-tħin u ħwejjeg oħra simili, mingħajr oqsfa, għat-tħin, l-ittemprar, il-lostru, it-twittija u l-qtugħ, it-temprar jew il-lostru tal-gebel bl-idejn, ta' materjal abrasiv agglomerat naturali jew artificjali, jew ta' ceramika, bi jew minghajr partijiet ta' materjali oħra. | 18.0302 | 7308 | Strutturi (minbarra il-kostruzzjonijiet prefabtikati tat-titolu Nru 9406) u partijiet minn strutturi (per eżempju, pontijiet u sezzjojnijiet minn pontijiet, ix-xtiebi tal-kanali, it-torrijiet, l-arbli kannizzata, is-soqfa, l-oqsfa tas-soqfa, il-bibien u t-twieqi u c-caccis tagħom u s-sollijiet tal-bibien, il-balavostri, il-kolonni), jew il-ħadid u l-azzar; il-pjanci, qasab, il-kantunieri, il-forom, sezzjonijiet, tubi u ħwejjeg simili, preparati għall-użu fi strutturi, tal-ħadid jew l-azzar. | 18.0304 | 730900 | Gibjuni, tankijiet, btieti u kontenituri simili ghall-kull materjal (minbarra l-gas kumpressat jew fil-forma likwida) tal-hadid jew ta' l-azzar, ta' wisa' li taqbeż it 300 litru, sew jekk miksija jew insulati u sew jekk le, iżda mhux mghammra b'apparat mekkaniku jew termiku. | 18.0306 | 7310 minbarra73102110 | Tankijiet, btieti, cilindri, laned, kaxxi, u kontenituri simili, għall-kull materjal (minbarra l-gas kompress jew fi stat likwidu), tal-ħadid jew ta' l-azzar, ta' wisa' li ma taqbiżx 300 litru, sew jekk miksija jew insulati mis-sħana, iżda mhux mgħammra b'apparat mekkaniku sew termiku, minbarra l-laned tat-tip użat għall-preservazzjoni ta' l-ikel u x-xorb. | 18.0308 | 731100 | Kontenituri għall-gass kompress jew fi stat likwidu, tal-ħadid jew ta' l-azzar. | 18.0310 | 7322 | Radjaturi għat-tisħin centrali, mhux imsaħħna bl-elettriku, u partijiet minnhom, tal-ħadid u ta' l-azzar; heaters ta' l-arja u distributri ta' l-arja sħuna (inklużi d-distributuri li jistgħu wkoll jiddistribwixxu l-arja friska jew kundizzjonata), mhux imsaħħna bl-elettriku, li jinkorporaw fann imdawwar bil-mutur jew blower, u partijiet minnhom, tal-ħadid jew ta' l-azzar. | 18.0312 | 7610 | Strutturi ta' l-aluminju (minbarra l-bini prefabrikat ta' l-intestatura Nru 9406) u partijiet minn strutturi (per eżempju pontijiet jew sezzjonijiet minn pontijiet, torrjiet, arbli kannizzata, soqfa, oqsfa tas-soqfa, bibien u twieqi u c-caccis tagħom u s-sollijiet tal-bibien, il-balavostri, il-kolonni); pjanci ta' l-aluminju, qasab, profili, tubi u ħwejjeg simili preparati għall-użu fi strutturi. | 18.0314 | 76110000 | Gibjuni ta' l-aluminju, tankijiet, btieti u kontenituri simili, gћall-kull materjal (minbarra l-gass kompress jew fi stat likwidu) ta' wisa' li ma' taqbiżx it-300 litru, sew jekk miksija jew insulati mis-sћana, iżda mhux mgћammra b'apparat termiku jew mekkaniku. | 18.0316 | 7612 | Btieti, cilindri, laned, kaxxi, u kontenituri oħra simili, għal kull materjal (minbarra l-gas kumpress jew fi stat likwidu), ta' wisa' li