<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-488/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0488</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:956">EU:C:2021:956</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20211125">25.11.2021</DATE> – Kawża C‑488/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Delfarma</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20211125">25 ta’ Novembru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 34 u 36 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-merkanzija</KEYWORD><KEYWORD>Miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem</KEYWORD><KEYWORD>Importazzjoni parallela ta’ prodotti mediċinali</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-iskadenza <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> tal-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela sena wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali ta’ riferiment</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/83/KE</KEYWORD><KEYWORD>Farmakoviġilanza</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑488/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie (il-Qorti Amministrattiva Provinċjali ta’ Varsavja, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20200909">9 ta’ Settembru 2020</DATE>, li waslet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20201002">2 ta’ Ottubru 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Delfarma sp. z o.o.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Prezes Urzędu Rejestracji Produktów Leczniczych, Wyrobów Medycznych i Produktów Biobójczych,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal, Presidenta tat-Tieni Awla, li qiegħda taġixxi bħala President tat-Tielet Awla, J. Passer, F. Biltgen, L. S. Rossi u N. Wahl (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas‑<DATE ISO="20210707">7 ta’ Lulju 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Delfarma sp. z o.o., minn J. Dudzik, radca prawny,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, T. Lisiewski u M. Wiącek, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn D. Klebs, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn K. Herrmann u L. Haasbeek kif ukoll minn A. Sipos, F. Thiran u Ł. Habiak, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 34 u 36 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Delfarma sp. z o.o. u l-Prezes Urzędu Rejestracji Produktów Leczniczych, Wyrobów Medycznych i Produktów Biobójczych (il-President tal-Uffiċċju għall-Prodotti Mediċinali, il-Mezzi Mediċi u l-Prodotti Bijoċidali, il-Polonja) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>President tal-Uffiċċju<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) dwar deċiżjoni li tikkonstata l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela ta’ prodott mediċinali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2001/83/KE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-punt 28d tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE> dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27 p. 69), kif emendata bid-Direttiva 2012/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 299, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Direttiva 2001/83<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>sistema ta’ farmakoviġilanza<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> hija ddefinita bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>sistema użata mid-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u mill-Istati Membri biex jitwettqu l-kompiti u r-responsabbiltajiet imniżżla fit-Titolu IX u mfassla biex tissorvelja s-sikurezza tal-prodotti mediċinali awtorizzati u biex tiżvela kwalunkwe bidla fil-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>It-Titolu IX tad-Direttiva 2001/83, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Farmakoviġilanza<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jinkludi l-Artikoli 101 sa 108 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 101 ta’ din id-direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="101.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom iħaddmu sistema ta’ farmakoviġilanza għat-twettiq tal-kompiti ta’ farmakoviġilanza tagħhom u għas-sehem tagħhom fl-attivitajiet tal-Unjoni ta’ farmakoviġilanza.</ALINEA><ALINEA>Is-sistema ta’ farmakoviġilanza għandha tintuża biex tiġbor it-tagħrif dwar ir-riskji tal-prodotti mediċinali fir-rigward tas-saħħa pubblika jew dik tal-pazjenti. It-tagħrif għandu jirreferi partikolarment għal reazzjonijiet ħżiena fil-bniedem, li jiġu mill-użu tal-prodott mediċinali fi ħdan<?PAGE NO="3"?> il-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq kif ukoll minn użu barra t-termini tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, u minn reazzjonijiet ħżiena assoċjati mal-espożizzjoni fuq ix-xogħol.