30.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/74


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/1681

tas-27 ta’ Settembru 2022

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/513 (EUNAVFOR MED IRINI/4/2022)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 tal-31 ta’ Marzu 2020 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, listabbiliet u nediet operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI).

(2)

Skont id-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għal EUNAVFOR MED IRINI.

(3)

Fid-29 ta’ Marzu 2022, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/513 (2) li taħtar lill-Viċi Ammirall Fabrizio RUTTERI bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għal EUNAVFOR MED IRINI.

(4)

Fis-26 ta’ Lulju 2022, l-awtoritajiet militari Elleniċi pproponew il-ħatra tal-Komodor Stylianos DIMOPOULOS biex jieħu post il-Viċi Ammirall Fabrizio RUTTERI bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE għal EUNAVFOR MED IRINI mill-1 ta’ Ottubru 2022. Dawk l-awtoritajiet indikaw li l-Komodor Stylianos DIMOPOULOS ser jiġi promoss għal Viċi Ammirall mal-ħatra tiegħu bħala Kmandant tal-Forza tal-UE.

(5)

Fl-14 ta’ Settembru 2022, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa r-rakkomandazzjoni li saret mill-awtoritajiet militari Elleniċi.

(6)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Viċi Ammirall Stylianos DIMOPOULOS.

(7)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/513 titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Viċi Ammirall Stylianos DIMOPOULOS huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) mill-1 ta’ Ottubru 2022.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/513 (EUNAVFOR MED IRINI/2/2022) hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2022.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 101, 1.4.2020, p. 4.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/513 tad-29 ta’ Marzu 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1748 (EUNAVFOR MED IRINI/2/2022) (ĠU L 103, 31.3.2022, p. 12).