ma' taqbiżx it-300 litru, sew jekk insulati mis-sħana, iżda mhux mgħammra b'apparat termiku jew mekkaniku. | 18.0318 | 76130000 | Kontenituri ta' l-aluminju għall-gas kompress jew fi stat likwidu | 18.0320 | 8202 | Srieraq ta' l-idejn; xfafar tas-srieraq ta' kull tip (inklużi x-xfafar tas-srieraq għall-inciżjonijiet, u mingħajr snien | 18.0322 | 8203 | Limi, raspi, tnaljetti (inklużi it-tnaliji li jaqtgħu), tnalji, pinzetti, mqassi tal-geżż li jaqtgħu il-ħadid, il-pipe-cutters, bolt-cropppers, puntelli li jtaqqbu u għodda ta' l-id simili. | 18.0324 | 8204 | Spanners u manilji li jaħdmu bl-idejn (inklużi t-torque meter wrenches iżda mhux it-tap wrenches | 18.0326 | 8205 | Ghodda ta' l-idejn (inklużi d-djamanti tal-vitrar), mhux specifikati jew inklużi fl-ebda post ieħor; blow lamps; morsi u oggetti simili, mibarra accessorji għal u partijiet minn għodda mekkanika; inkwini, forgi li jistgħu jingarru; roti tat-tħin li jaћdmu bl-idejn jew bil-perdali bl-oqsfa | 18.0328 | 8207 | Għodda li jistgħu jigu skambjati bejn xulxin għall-għodda ta' l-idejn, (per eżempju, għall-pressa, stampar, titib, invitar, il-formazzjoni ta' kamini, titqib, tħaffir, seffid, tidwir, jew it-twaħħil ta' viti), inklużi il-forom inaqqxa għall-gbir tal-metall, jew l-għodda għat-tħaffir ta' l-art | 18.0330 | 8208 minbarra82084000 | Skieken u xfafar, tal-makni jew għall-għodda mekkanika minbarra l-makni ta' l-agrikoltura, l-ortikultura u l-forestrija | 18.0332 | 820900 | Pjanci, zkuk, ponot u oggetti simili għall-gћodda, mhux immontati, tal-karburi metallici jew cermiti magћquda bis-sћana | 18.0334 | 821000 | Għodda mekkanika mħaddma bl-idejn, li tiżen 10 kg jew inqas, użata fil-preparazzjoni, kondizzjonament jew meta jisserva l-ikel u x-xorb | 18.0336 | 830300 | Safes u kaxxaforti kurazzati jew rinforzati, bibien u safe deposit boxes, strong-rooms, kaxxi ta' l-atti u oggetti simili, magħmulin minn metall ordinarju | 18.0338 | 83040000 | Armarji għall-filing, armarji bil-kartolini bl-indici, trays għall-karti, appoggi għall-karti, trays tal-pinnen, stands tat-timbri ta' l-ufficju u apparat ta' l-officju jew ta' l-iskrivaniji simili, magħmulin minn metall ordinarju; minbarra l-għamara ta' l-officcju ta' l-intestaura Nru 9403 | 18.0340 | 8402 | Boilers tal-fwar jew li jiggeneraw il-fwar (minbarra l-boilers ta' l-ilma sћun użati fit-tisћin centrali li huma kapaci jipproducu wkoll il-fwar bi pressa baxxa); il-boilers ta' l-ilma bi sћana gћolja ћafna. | 18.0342 | 8403 | Boilers tat-tisħin centrali minbarra dawk ta' l-intestatura Nru 8402 | 18.0344 | 8404 | Impjant awżiljarju għall-użu mal-boilers ta' l-intestatura Nru 8402 jew 8403 (per eżempju, l-ekonomizzaturi, il-heaters qawwija ћafna, l-apparat li jneћћi l-gmied, l-apparat li jirkupra l-gass); il-kondensaturi tal-fwar jew unitajiet ta' energija bil-fwar. | 