<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑116/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0116</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:739">EU:C:2012:739</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20121122">22.11.2012</DATE> — KAWŻA C-116/11</P><P>BANK HANDLOWY U ADAMIAK</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1346/2000</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ insolvenza</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>għeluq tal-proċedimenti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà għall-qorti li quddiemha titressaq proċedura sekondarja ta’ insolvenza li tevalwa l-istat ta’ insolvenza tad-debitur</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà li tinfetaħ proċedura ta’ stralċ bħala proċedura sekondarja ta’ insolvenza meta l-proċedura prinċipali tkun proċedura ta’ salvagwardja</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-116/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Sąd Rejonowy Poznań-Stare Miasto w Poznaniu (il-Polonja), pemezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110221">21 ta’ Frar 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20110307">7 ta’ Marzu 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Bank Handlowy w Warszawie SA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">PPHU <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>ADAX<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>/Ryszard Adamiak</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Christianapol sp. z o.o.,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano, President tal-Awla, M. Berger (Relatur), A. Borg Barthet, J.-J. Kasel, u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: K. Sztranc-Sławiczek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20120322">22 ta’ Marzu 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Bank Handlowy w Warszawie SA, minn Z. Skórczyński, konsulent legali,</P></ITEM><ITEM><P>għal Christianapol sp. z o.o., minn M. Barłowski, konsulent legali, assistit minn P. Saigne u M. Le Berre, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn M. Szpunar u M. Arciszewski kif ukoll minn B. Czech, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn S. Centeno Huerta, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn G. de Bergues kif ukoll minn B. Beaupère-Manokha u N. Rouam, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Wilderspin u A. Stobiecka-Kuik, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20120524">24 ta’ Mejju 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikoli 4(1), 4(2)(j) u 27 tar-Regolament (KE) tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-<DATE ISO="20000529">29 ta’ Mejju 2000</DATE>, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 788/2008, tal-<DATE ISO="20080724">24 ta’ Lulju 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="213" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU L 213, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Regolament<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċedura intiża għall-ftuħ fil-Polonja, fuq talba ta’ Bank Handlowy w Warszawie SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Bank Handlowy<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) u ta’ PPHU <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>ADAX<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>/Ryszard Adamiak (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Adamiak<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), ta’ proċedura ta’ insolvenza fil-konfront ta’ Christianapol sp. z o.o. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Christianapol<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), kumpannija inkorporata taħt id-dritt Pollakk u li fil-konfront tagħha kienet diġà nfetħet proċedura ta’ salvagwardja fi Franza.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 2, 12, 19, 20 u 23 tar-Regolament jipprovdu, rispettivament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>(2)</NO.P><TXT>Il-funzjonament xieraq tas-suq intern jeħtieġ illi l-proċedimenti ta’ falliment trans-fruntieri joperaw b’effiċjenza u b’effettività u dan ir-Regolament għandu jiġi adottat sabiex jintlaħaq dan il-għan li jaqa’ taħt il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili fil-qofol tat-tifsira tal-Artikolu 65 tat-Trattat.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament jawtoriżża l-proċedimenti prinċipali ta’ falliment li jinbdew fl-Istat Membru fejn id-debitur ikollu iċ-ċentru prinċipali ta’ l-interessi tiegħu. Dawn il-proċedimenti għandhom l-iskop universali u l-għan li jkopru l-assi kollha tad-debitur. Sabiex tiġi protetta d-diversità ta’ interessi, dan ir-Regolament jippermetti proċedimenti sekondarji li jinfetħu sabiex jimxu flimkien mal-proċedimenti prinċipali. Proċedimenti sekondarji jistgħu jinfetħu fl-Istat Membru fejn id-debitur ikollu stabbiliment. L-effetti ta’ proċedimenti sekondarji huma limitati għall-assi li jinsabu f’dak l-Istat. Regolu mandatorji ta’ koordinazzjoni mal-proċedimenti prinċipali jissodisfaw il-ħtieġa ta’ unità fil-Komunità.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(19)</NO.P><TXT>Proċeduri sekondarji ta’ falliment jistgħu jservu diversi skopijiet, apparti mill-protezzjoni ta’ interessi lokali. Jistgħu jinqalgħu każijiet fejn l-assi tad-debitur ikunu komplessi wisq biex jiġu amministrati bħala unità jew fejn id-differenzi fis-sistemi legali kkonċernati jkunu tant kbar illi jistgħu jinħolqu diffikultajiet mill-estenzjoni ta’ effetti li joriġinaw mill-liġi ta’ l-Istat tal-ftuħ<?PAGE NO="3"?> lill-Istati l-oħra fejn ikunu jinstabu l-assi. Għal din ir-raġuni il-likwidatur tal-proċeduri prinċipali jista’ jitlob għal ftuħ ta’ proċedimenti sekondarji meta l-amministrazzjoni effiċjenti ta’ l-assi tkun titlob hekk.