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="101.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom permezz tas-sistema ta’ farmakoviġilanza msemmija fil-paragrafu 1 jivvalutaw it-tagħrif kollu xjentifikament, iqisu l-għażliet għat-tnaqqis tar-riskju u l-prevenzjoni u jieħdu azzjoni regolatorja dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq kif meħtieġ. […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 104 tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="104.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jħaddem sistema ta’ farmakoviġilanza għat-twettiq tal-kompiti tiegħu ta’ farmakoviġilanza ekwivalenti għas-sistema ta’ farmakoviġilanza rilevanti tal-Istat Membru prevista fl-Artikolu 101(1).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="104.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-detenturi ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandhom permezz tas-sistema ta’ farmakoviġilanza msemmija fil-paragrafu 1 jivvalutaw it-tagħrif kollu xjentifikament, iqisu l-għażliet għat-tnaqqis tar-riskju u l-prevenzjoni u jieħdu miżuri xierqa kif meħtieġ.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="104.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bħala parti mis-sistema ta’ farmakoviġilanza, id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għandu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jkollu permanentement u kontinwament għad-dispożizzjoni tiegħu persuna responsabbli għall-farmakoviġilanza kkwalifikata kif xieraq;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>iżomm u jagħmel disponibbli fuq talba master fajl tas-sistema ta’ farmakoviġilanza;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>iħaddem sistema tal-ġestjoni tar-riskju għal kull prodott mediċinali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>jissorvelja r-riżultat tal-miżuri tal-minimizzazzjoni tar-riskju li jinsabu fil-pjan tal-ġestjoni tar-riskju jew li huma stipulati bħala kondizzjonijiet fl-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont l-Artikoli 21a, 22 jew 22a;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>jaġġorna s-sistema tal-ġestjoni tar-riskju u jissorvelja d-data ta’ farmakoviġilanza biex jiddetermina jekk hemmx xi riskji ġodda jew inbidlux ir-riskji jew jekk hemmx xi bidliet fil-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodotti mediċinali.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-ewwel u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 107(3) tad-Direttiva 2001/83:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Id-detenturi ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandhom iressqu elettronikament fil-bażi tad-data u fin-netwerk tal-ipproċessar tad-data msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229)] (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>database Eudravigilance<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) it-tagħrif dwar ir-reazzjonijiet ħżiena suspettati kollha serji li seħħew fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi fi żmien 15-il jum wara l-jum li fih id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ikkonċernat ikun ġie mgħarraf b’dan.</ALINEA><?PAGE NO="4"?><ALINEA>Id-detenturi ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandhom jippreżentaw elettronikament lill-bażi tad-data Eudravigilance informazzjoni dwar reazzjonijiet ħżiena suspettati u mhux serji li jkunu seħħew fl-Unjoni, fi żmien 90 jum wara l-jum li fih id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ikkonċernat ikun ġie mgħarraf b’dan.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 107a(1) u (4) ta’ din id-direttiva jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="107A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stati Membru għandu jirreġistra r-reazzjonijiet kollha ħżiena suspettati li jseħħu fit-territorju tiegħu li jinġiebu għall-attenzjoni tiegħu mill-professjonisti għall-kura tas-saħħa u mill-pazjenti. L-Istati Membri għandhom, kif xieraq, jinvolvu lill-pazjenti u lill-professjonisti fil-kura tas-saħħa fis-segwitu ta’ kwalunkwe rapport li jirċievu sabiex jikkonformaw mal-punti (c) u (e) tal-Artikolu 102.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li rapporti ta’ reazzjonijiet bħal dawn jistgħu jitressqu permezz tal-portali nazzjonali tal-Internet tal-mediċina jew b’mezzi oħra.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="107A.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom, fi żmien 15-il jum mill-wasla tar-rapporti dwar reazzjonijiet ħżiena suspettati serji msemmija fil-paragrafu 1, iressqu r-rapporti elettronikament fil-bażi tad-data Eudravigilance.