18.0346 | 8405 | Gas tal-produttur jew generaturi tal-gass ta' l-ilma, bil-purifikaturi tagħhom jew mingħajrhom; generaturi li jaħdmu bil-gass ta' l-acetilene u generaturi tal-gass tal-process ta' l-ilma simili, bil-purifikaturi tagħom jew mingħajrhom | 18.0348 | 8406 | Turbini tal-fwar u turbini oħra li jaħdmu bil-fwar | 18.0350 | 8407 | Makni bil-pistuni ta' kombustjoni interna rotativi li jixgħelu bl-ispark u li jirreciprokaw. | 18.0352 | 8408 | Makni bil-pistuni ta' kombustjoni interna (makni bid-diesel jew nofshom bid-diesel) li jixgħelu bil-kompressjoni | 18.0354 | 8409 | Partijiet addattati gћall-użu uniku jew principali fil-makni ta' l-intestatura Nru 8407 jew 8408 | 18.0356 | 8413 | Pompi tal-likwidi, sew jekk mogħnija b'apparat ta' kejl u sew jekk le; elevaturi likwidi | 18.0358 | 8414 | Pompi ta' l-arja jew tal-vakum, kumpressuri jew fannijiet ta' l-arja jew gassijiet oħra; Hoods li jivventilaw jew jirriciklaw li jinkorporaw fann fihom, sew jekk ikunu mgħammra b'filtri u sew jekk le | 18.0360 | 8415 | Makni ta' l-arja kondizzjonata, li jkun fihom fann imdawwar bil-mutur u elementi għall-bidla tat-temperatura u l-umdità, inklużi dawk il-makni li fihom l-umdità ma' tkunx tista' tigi regolata separatament | 18.0362 | 8416 | Fjamma tal-forn għall-karburanti likwidi, għall-karburanti solidi polverizzati jew għall-gass; in-najjara mekkanici, inklużi l-ħakkieka mekanici tagħhom, l-apparat mekkaniku għat-tneħħija ta' l-irmied u apparat simili | 18.0364 | 8417 | Fran industrijali jew tal-laboratorji, inklużi l-incineraturi, mhux elettrici | 18.0366 | 8418 | Refrigeraturi, freezers u apparat tar-refrigerazzjoni jew iffriżar ieћor, ta' l-elettriku jew oћrajn; pompi tas-sћana minbarra l-makni ta' l-arja kondizzjonata ta' l-intestatura Nru 8415 | 18.0368 | 8419 | Makkinarju, apparat ta' l-imjant jew tal-laboratorju, sew jekk imsaħħna bl-elettriku u sew jekk le, għat-trattament tal-materjal permezz ta' process li jinvalvi bidla fit-temperatura bħat-tisħin, it-tisjir, ix-xiwi, id-distillazzjoni, ir-rettifikazzjoni, l-isterilizzazjoni, il-pasturizzazjoni, it-trattament bil-fwar, it-tnixxif, l-evaporazzjoni, il-vaporizzazjoni, il-kondensazzjoni u t-tkessieħ minbarra l-makkinarju jew l-impjanti tat-tip għall-użu domestiku; heaters ta' l-ilma istantanji jew ta' ħażna, mhux elettrici | 18.0370 | 8420 | Makni tal-mogħdija u ta' l-irrumblar, minbarra dawk għall-metall u l-ћgieg, u c-cilindri tagћom. | 18.0372 | 8421 | Centrifugi, inklużi n-nixxiefa centrifugi; il-makkinarju u apparat ta' filtragg jew purifikazzzjoni, gћall-likwidi jew gassijiet | 18.0374 | 8422 | Makni tal-ħasil tal-platti; il-makkinarju għall-ħasil u t-tnixxif tal- tal-fliexken u l-kontenituri; il-makkinarju għall-mili, egħluq, issigilar, inkapsular, u tikkettar tal-fliexken, laned, kaxxi, boroż u kontenituri oħra; makkinarju