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(20)</NO.P><TXT>Proċediment prinċipali ta’ falliment u proċediment sekondarji jistgħu, b’dana kollu, jikkontribwixxu għar-realiżazzjoni effettiva ta’ l-ass[i] totali biss jekk il-proċedimenti kurrenti kollha pendenti jkunu koordinati. [...] Sabiex jiġi assigurat ir-rwol dominanti tal-proċediment prinċipali ta’ falliment, il-likwidatur fi proċedimenti bħal dawk għandu jingħata diversi possibbilitajiet għal intervent fi proċedimenti sekondarji ta’ falliment li jkunu pendenti fl-istess żmien. Per eżempju, dan għandu jkun jista’ jipproponi pjan ta’ ristrutturar jew komposizzjoni jew għar-realiżazzjoni ta’ l-assi fil-proċedimenti sekondarji ta’ falliment li jkunu ser jiġu sospiżi.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(23)</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament għandu jesiġi, għall-materji koperti minnu, regoli uniformi dwar kunflitt ta’ liġijiet, li jibdlu, fl-iskop tal-applikazzjoni tagħhom, ir-regoli nazzjonali tal-liġi privata internazzjonali. Sa kemm ma jingħadx mod ieħor, għandha tapplika l-liġi tal-Istat Membru tal-ftuħ tal-proċedimenti (<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT>). Din ir-regola ta’ kunflitt ta’ liġijiet għandha tkun valida kemm għal proċedimenti prinċipali kif ukoll għal proċedimenti lokali; il-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT> tiddetermina l-effetti tal-proċedimenti ta’ falliment, kemm proċedurali kif ukoll sostantivi, fuq il-persuni u relazzjonijiet legali li jikkonċernawhom. Jirregola il-kondizzjonijiet kollha għal ftuħ, it-twettieq u l-egħluq tal-proċedimenti ta’ falliment.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) tiegħu, ir-Regolament japplika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>għal proċedimenti kollettivi ta’ falliment li jinvolvu t-tneħħija ta l-assi parzjali jew totali ta’ debitur u l-ħatra ta’ likwidatur<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(a) tar-Regolament, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>proċedimenti ta’ falliment<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> ifissru <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>il-proċedimenti kollettivi msemmija fl-Artikolu 1(1)<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Dan l-istess artikolu jispeċifika li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[d]awn il-proċedimenti huma mniżżla fl-Anness A<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-lista tal-proċeduri li tinsab fl-Anness A tar-Regolament tinkludi, fir-rigward ta’ Franza, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>procédure de sauvegarde<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> (proċedura ta’ salvagwardja).</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-qrati ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinstab iċ-ċentru ta’ l-interessi prinċipali tad-debitur għandu jkollu l-ġurisdizzjoni biex jiftaħ il-proċedimenti ta’ falliment. Fil-każ ta’ kumpannija jew persuna ġuridika, il-post ta’ l-uffiċju rreġistrat għandu jkun meqjus li huwa ċ-ċentru ta’ l-interessi prinċipali fin-nuqqas ta’ prova għal kuntrarju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta ċ-ċentru ta’ l-interessi prinċipali ta’ debitur ikun jinstab fit-territorju ta’ Stat Membru, il-qrati ta’ Stati Membri oħra għandhom ikollhom il-ġurisdizzjoni li jiftħu proċedimenti ta’ falliment kontra dak id-debitur fil-każ biss li dak ikollu stabbiliment fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor. L-effetti ta’ dawk il-proċedimenti għandu jkun ristrett għall-assi tad-debitur li jkunu jinstabu fit-territorju ta’ l-Istat Membru l-ieħor.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Meta proċedimenti ta’ falliment jinfetħu permezz ta’ paragrafu 1, xi proċedimenti miftuħa sussegwentament permezz ta’ paragrafu 2 għandhom ikunu proċedimenti sekondarji. Dawn il-proċedimenti ta’ l-aħħar għandhom ikun proċedimenti ta’ l-egħluq [stralċ].</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-Regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ħlief fejn ipprovdut b’mod ieħor f’dan ir-Regolament, il-liġi applikabbli għal proċedimenti ta’ falliment u l-effetti tagħhom għandha tkun dik ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinfetaħ tali proċediment, minn hawn ’il quddiem imsemmija bħala l-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-liġi ta’ l-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti għandha tiddetermina l-kondizzjonijiet tal-ftuħ ta’ dawk il-proċedimenti, il-manjiera tagħhom u l-egħluq tagħhom. Għandu jiddetermina b’ mod partikolari:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>j)</NO.P><TXT>il-kondizzjonijiet għal u l-effetti ta’ l-egħluq ta’ proċedimenti ta’ falliment, b’ mod partikolari b’komposizzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tar-Regolament jistabbilixxi l-prinċipju tar-rikonoxximent tal-proċedura ta’ insolvenza b’dan il-mod:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ġudizzju li jiftaħ il-proċedimenti ta’ falliment mogħti minn qorti ta’ Stat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni bis-saħħa ta’ l-Artikolu 3 għandu jkun magħruf [rikonoxxut] fl-Istati Membri kollha mill-waqt li jsir effettiv fl-Istat li jiftaħ il-proċedimenti.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 25 tar-Regolament jippreċiża l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju b’dan il-mod:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="025.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sentenzi mgħotija minn qorti li l-ġudizzju tiegħu dwar il-ftuħ ta’ proċedimenti huwa rikonoxxut skond l-Artikolu 16 u li jikkonċernaw il-kors u l-egħluq ta’ proċedimenti ta’ falliment, u komposizzjonijiet approvati minn dik il-qorti għandhom ukoll ikunu rikonoxxuti mingħajr formalitajiet oħra. [...]