</ALINEA><ALINEA>Huma għandhom, fi żmien 90-il jum wara l-wasla tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 1, iressqu rapporti dwar reazzjonijiet ħżiena suspettati mhux serji elettronikament fil-bażi ta’ data Eudravigilance.</ALINEA><ALINEA>Id-detenturi ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandhom jaċċessaw dawn ir-rapporti permezz tal-bażi ta’ data Eudravigilance.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 107b(1) u (2) tal-imsemmija direttiva jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="107B.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jressaq quddiem l-[Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)] rapporti perjodiċi ta’ aġġornament dwar is-sikurezza li fihom:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>sommarji tad-data rilevanti għall-benefiċċji u r-riskji tal-prodott mediċinali, inklużi r-riżultati tal-istudji kollha b’kunsiderazzjoni tal-impatt potenzjali tagħhom fuq l-awtortizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>evalwazzjoni xjentifika tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali;;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>id-data kollha relatata mal-volum ta’ bejgħ tal-prodott mediċinali u kwalunkwe data fil-pussess tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq relatata mal-volum tal-preskrizzjonijiet inkluża stima tal-popolazzjoni esposta għall-prodott mediċinali.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>L-evalwazzjoni msemmija fil-punt (b) għandha tkun imsejsa fuq id-data kollha disponibbli, inkluża d-data minn testijiet kliniċi fl-indikazzjonijiet mhux awtorizzati u popolazzjonijiet.</P><P>Ir-rapporti perjodi ta’ aġġornament dwar is-sikurezza għandhom jitressqu elettronikament.</P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="107B.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-[EMA] għandha tagħmel ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, għall-membri tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza, għall-Kumitat tal-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem u għall-grupp ta’ koordinazzjoni permezz tar-repożitorju msemmi fl-Artikolu 25a tar-Regolament (KE) Nru 726/2004.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 107h(1) tad-Direttiva 2001/83 jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Fir-rigward ta’ prodotti mediċinali awtorizzati skont din id-Direttiva, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f’kollaborazzjoni mal-[EMA] għandhom jieħdu l-miżuri li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>is-sorveljanza tad-data fil-bażi tad-data Eudravigilance biex ikun jista’ jiġi ddeterminat jekk hemmx riskji ġodda jew jekk ir-riskji nbidlux u jekk dawk ir-riskji għandhom impatt fuq il-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikoli 107(i), 107(j) u 107(k) tal-imsemmija direttiva jistabbilixxu proċedura b’urġenza fi ħdan l-Unjoni. Din il-proċedura għandha tinbeda meta Stat Membru jew il-Kummissjoni Ewropea, abbażi ta’ preokkupazzjonijiet li jirriżultaw mill-evalwazzjoni ta’ data minn attivitajiet ta’ farmakoviġilanza, jipprevedu li jadottaw miżuri relatati ma’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>ATS<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>). L-Istati Membri l-oħra, l-EMA u, jekk ikun il-każ, il-Kummissjoni għandhom jiġu informati bil-miżuri previsti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 726/2004</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 726/2004, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1235/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑<DATE ISO="20101215">15 ta’ Diċembru 2010</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="348" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 348, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" PAGE.FIRST="138" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 201, p. 138</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Regolament Nru 726/2004<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="024.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-[EMA] għandha, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri u l-Kummissjoni tistabbilixxi u żżomm bażi ta’ data u netwerk ta’ proċessar ta’ data (minn hawn ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>bażi ta’ data tal-Eudraviġilanza<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/>) biex tinġabar informazzjoni dwar il-farmakoviġilanza ta’ prodotti mediċinali awtorizzati fl-Unjoni u li jippermettu aċċess lill-awtoritajiet kompetenti għal dik l-informazzjoni simultanjament u biex jaqsmuha.