ta' ppakkjar u tgeżwir ieħor, makkinarju għall-għeluq tax-xorb | 18.0376 | 8423 minbarra84231010 | Il-makkinarju ta' l-użin (minbarra l-imwieżen ta' sensittività ta' 5 cg je w aħjar), inklużi l-makni ta' l-għadd u ccekkjar li jaħdmu bil-piż; il-piżjiet tal-makni ta' l-użin ta' kull tip minbarra l-imwieżen domestici. | 18.0378 | 8423 minbarra84248110 | L-apparat mekkaniku (sew jekk jitħaddem bl-idejn u sew jekk le) għall-progettazzjoni, diffużjoni jew sprejjar tal-likwidi jew trabijiet; il-fire extinguishers, sew jekk ikkargati u sew jekk le; l-ispray guns u apparat simili, il-makni ta' sand jew steam blasting u makni li jisparaw jet minbarra l-makni l-makni tat-tisqija | 18.0380 | 8425 | L-armar tat-taljola u l-paranki minbarra l-iskip hoists; wincijiet u l-argni; il-gakkijiet | 18.0382 | 8426 | Id-derricks tal-vapuri; il-krejnijiet, inkużi il-cable cranes; l-istrutturi ta' l-irfiegħ, l-istraddle carriers u t-trakkijiet tax-xogħol mogħnija bi krejn. | 18.0384 | 8427 | Trakkijiet bil-fork-lift; trakkjiet tax-xogħol oħrajn mogħnija b'apparat ta' rfiegħ jew maniggjar | 18.0386 | 8428 | Makkinarju ta' l-irfiegħ, maniggjar, tagħbija, ħatt (per eżempju, lifts, escalators, conveyors, teleferics) | 18.0388 | 8437 | Il-makni tat-tindif, għażla jew klassifikazzjoni taż-żerriegћa, il-qamћ jew il-ћxejjex legumi minixxfa; il-makkinarju użat fl-industrija tad-dћin jew gћall-ipprocessar tac-cereali jew tal-ћejjex legumi mnixxfa, minbarra l-makkinarju agrikolu | 18.0390 | 8438 | Makkinarju, mhux specifikat jew inkluż mkien ieћor f'dan il-kapitolu, gћall-manifattura jew preparazzjoni industrijali ta' l-ikel jew ix-xorb, minbarra l-makkinarju gћall-estrazzjoni jew preparazzjoni tax-xaћmijiet jew iż-żjut ta' l-annimali jew fissi. | 18.0392 | 8439 | Il-makkinarju gћall-produzzjoni tal-polpa ta' materjal cellulożiku fibruż jew gћall-produzzjoni jew tlestija tal-karta jew paperboard | 18.0394 | 8440 | Il-makkinarju tal-kisi tal-kotba; inkluż il-makkinarju għall-ħjata tal-kotba | 18.0396 | 8441 | Makkinarju ieħor għall-produzzjoni tal-polpa tal-karti, karti jew paperboard, inkluż il-makkinarju tal-qtugћ ta' kull tip | 18.0398 | 8443 | Il-makkinarju ta' l-istampar; il-makkinarju gћal użi ancillari gћall-istampar | 18.0400 | 844400 | Makkinarju għall-estarzzjoni, in-nisga jew il-qtugћ tal-materjali tessili magћmula mill-bniedem | 18.0402 | 8445 | Makkinarju għall-preparazzjoni tal-fibri tessili; il-makni ta' l-għazil u makkinarju ieħor għall-produzzjoni tat-tessuti tas-suf; il-makni ta' l-irrumblar tat-tessuti (inkluż l-irrumlar tad-drapp minsug) u l-makni għall-preparazzjoni tas-suf tessili għall-użu fil-makni tat-titolu Nru 8446 jew 8447 | 18.0404 | 8446 | Il-makni ta' l-insig (in-newl) | Ordni Nru | Kodici CN | Deskrizzjoni | 18.0406 | 8447 | Il-makni ta' l-insig, il-makni tat-twћћil bil-ponti u