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 26 tar-Regolament jipprevedi eċċezzjoni għal dan il-prinċipju u jippermetti lil Stat Membru jirrifjuta li jirrikonoxxi proċedura ta’ insolvenza miftuħa fi Stat Membru ieħor <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>meta l-effetti ta’ rikonoxximent [...] ikunu manifestament kontra l-politika pubblika ta’ dak l-Istat, b’mod partikolari l-prinċipji fundamentali tiegħu jew id-drittijiet kostituzzjonali u l-libertajiet ta’ l-individwu<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 27 tar-Regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Il-ftuħ tal-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(1) minn qorti ta’ Stat Membru u li jkun rikonoxxut fi Stat Membru ieħor (proċedimenti prinċipali) għandu jippermetti l-ftuħ f’dak l-Istat Membru l-ieħor, li qorti tiegħu jkollu ġurisdizzjoni bis-saħħa ta’ l-Artikolu 3(2), ta’ proċedimenti sekondarji ta’ falliment mingħajr ma l-falliment tad-debitur ikun eżaminat fl-Istat l-ieħor. Dawn il-proċedimenti ta’ l-aħħar għandhom ikunu fost il-proċedimenti [ta’ stralċ] mniżżla f’L-Anness B. L-effetti tagħhom għandhom ikunu ristretti għall-assi tad-debitur li jkun jinstab fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-iżvolġiment tal-proċedura sekondarja huwa rregolat mill-Artikoli 28 sa 38 tar-Regolament. Sabiex tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn proċedura prinċipali u proċedura sekondarja, l-Artikolu 31(1) jipprevedi dmir ta’ kooperazzjoni u ta’ informazzjoni bejn il-likwidatur fil-proċedura prinċipali u dak fil-proċedura sekondarja.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 33(1) tar-Regolament jippermetti s-sospensjoni tal-proċedura sekondarja. Dan l-artikolu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Il-qorti, li tkun fetħet il-proċedimenti sekondarji, għandha tissospendi l-proċess ta’ likwidazzjoni, kollu jew partu minnu, mal-wasla ta’ talba minn likwidatur fil-proċedimenti prinċipali, basta illi f’dan il-każ din tista’ tenħtieġ illi l-likwidatur fil-proċedimenti prinċipali jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiggarantixxi l-interessi tal-kredituri fil-proċedimenti sekondarji u tal-klassijiet individwali ta’ kredituri. Talba bħal din minn likwidatur tista’ tkun miċħuda biss jekk din tkun b’ mod ovvju ta’ l-ebda interess għal kredituri tal-proċedimenti prinċipali. Tista’ tiġi msejħa sospenzjoni bħal din fil-proċess ta’ likwidazzjoni sa massimu ta’ tlett xhur. Tista’ titkompla jew tiġġedded għal perjodi simili.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 34(1) tar-Regolament, li jikkonċerna l-għeluq tal-proċedura sekondarja, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Meta l-liġi applikabbli għal proċedimenti sekondarji tippermetti li proċedimenti bħal dawk jiġu tterminati mingħajr likwidazzjoni bi pjan ta’ salvataġġ, miżura komposta jew kumparabbli, il-likwidatur fil-proċedimenti prinċipali għandu jiġi awtoriżżat li jipproponi miżura bħal din huwa stess.</ALINEA><ALINEA>It-terminazzjoni ta’ proċedimenti sekondarji b’miżura msemmija fl-ewwel sub-paragrafu m’għandhiex tkun finali mingħajr il-kunsens tal-likwidatur fil-proċedimenti prinċipali; fin-nuqqas tal-ftehim tiegħu, b’dana kollu, tista’ tkun finali jekk l-interessi finanzjarji tal-kredituri fil-proċedimenti prinċipali ma jkunux affettwati bil-miżura proposta.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fid-dritt Franċiż, il-proċedura ta’ salvagwardja tal-impriżi hija rregolata mill-Artikoli L. 620-1 <HT TYPE="ITALIC">et seq.</HT> tal-Kodiċi tal-Kummerċ (code de commerce). Fil-verżjoni li tirriżulta mil-Liġi Nru 2005-845 tas-<DATE ISO="20050726">26 ta’ Lulju 2005</DATE>, applikabbli għall-kawża prinċipali, l-Artikolu L. 620-1 kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Qiegħda tiġi stabbilita proċedura ta’ salvagwardja li tinfetaħ fuq talba ta’ debitur imsemmi fl-Artikolu L. 620-2 li juri li għandu diffikultajiet, li ma huwiex f’pożizzjoni li jegħleb, ta’ natura li jwassluh sabiex ma jibqax jagħmel pagamenti. Din il-proċedura hija intiża li tiffaċilita r-riorganizzazzjoni tal-impriża sabiex jiġu żgurati t-tkomplija tal-attività ekonomika tal-impriża, iż-żamma tal-impjiegi u l-ibbilanċjar tal-passiv.</P><P>Il-proċedura ta’ salvagwardja għandha twassal għal pjan, approvat permezz ta’ deċiżjoni, fi tmiem perijodu ta’ osservazzjoni [...]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Christianapol, li l-uffiċċju rreġistrat tagħha jinsab f’Lowyń (il-Polonja), tippreżenta lilha nnifisha bħala sussidjarja 100 % ta’ kumpannija Ġermaniża li, min-naħa tagħha, hija miżuma 90 % minn kumpannija Franċiża.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20081001">1 ta’ Ottubru 2008</DATE>, it-Tribunal de commerce de Meaux (Franza) fetaħ proċedura ta’ insolvenza kontra Christianapol. Dik il-qorti bbażat il-ġurisdizzjoni tagħha fuq il-konstatazzjoni li ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur kien jinsab fi Franza. B’mod partikolari, dik il-qorti fetħet proċedura ta’ salvagwardja billi kkonstatat li d-debitur ma kienx fi stat fejn waqaf jagħmel pagamenti iżda kien ser jispiċċa f’dan l-istat jekk ma ssirx ristrutturazzjoni finanzjarja malajr.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fil-21 ta’ April u fis-<DATE ISO="20090626">26 ta’ Ġunju 2009</DATE>, Bank Handlowy, stabbilita f’Varsavja (il-Polonja) talbet, bħala kreditur ta’ Christanapol, lill-qorti tar-rinviju tiftaħ proċedura sekondarja ta’ insolvenza fil-konfront ta’ din il-kumpannija fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27 tar-Regolament. Sussidjarjament, fil-każ li s-sentenza tat-Tribunal de commerce de Meaux tal-<DATE ISO="20081001">1 ta’ Ottubru 2008</DATE> titqies li hija kuntrarja għall-ordni pubbliku skont l-Artikolu 26 ta’ dan l-istess regolament, Bank Handlowy talbet li tinfetaħ proċedura ta’ stralċ irregolata mil-liġi Pollakka.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20090720">20 ta’ Lulju 2009</DATE>, it-Tribunal de commerce de Meaux approva pjan għas-salvagwardja ta’ Christianapol li kien jipprevedi l-pagament tad-dejn mifrux fuq 10 snin u li kien jipprojbixxi t-trasferiment tal-impriża li kienet tinsab f’Lowyń kif ukoll ta’ ċerti beni speċifiċi tad-debitur. Il-qorti Franċiża żammet il-prokuraturi ġudizzjarji, li kienu ġew innominati qabel, sat-tmiem tal-proċedura ta’ verifika tal-krediti u l-għoti tar-rendikont tagħhom tat-tmiem tal-inkarigu. Barra minn hekk, fis-sentenza tagħha, dik il-qorti nnominat kummissarju għall-eżekuzzjoni tal-pjan.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20090802">2 ta’ Awwissu 2009</DATE>, kreditur ieħor, Adamiak, stabbilit f’Łęczyca (il-Polonja), talab ukoll li tinfetaħ proċedura ta’ stralċ irregolata mil-liġi Pollakka.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Christianapol inizjalment talbet li tiġi miċħuda t-talba għall-ftuħ ta’ proċedura sekondarja ta’ insolvenza fil-Polonja, għar-raġuni li dan imur kontra l-obbjettivi u n-natura tal-proċedura ta’ salvagwardja. Wara l-approvazzjoni tal-pjan għas-salvagwardja mill-qorti Franċiża, Christianapol sostniet li ma kienx għad hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar il-proċedura li tikkonċerna l-ftuħ ta’ proċedura sekondarja ta’ insolvenza peress li l-proċedura prinċipali kienet ingħalqet. Hija indikat li qiegħda tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-pjan approvat mill-qorti Franċiża. Dan kien ifisser, skont id-dritt Pollakk, li hija ma kienet suġġetta għal ebda obbligu finanzjarju u li għalhekk ma kien hemm ebda raġuni li tiġġustifika dikjarazzjoni ta’ insolvenza fil-konfront tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju talbet lit-Tribunal de commerce de Meaux jindikalha jekk il-proċedura ta’ insolvenza imressqa quddiemu, li kienet tikkostitwixxi l-proċedura prinċipali fis-sens tar-Regolament, kinitx għadha pendenti. It-tweġiba tal-qorti Franċiża ma pprovdietx il-kjarifika li kienet neċessarja. Il-qorti tar-rinviju għalhekk talbet l-għajnuna ta’ espert.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li s-Sąd Rejonowy Poznań Poznań-Stare Miasto w Poznaniu ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 (1) u (2)(j) tar-Regolament [...], għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>egħluq ta’ proċedimenti ta’ falliment<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/> użat f’din id-dispożizzjoni għandu jingħata interpretazzjoni awtonoma, li ma tiddependix fuq leġiżlazzjonijiet applikabbli fis-sistemi legali tal-Istati Membri differenti jew huwa r-responsabbiltà tad-dritt nazzjonali tal-Istat ta’ ftuħ sabiex jiddetermina f’liema mument iseħħ l-għeluq ta’ dan il-proċediment?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 27 tar-[Regolament], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti nazzjonali li jkollha quddiemha talba għall-ftuħ ta’ proċedimenti sekondarji ta’ falliment ma tista’ fl-ebda każ teżamina l-falliment tad-debitur li kontrih kawża prinċipali ta’ falliment ġiet miftuħa fi Stat Membru ieħor jew fis-sens li l-qorti nazzjonali tista’, f’xi każijiet, teżamina l-kwistjoni tal-eżistenza tal-falliment tad-debitur, speċjalment meta l-proċediment prinċipali jkun proċediment ta’ protezzjoni fejn il-qorti sabet li d-debitur ma huwiex fallut (proċediment Franċiż għas-salvagwardja)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 27 tar-[Regolament], kif interpretat, jippermetti li jinfetaħ proċediment sekondarju ta’ falliment — li n-natura tiegħu hija ddefinita fit-tieni sentenza tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-regolament — fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinsab il-propjetà kollha tad-debitur inkwistjoni, meta wieħed jikkunsidra li l-proċediment prinċipali, b’mod partikolari meta l-proċediment prinċipali, li jgawdi minn rikonoxximent awtomatiku, huwa protettiv fin-natura<?PAGE NO="7"?> tiegħu (proċediment Franċiż għas-salvagwardja), li pjan ta’ rimbors kien ġie adottat u approvat fil-kuntest ta’ dan il-proċediment, li dan il-pjan ikun implementat mid-debitur, u li l-imħallef ipprojbixxa kull trasferiment tal-beni tad-debitur?<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-proċedura orali ngħalqet fl-<DATE ISO="20120524">24 ta’ Mejju 2012</DATE> wara l-preżentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20120629">29 ta’ Ġunju 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-istess jum, Christianapol talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Insostenn ta’ din it-talba, qiegħed jingħad li l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali qajmu diversi punti dwar ir-rwol u l-influwenza tal-likwidatur fil-proċedura prinċipali ta’ insolvenza fir-rigward tal-proċedura sekondarja, dwar il-kwistjoni ta’ jekk il-proċedura ta’ salvagwardja fid-drtt Franċiż hijiex proċedura ta’ insolvenza fis-sens tar-Regolament kif ukoll dwar il-possibbiltà, għall-qorti li quddiemha titressaq talba għall-ftuħ ta’ proċedura sekondarja, li tivverifika l-istat ta’ insolvenza tad-debitur.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, inkonformità mal-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, b’mod partikolari meta tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed jew inkella meta l-kawża jkollha tiġi deċiża fuq il-bażi ta’ argument li ma kienx indirizzat mill-partijiet jew mill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, f’dan is-sens, fir-rigward tal-Artikolu 61 tar-Regoli tal-Proċedura fil-verżjoni tagħhom fis-seħħ qabel l-<DATE ISO="20121101">1 ta’ Novembru 2012</DATE>, id-digriet tal-<DATE ISO="20120704">4 ta’ Lulju 2012</DATE>, Feyerbacher, C-62/11, punt 6 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, tqis li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-elementi kollha meħtieġa sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula u li dawn l-elementi kienu s-suġġett ta’ dibattiti li seħħew quddiemha.