</ALINEA><ALINEA>Il-bażi ta’ data tal-Eudraviġilanza għandu jkollha informazzjoni dwar reazzjonijiet ħżiena suspettati fil-bnedmin ġejjin mill-użu tal-prodott mediċinali fi ħdan it-termini tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq kif ukoll minn użu barra t-termini tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, u dwar dawk li jinqalgħu matul l-istudji ta’ wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali jew assoċjati mal-espożizzjoni fuq ix-xogħol.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-[EMA] għandha, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri u mal-Kummissjoni, tfassal l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali għad-database Eudraviġilanza, flimkien ma’ skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tagħhom.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Il-bażi ta’ data tal-Eudraviġilanza għandu jkun aċċessibbli b’mod sħiħ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mill-Aġenzija u l-Kummissjoni. Għandha tkun aċċessibbli wkoll<?PAGE NO="6"?> għad-detenturi ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq sal-punt neċessarju għalihom biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom tal-farmakoviġilanza.</ALINEA><ALINEA>L-[EMA] għandha tiżgura li l-professjonisti tal-kura tas-saħħa u l-pubbliku jkollhom livelli xierqa ta’ aċċess għall-bażi ta’ data tal-Eudraviġilanza, filwaqt li tiggarantixxil-protezzjoni tad-data personali. L-[EMA] għandha taħdem flimkien mal-partijiet interessati kollha, inklużi l-istituzzjonijiet tar-riċerka, il-professjonisti tal-kura tas-saħħa u l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u tal-konsumaturi, sabiex jiġi definit il-<QUOT.START CODE="2019" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>livell xieraq ta’ aċċess<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/> tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa u tal-pubbliku għall-bażi ta’ data tal-Eudraviġilanza.</ALINEA><ALINEA>Id-data miżmuma fuq il-bażi ta’ data tal-Eudraviġilanza għandha ssir aċċessibbli pubblikament f’format aggregat flimkien ma’ spjegazzjoni ta’ kif għandha tiġi interpretata d-data.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-[EMA] għandha, f’kollaborazzjoni jew mad-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jew mal-Istat Membru li jkun ippreżenta rapport individwali dwar reazzjonijiet ħżiena suspettati lill-bażi ta’ data tal-Eudraviġilanza, tkun responsabbli għal proċeduri ta’ operazzjoni li jiżguraw il-kwalità u l-integrità tal-informazzjoni miġbura fil-bażi ta’ data tal-Eudraviġilanza.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Rapporti u segwiti individwali dwar reazzjonijiet ħżiena suspettati mdaħħla fil-bażi ta’ data tal-Eudraviġilanza minn detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għandhom jiġu trażmessi elettronikament, meta jaslu, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun seħħet ir-reazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 25a ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>L-[EMA] għandha, f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u l-Kummissjoni, tistabbilixxi u tieħu ħsieb iżżomm repożitorju għar-rapporti perjodiċi ta’ aġġornament dwar is-sikurezza (minn hawn ’il quddiem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ir-repożitarju<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/>) u r-rapporti ta’ valutazzjoni korrispondenti sabiex ikunu aċċessibbli għalkollox u b’mod permanenti għall-Kummissjoni, għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, għall-Kumitat dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Farmakoviġilanza, għall-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem u għall-grupp ta’ koordinazzjoni skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2001/83/KE (minn hawn ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>grupp ta’ koordinazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/>).<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 28a(3) tal-imsemmija direttiva jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>L-[EMA] u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u d-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandhom jinfurmaw lil xulxin fil-każ li jiġu llokalizzati riskji ġodda jew riskji li nbidlu jew bidliet għall-bilanċ tar-riskji meta mqabbla mal-benefiċċji.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 520/2012</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 25 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 520/2012 tad‑<DATE ISO="20120619">19 ta’ Ġunju 2012</DATE> dwar it-twettiq tal-attivitajiet ta’ farmakoviġilanza stipulati mir-Regolament Nru 726/2004 u mid-Direttiva 2001/83 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="159" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 159, p. 5</REF.DOC.OJ>), jipprevedi li, għall-klassifikazzjoni, l-irkupru, il-preżentazzjoni, l-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji u l-benefiċċji, l-iskambju u l-komunikazzjoni elettroniċi ta’ informazzjoni tal-farmakoviġilanza u tal-prodotti mediċinali, l-Istati Membri, l-EMA u d-detenturi tal-ATS għandhom japplikaw it-terminoloġija rrikonoxxuti internazzjonalment.