European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/3010

3.6.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12440 – BMWE / BMVG / KFW / GIAT / KNDS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/3010)

1.   

Fil-21 ta’ Mejju 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Kreditanstalt für Wiederaufbau (“KfW”, il-Ġermanja), proprjetà tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tal-Istati Federali Ġermaniżi, u, għat-tranżazzjoni proposta, li taġixxi abbażi ta’ Mandat Federali Speċjali f’isem il-Ministeru Ġermaniż għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Enerġija (“BMWE”) li għandu jiġi eżerċitat bil-qbil tal-Ministeru Federali Ġermaniż għad-Difiża (“BMVg”),

—

GIAT Industries S.A.S. (“GIAT”, Franza), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata unikament mill-Istat Franċiż,

—

KNDS N.V. (“KNDS”, in-Netherlands), li bħalissa hija kkontrollata b’mod konġunt minn GIAT u Wegmann & Co. GmbH (il-Ġermanja).

BMWE u BMVg permezz ta’ KfW u GIAT se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ KNDS.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

KfW huwa l-bank promozzjonali nazzjonali tal-Ġermanja, li jiffoka fuq il-promozzjoni tat-titjib tal-kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali fil-Ġermanja. BMWE u BMVg huma ministeri Federali Ġermaniżi,

—

GIAT hija kumpanija azzjonarja miżmuma fl-aħħar mill-aħħar mill-Istat Franċiż.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża KNDS huma dawn li ġejjin: l-iżvilupp, il-manifattura u l-appoġġ ta’ portafoll ta’ prodott li jvarja minn vetturi bir-roti bi protezzjoni elevata għal sistemi kontra l-inġenji tal-ajru u tal-artillerija u karrijiet armati ewlenin, vetturi għall-ġlied tal-infanterija u sistemi ta’ tqegħid ta’ pontijiet.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12440 — BMWE / BMVG / KFW / GIAT / KNDS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3010/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)