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-talba ta’ Christianapol għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, skont l-Artikolu 1(1) tiegħu, ir-Regolament japplika għall-proċeduri kollettivi bbażati fuq l-insolvenza tad-debitur li jinvolvu t-tneħħija parzjali jew totali tal-assi ta’ dan id-debitur kif ukoll in-nomina ta’ likwidatur. L-Artikolu 2(a) ta’ dan ir-regolament jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>proċedimenti ta’ falliment<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> ifissru l-proċeduri kollettivi msemmija fl-Artikolu 1(1) u jippreċiża li l-lista ta’ dawn il-proċeduri tinsab fl-Anness A tal-istess regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li meta proċedura tkun inkluża fl-Anness A tar-Regolament, din il-proċedura għandha titqies bħala li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament. Din l-inklużjoni tibbenefika mill-effett dirett u obbligatorju li għandhom id-dispożizzjonijiet ta’ regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Huwa paċifiku li l-proċedura ta’ salvagwardja miftuħa, fil-kawża prinċipali, mit-Tribunal de commerce de Meaux hija waħda mill-proċeduri inklużi, fir-rigward ta’ Franza, fl-Anness A tar-Regolament.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn din l-inklużjoni, li l-mertu tagħha ma huwiex is-suġġett ta’ domanda preliminari, jirriżulta, minn naħa, li l-proċedura Franċiż ta’ salvagwardja taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament u, min-naħa l-oħra, li s-sitwazzjoni ta’ debitur bħal Christianapol, li fir-rigward tiegħu tkun infetħet proċedura ta’ dan it-tip, għandha titqies li hija sitwazzjoni ta’ insolvenza għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 4(2)(j) tar-Regolament għandux jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>għeluq tal-proċedimenti ta’ falliment<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> għandu tifsira awtonoma, partikolari għar-Regolament, jew jekk huwiex id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun infetħet il-proċedura ta’ insolvenza li għandu jiddetermina l-mument li fih tingħalaq din il-proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispjega li r-risposta għal din id-domanda hija essenzjali sabiex jiġi ddeterminat jekk il-proċedura prinċipali ta’ insolvenza miftuħa fi Franza fil-konfront ta’ Christianapol għadhiex pendenti u sabiex tkun tista’ tiddeċiedi dwar it-talbiet, imressqa minn Bank Handlowy u minn Adamiak, intiżi għall-ftuħ fil-Polonja, kontra l-istess debitur, ta’ proċedura prinċipali ta’ insolvenza oħra. Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li, fil-każ li l-proċedura prinċipali ta’ insolvenza miftuħa fi Franza ngħalqet, hija tkun tista’ tilqa’, wara li tivverifika l-istat ta’ insolvenza ta’ Christianapol fid-dawl tad-dritt nazzjonali tagħha, it-talbiet ta’ Bank Handlowy u ta’ Adamiak.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Dawn il-kunsiderazzjonijiet jeħtieġu l-kummenti segwenti.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ġustament tikkwalifika l-proċedura ta’ insolvenza miftuħa fi Franza bħala proċedura prinċipali. Fil-fatt, din il-proċedura infetħet taħt l-Artikolu 3(1) tar-Regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Kif tosserva l-qorti tar-rinviju, tali proċedura tipproduċi effetti universali sa fejn tapplika għall-beni tad-debitur li jinsabu fl-Istati Membri kollha. Sakemm proċedura prinċipali ta’ insolvenza tkun għadha pendenti, ma tista’ tinfetaħ ebda proċedura prinċipali oħra. Kif jindika l-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament, kull proċedura ta’ insolvenza miftuħa matul dan il-perijodu tista’ tkun biss proċedura sekondarja, li l-effetti tagħha huma limitati għall-beni tad-debitur li jkunu jinsabu fl-Istat Membru fejn tinfetaħ din il-proċedura (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20111215">15 ta’ Diċembru 2011</DATE>, Rastelli Davide e C., <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-191/10" PAGE.ECR="I-13209" YEAR="2011">C-191/10, Ġabra p. I-13209</REF.DOC.ECR>, punt 15 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament, il-proċedura prinċipali ta’ insolvenza miftuħa fi Stat Membru għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri kollha malli din il-proċedura tipproduċi l-effetti tagħha fl-Istat fejn tinfetaħ. Din ir-regola timplika li l-qrati tal-Istati Membri l-oħra għandhom jirrikonoxxu d-deċiżjoni li tiftaħ proċedura ta’ insolvenza mingħajr ma jkunu jistgħu jistħarrġu l-evalwazzjoni magħmula mill-ewwel qorti dwar il-ġurisdizzjoni tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20060502">2 ta’ Mejju 2006</DATE>, Eurofood IFSC, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-341/04" PAGE.ECR="I-3813" YEAR="2006">C-341/04, Ġabra p. I-3813</REF.DOC.ECR>, punti 39 u 42, kif ukoll tal-<DATE ISO="20100121">21 ta’ Jannar 2010</DATE>, MG Probud Gdynia, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-444/07" PAGE.ECR="I-417" YEAR="2010">C-444/07, Ġabra p. I-417</REF.DOC.ECR>, punti 27 u 29). L-Artikolu 25 tar-Regolament jestendi din ir-regola dwar ir-rikonoxximent għad-deċiżjonijiet kollha dwar l-iżvolġiment u l-għeluq tal-proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, il-ftuħ tal-proċedura prinċipali ta’ insolvenza mit-Tribunal de commerce de Meaux kien ibbażat, b’mod partikolari, fuq il-konstatazzjoni li ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur, kriterju esklużiv tal-ġurisdizzjoni internazzjonali previst fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament, kien jinsab fi Franza. Kif tosserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 44 tal-konklużjonijiet tagħha, din il-konstatazzjoni hija koperta mill-prinċipju ta’ rikonoxximent li għandha tosserva l-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fil-każ li l-proċedura prinċipali ta’ insolvenza miftuħa fi Franza fil-konfront ta’ Christianapol titqies li ngħalqet, il-qorti tar-rinviju tkun tista’ tiftaħ proċedura prinċipali oħra fil-Polonja biss jekk ikun jista’ jiġi stabbilit li, sussegwentement għall-ftuħ tal-ewwel proċedura prinċipali fi Franza, iċ-ċentru tal-interessi prinċipali ta’ Christianapol ġie ttrasferit fil-Polonja.