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Pollakk</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-punt 7b tal-Artikolu 2 tal-Ustawa – Prawo farmaceutyczne (il-Liġi dwar id-Dritt Farmaċewtiku), tas‑<DATE ISO="20010906">6 ta’ Settembru 2001</DATE> (Dz. U. ta’ 2020, intestatura 944, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Liġi dwar il-Prodotti Mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>) jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>importazzjoni parallela<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Il-kunċett ta’ importazzjoni parallela jirreferi għal kull attività, fis-sens tal-Artikolu 72(4), li tikkonsisti f’importazzjoni mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew mill-Istati li huma parti mill-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA) – partijiet fil-Ftehim dwar ż-Żona Ekonomika Ewropea, ta’ prodott mediċinali li b’mod kumulattiv jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-prodott mediċinali importat għandu l-istess sustanza attiva (sustanzi attivi), minn tal-inqas l-istess indikazzjonijiet sat-tielet livell tal-kodiċi ATC/ATCVet (il-Kodiċi ta’ Klassifikazzjoni Internazzjonali Anatomiku, Terapewtiku u Kimiku tal-Prodotti Mediċinali jew il-Kodiċi ta’ Klassifikazzjoni Internazzjonali Anatomiku, Terapewtiku u Kimiku tal-Prodotti Mediċinali Veterinarji), kif ukoll l-istess doża, l-istess metodu ta’ amministrazzjoni u l-istess forma bħal prodott mediċinali awtorizzat fis-suq fit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja jew forma simili, li ma jagħtix lok għal differenzi terapewtiċi meta mqabbel mal-prodott mediċinali awtorizzat fis-suq fit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-prodott mediċinali importat u l-prodott mediċinali awtorizzat fis-suq fit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja huma simultanjament prodotti mediċinali ta’ riferiment jew prodotti ekwivalenti ta’ prodotti mediċinali ta’ riferiment, rispettivament fi ħdan l-Istat li minnu jiġi importat il-prodott mediċinali u fit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 21a(3a) tal-Liġi dwar il-Prodotti Mediċinali jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>L-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela tiskadi wara terminu ta’ sena mid-data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq fit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja, u f’każ ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali fl-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea jew fl-Istat Membru tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA) – parti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li minnha l-prodott mediċinali jkun is-suġġett ta’ importazzjoni parallela, tiskadi fid-data ta’ skadenza ta’ din l-awtorizzazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 33a ta’ din il-liġi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="033A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtorizzazzjoni [ta’ tqegħid fis-suq] tiskadi meta:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>l-operatur responsabbli ma jqigħedx il-prodott mediċinali fis-suq f’terminu ta’ tliet snin mid-data minn meta tinkiseb l-awtorizzazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>il-prodott mediċinali ma jkunx tqiegħed fis-suq matul tliet snin konsekuttivi.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="033A.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għal raġunijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika u, fil-każ ta’ prodott mediċinali veterinarju, għal raġunijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew ta’ protezzjoni tal-ambjent u f’każ ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali, b’mod partikolari meta qorti tagħti digriet ta’ natura provviżorja li jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali, il-President tal-Uffiċċju jista’, fuq talba tal-operatur responsabbli, iżomm, permezz ta’ deċiżjoni, il-validità tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Delfarma hija impriża li teżerċita attività ta’ importazzjoni parallela ta’ prodotti mediċinali fis-suq Pollakk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Awtorizzazzjoni għall-importazzjoni parallela, mir-Repubblika Ċeka, tal-prodott mediċinali Ribomunyl, granuli għal soluzzjoni orali, 0.750 mg + 1.125 mg, inħarġet lil Delfarma permezz ta’ deċiżjoni tal-Ministru Pollakk għas-Saħħa tas‑<DATE ISO="20110127">27 ta’ Jannar 2011</DATE>, u sussegwentement estiża permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Uffiċċju tal‑<DATE ISO="20160115">15 ta’ Jannar 2016</DATE>. Din l-awtorizzazzjoni kienet inħarġet abbażi ta’ ATS, għat-territorju tar-Repubblika tal-Polonja, tal-prodott mediċinali ta’ riferiment Ribomunyl.