l-makni gћall-produzzjoni tas-suf bl-orlatura, it-tull, il-bizzilla, ir-rakkmu, il-burduri, id-dafra jew xibka u l-makni tat-troffof | 18.0408 | 8448 | Makkinarju awżiljari għall-użu ma' makni ta' l-intestatura Nru 8444, 8445, 8446 or 8447 (per eżempju, id-dobbies, il-Jacquards, il-movimenti b'waqfien awtomatiku, il-mekkaniżmi tal-bidla tal-mekkuk); partijiet u accessorji addattati għall-użu biss mal-makni ta' din l-intestatura jew ta' l-intestatura Nru 8444, 8445, 8446 jew 8447 (per eżempju, il-magħżel u l-flyers tal-magħżel, l-imxut, in-nipli mqabbżin 'l barra. Il-mekkieka, in-nir u l-kwadri tan-nir, il-labar tal-maljerija) | 18.0410 | 8450 | Il-makni tal-ħasil domestici jew tal-lavanderiji, inklużi l-makni l-makni li jaħslu kif ukoll inixxfu | 18.0412 | 8451 | Makkinarju (minbarra l-makkinarju ta' l-intestatura Nru 8450) għall-ħasil, tindif, l-għasir, tnixxif, mogħdija, pressa (inklużi l-pressi ta' fużjoni), l-ibblicjar, iż-żebgħa, it-tlibbis, il-finitura, il-kisi u t-tixrib tas-suf tessili, drappijiet jew oggetti tessili ivvintati u makni għall-applikazzjoni tal-paste għad-drapp ordinarju jew appogg ieħor użat fil-manifattura ta' kisi ta' l-art bħall-linolju; makni tat-tkebbib, ħall, tiwi, qtugħ jew jew qtugħ b'disinn żiżag tad-drappijiet | 18.0414 | 8452 | Makni tal-ħjata, minbarra l-makni tal-ħjata tal-kotba ta' l-intestatura Nru 8440; l-għamara, qiegħan u għotjien disinjati apposta għall-makni tal-ħjata; il-labar tal-makni tal-ħjata | 18.0416 | 8453 | Il-makni għall-preparazzjoni, il-konzatura u l-preparazzjoni tal-gilda jew għall-produzzjoni jew tiswija taż-żraben jew oggetti oħra tal-gilda, minbarra l-makni tal-ħjata | 18.0418 | 8456 | L-għodda mekkanika għall-ħidma ta' kull materjal bit-tneħħija ta' materjal, permezz tal-laser jew raggi ta' dawl jew fotonici, ultrasonici, bi skarika elettrika, elettrokimici, bir-raggi ta' l-elettruni, bir-raggi jonici jew bil-processi ta' l-arkata tal-plasma | 18.0420 | 8457 | Centri ta' l-użu tal-makkinarju, il-makni ta' kostruzzjoni ta' l-unitajiet (bi stazzjoni wieћed) u makni ta' trasferiment b'ћafna stazzjonijiet, gћall-ћidma tal-metall | 18.0422 | 8458 | Tornijiet għat-tneħħija tal-metall | 18.0424 | 8459 | Għodda mekkanika (inklużi il-way-type unit head machines) għat-titqib, tħaffir, tħin, formazzjoni ta' kamini jew jew slit permezz tat-tneħħija ta' metall, minbarra t-tornijiet ta' l-intestatura Nru 8458 | 18.0426 | 8460 | Gћodda mekkanika gћas-sann, xeffir, lostru u jew il-finitura tal-metall b'xi mod ieћor, il-karbur tal-metal ffurmat bis-sћana jew ic-cermit permezz ta' moli, materjal abrażiv jew prodotti tal-lostru, minbarra l-makni tal-qtugћ ta' l-ingranaggi, is-sann ta' l-ingranaggi jew finitura ta' l-ingranaggi ta' l-intestatura Nru 8461 | 18.0428 | 8461 | Għodda mekkanika għall-incanar, iffumar, titqib, seffid, il-qtugħ ta' ingranaggi, is-sann ta' ingranaggi jew il-finitura ta' ingranaggi, segar, qtugћ u gћodda mekkanika oћra li jaћdmu billi jneћћu l-metall, il-karbur tal-metall ffurmat bis-sћana jew ic-cermit, mhux specifikat jew imsemmi post ieћor | 18.0430 | 8462 | L-għodda mekkanika (inklużi l-presses) għall-ħidma tal-metall bil-forga, martellament jew stampar bil-forom; għodda mekkanika (inklużi l-presses) għall-ħidma tal-metall permezz tat-tgћawwig, tiwi, iddrittar, iccattjar, tqaxxir, titqib u l-intaljar; il-presses gћall-ћidma tal-metall jew karburi tal-metall, mhux specifikati hawn fuq | 18.0432 | 8463 | Għodda mekkanika għall-ħidma tal-metall, il-karburi tal-metall ffurmat bis-sħana jew ic-cermit, mingħajr it-tneħħija ta' materjal | 18.0434 | 8464 | Għodda mekkanika għall-ħidma tal-gebla, ic-ceramika, il-konkrit, is-siment ta' l-asbestos jew materjal minerali simili jew għall-ħidma tal-ħgieg fil-kiesaħ | 18.0436 | 8465 | Għodda mekkanika (inklużi l-makni ta' l-imsiemer, ta' l-istapling, tal-kolla jew ta' assemblagg b'xi mod ieħor) għall-ħidma ta' l-injam, is-sufra, il-lastiku iebes, il-plastik iebes u materjali iebsin simili | 18.0438 | 8467 | Gћodda gћall-ћidma bl-id, pnewmatici jew b'mutur mhux elettriku integrat | 18.0440 | 8468 | Makkinarju u apparat għall-iwweldjar, kapaċi jew le għal qtugħ, minbarro dawk ta' Nr 8515, makkinarji u inġenji oħra | 18.0442 | 8469 | Typewriters u makni tal-word-processing | 18.0444 | 8470 | Makni tal-kalkolu; makni tal-kontijiet; makni ta' l-iffrankar tal-posta; makni tal-biljetti u makni simili; li jinkorporaw mezz ta' kalkolu; il-cash registers | 18.0446 | 8471 | Makni ta' l-ipprocessar tad-data awtomatici u l-unitajiet tagħom; apparat li jaqra l-materjal manjetiku jew ottiku, makni għat-traskrizzjoni ta' data fuq medja tad-data f-forma ta' kodici u makni għall-ipprocessar ta' din id-data, mhux specifikati jew inklużi post ieħor | 18.0448 | 8472 | Makni ta' l-ufficju oħra (per eżempju, il-makni ta' l-ettograf jew ta' duplikazzjoni permezz ta' stencil, makni ta' l-indirizzi, makni tal-flus awtomatici, makni ta' l-għażla tal-muniti, makni ta' l-gћadd jew ta' tgeżwir tal-muniti, makni ta' l-ittemprar tal-lapsijiet, makni ta' l-istapling. | 18.0450 | 8477 | Makkinarju għall-ħidma tal-lastiku jew plastik jew għall-manifattura ta' prodotti minn dawn il-materjali, mhux specifikati jew inklużi post ieħor f'dan il-kapitolu | 18.0452 | 8478 | Makkinarju għall-preparazzjoni jew finitura tat-tabakk, mhux specifikati jew inklużi post ieħor f'dan il-kapitolu | 18.0454 | 8480 | Kaxxi tal-forma gћall-funderiji tal-metall; qiegћan tal-forom; patterns tal-forom; forom gћall-metall (minbarra l-forom ta' l-inglotti), il-karburi tal-metall, il-ћgieg, il-materjal minerali, il-lasktu u l-plastika | 18.0456 | 8581 | Muturi elettrici u generaturi (minbarra s-settijiet