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kummenti li għandu jiġi mistħarreġ x’tifsira għandha tingħata lill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>għeluq tal-proċediment ta’ falliment<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Kif fakkret il-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Regolament ma huwiex intiż li jistabbilixxi proċedura ta’ insolvenza uniformi iżda, kif jirriżulta mill-premessa 2 tiegħu, l-għan tiegħu huwa li jiżgura li l-proċeduri ta’ insolvenza transkonfinali joperaw b’effiċjenza u b’effettività (sentenza Eurofood IFSC, iċċitata iktar ’il fuq, punt 48). Għal dan il-għan, dan ir-regolament jistabbilixxi regoli dwar il-ġurisdizzjoni u dwar ir-rikonoxximent kif ukoll regoli dwar id-dritt applikabbli f’dan il-qasam.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-kwistjoni tal-liġi applikabbli għal proċedura ta’ insolvenza hija rregolata mill-Artikolu 4 tar-Regolament li, fil-paragrafu 1 tiegħu, jidentifika għal dan il-għan il-liġi tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinfetaħ il-proċedura. L-Artikolu 4(2)(j) tal-istess regolament jippreċiża li din il-liġi tiddetermina, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet u l-effetti tal-għeluq tal-proċedura ta’ insolvenza.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Artikolu 4 tar-Regolament jippreżenta lilu nnifsu bħala regola dwar il-kunflitt tal-liġijiet, kwalifika kkonfermata mill-premessa 23 tar-Regolament, li tindika li r-regoli uniformi dwar il-kunflitt tal-liġijiet previsti fir-Regolament jissostitwixxu r-regoli nazzjonali tad-dritt internazzjonali privat.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Kif tosserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 32 tal-konklużjonijiet tagħha, karatteristika ta’ regola dwar il-kunflitt tal-liġijiet hija li din ma tipprovdix soluzzjoni hija stess għal kwistjoni ta’ dritt sostantiv iżda sempliċement tindika l-liġi li minnha tiddependi s-soluzzjoni għal din il-kwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li, fil-każ ta’ dubju dwar il-formulazzjoni tagħhom, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għandhom jingħataw interpretazzjoni awtonoma u uniformi li għandha tiġi ddeterminata billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kuntest tad-dispożizzjoni u l-għan segwit mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu ddeċidiet li dan il-prinċipju japplika biss għad-dispożizzjonijiet li ma jagħmlu ebda rinviju espliċitu għad-dritt tal-Istati Membri fir-rigward tad-determinazzjoni tat-tifsira u tal-portata tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20111020">20 ta’ Ottubru 2011</DATE>, Interedil, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-396/09" PAGE.ECR="I-9915" YEAR="2011">C-396/09, Ġabra p. I-9915</REF.DOC.ECR>, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-kwistjonijiet bħalma huma dawk dwar il-kundizzjonijiet u l-effetti tal-għeluq tal-proċedura ta’ insolvenza, li fir-rigward tagħhom l-Artikolu 4(2)(j) tar-Regolament jagħmel rinviju espliċitu għad-dritt nazzjonali, ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ interpretazzjoni awtonoma iżda għandhom jiġu deċiżi skont il-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT> identifikata bħala l-liġi applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Din l-analiżi ma tinsabx f’kontradizzjoni mal-fatt li, fil-punt 54 tas-sentenza tagħha Eurofood IFSC, iċċitata iktar ’il fuq, li fuqha bbażaw ruħhom Christianapol u l-Gvern Franċiż, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>ġudizzju li jiftaħ il-proċedimenti ta’ falliment<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fis-sens tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament għandu jiġi ddefinit skont żewġ kriterji partikolari għar-Regolament. Fil-fatt, b’differenza mill-Artikolu 4 tar-Regolament, l-imsemmi Artikolu 16(1) ma jagħmilx rinviju espliċitu għad-dritt nazzjonali iżda jistabbilixxi regola applikabbli immedjatament fil-forma ta’ prinċipju ta’ rikonoxximent favur id-deċiżjoni ta’ ftuħ li tkun ingħatat l-ewwel.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda hija li l-Artikolu 4(2)(j) tar-Regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa d-dritt nazzjonali tal-Istat Membru fejn tinfetaħ il-proċedura ta’ insolvenza li għandu jiddetermina l-mument li fih tingħalaq din il-proċedura.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 27 tar-Regolament għandux jiġi interpretat fis-sens li jippermetti l-ftuħ ta’ proċedura sekondarja ta’ insolvenza fl-Istat Membru fejn jinsabu l-beni kollha tad-debitur, f’sitwazzjoni fejn il-proċedura prinċipali jkollha għan protettiv.