|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/775 |
31.3.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/775
tat-30 ta’ Marzu 2026
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta’ Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
|
(2) |
Il-Kunsill irrieżamina l-entrati li jikkonċernaw ċerti persuni u entitajiet deżinjati li jinsabu fl-Anness IX ta’ dak ir-Regolament u kkonkluda li jenħtieġ li l-entrati li jikkonċernaw sitt persuni u żewġ entitajiet jitneħħew minn dak l-Anness. Jenħtieġ li ħames entrati inklużi f’dak l-Anness jiġu aġġornati. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 267/2012 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. PANAYIOTOU
(1) ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/267/oj.
ANNESS
L-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.”, is-subintestatura “A. Persuni”, jitħassru l-entrati li ġejjin:
|
|
(2) |
taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.”, is-subintestatura “A. Persuni”, l-entrata 7 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(3) |
taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.”, is-subintestatura “B. Entitajiet”, jitħassru l-entrati li ġejjin:
|
|
(4) |
taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.”, is-subintestatura “B. Entitajiet”, l-entrati 46 u 104 huma sostitwiti bl-entrati korrispondenti li ġejjin:
|
|
(5) |
taħt l-intestatura “III. Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)”, is-subintestatura “A. Persuni”, jitħassru l-entrati li ġejjin:
|
|
(6) |
taħt l-intestatura “III. Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)”, is-subintestatura “B Entitajiet”, l-entrati 43 u 158 huma sostitwiti bl-entrati korrispondenti li ġejjin:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/775/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)