ta' generazzjoni) | 18.0458 | 8508 minbarra85088080 | L-għodda elettromekkanika għax-xogħol ta' l-id, b'muturi elettrici inkkorporati minbarra l-muturi li jaqtgħu il-ħaxix tal-gnien | 18.0460 | 8514 | Fran industrijali jew tal-laboratorju (inklużi dawk dielettrici u ta' induzzjoni); apparat ta' tisħin industrijali jew tal-laboratorju ta' induzzjoni jew dielettrici | 18.0462 | 8515 | Saldaturi u makni u apparat tal-welding elettrici bil-laser jew b'raggi oħra tad-dawl jew fotonici, ultrasonici, bir-raggi ta' l-elettruni, bil-pulsazzjonijiet manjetici jew tal-plasma arc, sew jekk kapaci jaqtgħu u sew jekk le, makni elettrici u apparat għall-isprejjar b' temperatura għolja tal-metalli jew il-karburi tal-metall ffurmati bis-sħana | 18.0464 | 8526 | Apparat tar-radar, l-apparat ta' għajnuna għan-navigazzjoni bir-radju u apparat bir-remote control bir-radju | 18.0466 | 9009 | Apparat tal-fotokopji li jinkorpora sistema ottika jew tat-tip ta' kuntatt apparat li jagħmel kopji bis-sħana | 18.0468 | 9010 | Għodda u apparat għall-laboratorji fotografici (inklużi dawk cinematografici; inkluż l-apparat għall-projjezzjoni ta' stampi ta' cirkwiti fuq materjali semikondutturi sensitizzatti), mhux specifikati jew inklużi post ieћor f'dan il-Kapitolu; negatoskopji; l-iscreens ta' projjezzjoni | 18.0470 | 9017 | Strumenti ta' kalkolu matematiku ta' tpengija u mmarkar (per eżempju, makni ta' l-abbozzi, pantografi, kwadranti, settijiet ta' tpengija, rigi li jiżżerżqu, kalkolaturi bid-diska); strumenti li jkejjlu t-tul, għall-użu fl-id (per eżempju, qasab u tapes tal-kejl, mikrometri, il-kaliper) mhux specifikati jew inklużi post ieħor f'dan il-kapitolu | 18.0472 | 9024 | Makni u apparat għall-ittestjar ta' l-egħbusija, saħħa, kompressibbiltà, elasticità jew karatteristici mekkanici oћra tal-materjali (per eżempju, metalli, injam, tessuti, karta, plastik) | 18.0474 | 9026 | Strumenti u apparat għall-kejl u l-kontroll tac-cirkolazzjoni, il-livell, il-pressjoni jew varjabbli oħra tal-likwidi jew gassijiet (per eżempju, il-metri tac-cirkolazzjoni, kejl tal-livell, manometri, il-metri tas-sħana), minbarra l-istrumenti u l-apparat ta' l-intestatura Nru 9014, 9015, 9028 jew 9032 | 18.0476 | 9027 | Strumenenti u apparat gћall-analiżi fiżika u kimika (per eżempju, polarimetri, refrattometi, spettrometri, apparat ta' analiżi tal-gassijiet u d-dћaћen); strumenti u apparat gћall-kejl u l-kontroll tal-viskożità, porosità, l-espansjoni, it-tensjoni superficjali u ћwejjeg simili; strumenti u apparat gћall-kejl tal-kwantitajiet ta' sћana, ћoss jew dawl (inklużi l-metri li jkejjlu espożizzjoni); il-mikrotomi | 18.0478 | 9028 | Kejl tal-produzzjoni jew fornitura tal-gass, likwidi jew elettriku, inkluż il-miter li jikkalibra gћalihom | 18.0480 | 9406 | Il-bini prefabrikat | --------------------------------------------------