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat li r-risposta għal din id-domanda tista’ tkun rilevanti għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali biss jekk il-proċedura prinċipali ta’ insolvenza miftuħa fi Franza tkun għadha pendenti, kwistjoni din li għandha tiġi ddeterminata mill-qorti tar-rinviju fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Meta tipprovdi li l-ftuħ ta’ proċedura prinċipali ta’ insolvenza fi Stat Membru jippermetti l-ftuħ ta’ proċedura sekondarja fi Stat Membru ieħor li fit-territorju tiegħu d-debitur ikollu stabbiliment, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 27 tar-Regolament ma tistabbilixxi ebda distinzjoni fuq il-bażi tal-għan tal-proċedura prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Din l-istess natura ġenerali tat-termini tinsab ukoll fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament, li jipprovdi li, meta tinfetaħ proċedura prinċipali, kull proċedura ta’ insolvenza miftuħa sussegwentement minn qorti li tibbaża l-ġurisdizzjoni tagħha fuq il-preżenza ta’ stabbiliment tad-debitur għandha tkun proċedura sekondarja.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jinqraw fis-sens li jawtorizzaw il-ftuħ ta’ proċedura sekondarja anki meta l-proċedura prinċipali, bħall-proċedura Franċiż ta’ salvagwardja, ikollha għan protettiv.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni sostnuta minn Christianapol u l-Gvern Franċiż, fis-sens li l-ftuħ ta’ proċedura prinċipali b’għan protettiv jipprekludi l-ftuħ ta’ proċedura sekondarja, minbarra li ma tistax tiġi kkonċiljata mal-formulazzjoni tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni, tmur kontra l-pożizzjoni rikonoxxuta, fis-sistema implementata permezz tar-Regolament, għall-proċeduri sekondarji. F’dan id-dawl, għandu jiġi enfasizzat li, għalkemm il-proċeduri sekondarji jkunu intiżi, b’mod partikolari, li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi lokali, dawn jista’ jkollhom ukoll, kif tfakkar il-premessa 19 tar-Regolament, għanijiet oħra. Din hija r-raġuni għaliex tali proċeduri sekondarji jistgħu jinfetħu fuq it-talba tal-likwidatur fil-proċedura prinċipali, meta din il-miżura tkun meħtieġa fl-interess ta’ amministrazzjoni effikaċi tal-patrimonju.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Madankollu, kif tenfasizza l-qorti tar-rinviju, xorta waħda jibqa’ l-fatt li l-ftuħ ta’ proċedura sekondarja, li, inkonformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regolament, għandha tkun proċedura ta’ stralċ, jista’ jmur kontra l-għan segwit minn proċedura prinċipali ta’ natura protettiva.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, għandu jiġi osservat li r-Regolament jipprevedi ċertu numru ta’ regoli imperattivi dwar il-koordinazzjoni maħsuba sabiex tiġi żgurata, kif tindika l-premessa 12 tiegħu, l-unità neċessarja fi ħdan il-Komunità. F’din is-sistema, kif tippreċiża l-premessa 20 tar-Regolament, il-proċedura prinċipali għandha, meta mqabbla mal-proċedura sekondarja, rwol predominanti.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-likwidatur fil-proċedura prinċipali għandu ċerti prerogattivi li jagħtuh il-possibbiltà jeżerċita influwenza fuq il-proċedura sekondarja b’tali mod li din tal-aħħar ma tipperikolax l-għan protettiv tal-proċedura prinċipali. Skont l-Artikolu 33(1) tar-Regolament, dan il-likwidatur jista’ jitlob is-sospensjoni tal-operazzjonijiet ta’ likwidazzjoni għal perijodu li għalkemm huwa limitat għal tliet xhur jista’ jiġi estiż jew imġedded għal perijodi oħra tal-istess tul. Skont l-Artikolu 34(1) tal-istess regolament, il-likwidatur fil-proċedura prinċipali jista’ jipproponi li l-proċedura sekondarja tingħalaq permezz ta’ pjan ta’ rkupru, kompożizzjoni jew miżura simili. Matul il-perijodu ta’ sospsensjoni previst<?PAGE NO="11"?> fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament, huma biss il-likwidatur fil-proċedura prinċipali, jew id-debitur bil-kunsens tal-likwidatur, li jistgħu, skont l-Artikolu 34(3) tar-regolament imsemmi, jagħmlu tali proposta.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) UE, il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni tiftaħ proċedura sekondarja għandha, fl-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, tieħu inkunsiderazzjoni l-għanijiet tal-proċedura prinċipali u l-istruttura tar-Regolament, li huwa intiż, kif tfakkar fil-punti 45 u 60 ta’ din is-sentenza, li jiżgura li l-proċeduri ta’ insolvenza transkonfinali joperaw b’effiċjenza u b’effettività permezz ta’ koordinazzjoni imperattiva bejn il-proċedura prinċipali u dik sekondarja li tiggarantixxi s-supremazija tal-proċedura prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għat-tielet domanda hija li l-Artikolu 27 tar-Regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti l-ftuħ ta’ proċedura sekondarja ta’ insolvenza fl-Istat Membru fejn ikun jinsab stabbiliment tad-debitur f’sitwazzjoni fejn il-proċedura prinċipali jkollha għan protettiv. Il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni tiftaħ proċedura sekondarja għandha, filwaqt li tosserva l-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, tieħu inkunsiderazzjoni l-għanijiet tal-proċedura prinċipali u l-istruttura tar-Regolament.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tixtieq tkun taf jekk l-Artikolu 27 tar-Regolament għandux jiġi interpretat fis-sens li l-qorti li quddiemha titressaq talba għall-ftuħ ta’ proċedura sekondarja ta’ insolvenza ma tistax teżamina l-istat ta’ insolvenza tad-debitur li fil-konfront tiegħu tkun infetħet proċedura prinċipali fi Stat Membru ieħor, lanqas jekk din il-proċedura tal-aħħar ikollha għan protettiv.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 27 tar-Regolament, il-ftuħ ta’ proċedura prinċipali ta’ insolvenza fi Stat Membru <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>għandu jippermetti l-ftuħ<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> ta’ proċedura sekondarja fi Stat Membru ieħor li fit-territorju tiegħu d-debitur ikollu stabbiliment, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>mingħajr ma l-falliment tad-debitur ikun eżaminat fl-Istat l-ieħor<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Kif tirrikonoxxi l-Avukat Ġenerali fil-punt 75 tal-konklużjonijiet tagħha, il-formulazzjoni użata għandha ċerta ambigwità fir-rigward tal-kwistjoni jekk, meta tinfetaħ tali proċedura, l-eżami tal-istat ta’ insolvenza tad-debitur ma huwiex neċessarju, għalkemm jibqa’ possibbli, jew inkella jekk tali eżami ma huwiex awtorizzat.