Official Journal L 320 , 05/11/1992 P. 0030 - 0030
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 45 P. 0164
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 45 P. 0164
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 3224/92 ta' l-4 ta' Novembru 1992 li jikkorreġi r-Regolament (KEE) Nru 2342/92 fuq importazzjonijiet ta' annimali ta' razza pura ta' l-ispeċje bovina minn pajjiżi terzi u l-għoti ta' rifużjoni ta' esportazzjoni fuqhom u r-revoka tar-Regolament (KEE) Nru 1544/79 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta' Ġunju1968 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u tal-vitella (1), hekk kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2066/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(5) u 18 (6), Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2342/92 (3) issikka d-dispożizzjonijiet ta' kontroll fuq importazzjonijiet ta' annimali ta' razza pura ta' l-ispeċje bovina minn pajjiżi terzi u l-għoti ta' rifużjoni ta' esportazzjoni u rrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1544/79; Billi minn spezzjoni rriżulta li l-verżjoni ġermaniża ta' dak ir-Regolament ma taqbilx mal-miżuri mibgħuta lill-Kumitat ta' Ġestjoni għall-opinjoni tiegħu: billi l-verżjoni ġermaniża għandha għaldaqstant terga' tiġi ppubblikata kollha kemm hi, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-verżjoni ġermaniża waħedha hija applikabbli. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jibda jseħħ mill-jum tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mis-17 ta' Awissu 1992. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-4 ta' Novembru 1992. Għall-Kummissjoni Ray MAC SHARRY Membru tal-Kummissjoni (1) ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24. (2) ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 49. (3) ĠU L 227, tal-11.8.1992, p. 12.