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-formulazzjoni użata fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 27 tar-Regolament għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-istruttura ġenerali u tal-għan tar-Regolament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<DATE ISO="19800619">19 ta’ Ġunju 1980</DATE>, Roudolff, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="803/79" PAGE.ECR="2015" YEAR="1980">803/79, Ġabra p. 2015</REF.DOC.ECR>, punt 7).</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, għandu jitfakkar li, kif ġie deċiż fil-punt 32 ta’ din is-sentenza, ir-Regolament japplika biss għall-proċeduri bbażati fuq l-insolvenza. Fir-rigward tal-kriterji li jippermettu li tiġi kkonstatata realment l-eżistenza ta’ tali sitwazzjoni, ir-Regolament ma jipprovdix definizzjoni tal-kunċett ta’ insolvenza iżda jagħmel rinviju għad-dritt nazzjonali. Minn dan isegwi li sabiex tinfetaħ proċedura prinċipali huwa meħtieġ li l-qorti li jkollha ġurisdizzjoni tivverifika minn qabel l-istat ta’ insolvenza tad-debitur fid-dawl tad-dritt nazzjonali tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li, skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament, il-proċedura prinċipali ta’ insolvenza miftuħa fi Stat Membru għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri kollha malli din il-proċedura tipproduċi l-effetti tagħha fl-Istat fejn tinfetaħ.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, kif sostnew il-Gvern Spanjol u dak Franċiż, l-evalwazzjoni magħmula dwar l-istat ta’ insolvenza tad-debitur mill-qorti li jkollha ġurisdizzjoni tiftaħ il-proċedura prinċipali torbot lill-qrati li quddiemhom eventwalment titressaq talba għall-ftuħ ta’ proċedura sekondarja.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija l-unika interpretazzjoni ta’ natura li tevita d-diffikultajiet inevitabbli li jirriżultaw, fin-nuqqas ta’ definizzjoni tal-kunċett ta’ insolvenza fir-Regolament, mill-applikazzjoni minn qrati differenti ta’ modi nazzjonali differenti ta’ kif jinftiehem il-kunċett ta’ insolvenza. Barra minn hekk, kif osserva l-Gvern Franċiż, l-insolvenza għandha tkun is-suġġett ta’ evalwazzjoni ġenerali, fid-dawl tas-sitwazzjoni patrimonjali tad-debitur kif din tirriżulta b’mod globali fl-Istati Membri kollha, u mhux is-suġġett ta’ evalwazzjonijiet iżolati u limitati għat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ assi li jkunu jinsabu f’territorju partikolari.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Id-differenzi fl-evalwazzjoni minn qorti għall-oħra jkunu inkompatibbli mal-għan li l-proċeduri ta’ insolvenza transkonfinali joperaw b’effiċjenza u b’effettività, għan li r-Regolament jixtieq jilħaq permezz tal-koordinazzjoni tal-proċedura prinċipali u dik sekondarja filwaqt li tiġi osservata s-supremazija tal-proċedura prinċipali. F’dan id-dawl, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-punt 58 ta’ din is-sentenza, għalkemm il-ftuħ ta’ proċedura sekondarja jista’ jintalab, b’mod partikolari, minn kredituri lokali, din il-proċedura tista’ tintalab ukoll mil-likwidatur fil-proċedura prinċipali fl-interess ta’ amministrazzjoni iktar effikaċi tal-patrimonju tad-debitur.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li, meta tislet il-konsegwenzi tal-konstatazzjoni tal-insolvenza magħmula fil-kuntest tal-proċedura prinċipali, il-qorti li quddiemha titressaq talba għall-ftuħ ta’ proċedura sekondarja għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-għanijiet tal-proċedura prinċipali msemmija u l-istruttura tar-Regolament kif ukoll il-prinċipji li fuqhom huwa bbażat.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda hija li l-Artikolu 27 tar-Regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti li quddiemha titressaq talba għall-ftuħ ta’ proċedura sekondarja ta’ insolvenza ma tistax teżamina l-istat ta’ insolvenza tad-debitur li fil-konfront tiegħu tkun infetħet proċedura prinċipali fi Stat Membru, lanqas jekk din il-proċedura tal-aħħar ikollha għan protettiv.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4(2)(j) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-<DATE ISO="20000529">29 ta’ Mejju 2000</DATE>, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza], kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 788/2008, tal-<DATE ISO="20080724">24 ta’ Lulju 2008</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa d-dritt nazzjonali tal-Istat Membru fejn tinfetaħ il-proċedura ta’ insolvenza li għandu jiddetermina l-mument li fih tingħalaq din il-proċedura.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 1346/2000, kif emendat bir-Regolament Nru 788/2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti l-ftuħ ta’ proċedura sekondarja ta’ insolvenza fl-Istat Membru fejn ikun jinsab stabbiliment tad-debitur f’sitwazzjoni fejn il-proċedura prinċipali jkollha għan protettiv. Il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni tiftaħ proċedura sekondarja għandha, filwaqt li tosserva l-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, tieħu inkunsiderazzjoni l-għanijiet tal-proċedura prinċipali u l-istruttura tar-Regolament.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="13"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 1346/2000, kif emendat bir-Regolament Nru 788/2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti li quddiemha titressaq talba għall-ftuħ ta’ proċedura sekondarja ta’ insolvenza ma tistax teżamina l-istat ta’ insolvenza tad-debitur li fil-konfront tiegħu tkun infetħet proċedura prinċipali fi Stat Membru, lanqas jekk din il-proċedura tal-aħħar ikollha għan protettiv.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>