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Peress li din l-ATS skadiet fil‑<DATE ISO="20180925">25 ta’ Settembru 2018</DATE>, il-President tal-Uffiċċju, permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20190924">24 ta’ Settembru 2019</DATE>, ikkonstata, abbażi tal-Artikolu 21a(3a) tal-Liġi dwar il-Prodotti Mediċinali, l-iskadenza, mill‑<DATE ISO="20190925">25 ta’ Settembru 2019</DATE>, tal-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela tal-prodott mediċinali Ribomunyl.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Din id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata, bi tweġiba għal talba għal eżami mill-ġdid imressqa minn Delfarma, permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20191118">18 ta’ Novembru 2019</DATE> tal-President tal-Uffiċċju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Delfarma ppreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju billi sostniet, essenzjalment, li l-imsemmija deċiżjoni kienet tikser l-Artikoli 34 u 36 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li l-interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet mill-Qorti tal-Ġustizzja hija neċessarja sabiex jiġi stabbilit jekk l-iskadenza <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> ta’ awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela wara terminu ta’ sena mid-data ta’ skadenza tal-ATS ta’ riferiment, li abbażi tagħha kienet inħarġet din l-awtorizzazzjoni, hijiex konformi mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Din il-qorti tindika li għandha dubji serji f’dan ir-rigward. Fil-fatt, in-natura awtomatika tal-iskadenza ta’ awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela minħabba l-iskadenza tal-ATS ta’ riferiment, prevista minn din il-liġi, tista’ titqies li tmur kontra żewġ rekwiżiti stabbiliti mis-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020910">10 ta’ Settembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Ferring</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑172/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:474">EU:C:2002:474</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030508">8 ta’ Mejju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Paranova Läkemedel <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑15/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:256">EU:C:2003:256</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030508">8 ta’ Mejju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Paranova</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑113/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:258">EU:C:2003:258</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), l-ewwel jirrigwarda l-eżami individwali tar-raġunijiet li wasslu għat-tmiem ta’ validità ta’ awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela u, it-tieni, fuq it-teħid inkunsiderazzjoni tar-raġunijiet ta’ natura li jiġġustifikaw iż-żamma tal-prodott mediċinali fis-suq, minkejja t-tmiem ta’ validità tal-ATS ta’ riferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, peress li l-prodotti mediċinali huma merkanzija ta’ natura partikolari, l-għan ta’ protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-persuni jista’ jiġġustifika tali natura awtomatika. F’dan ir-rigward hija tinvoka l-argument tal-President tal-Uffiċċju li ż-żamma fis-suq ta’ prodott mediċinali, meta ebda operatur ma huwa obbligat li jaġġorna d-data dwar ir-riskji marbuta mal-użu tiegħu, tippreġudika dan l-għan.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Huwa f’dawn ċirkustanzi li l-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie (il-Qorti Amministrattiva Provinċjali ta’ Varsavja, il-Polonja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 34 TFUE jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li skontha awtorizzazzjoni għal importazzjoni parallela tiskadi wara d-dekorrenza ta’ sena minn jum l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali ta’ referenza?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-Artikoli 34 u 36 TFUE awtorità nazzjonali tista’ tagħti deċiżjoni dikjaratorja li tipprevedi l-iskadenza ipso jure tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali f’sitwazzjoni ta’ importazzjoni parallela esklużivament minħabba d-dekorrenza tat-terminu stabbilit fil-leġiżlazzjoni, ikkalkolat mid-data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali ta’ referenza, mingħajr ma jiġu eżaminati r-raġunijiet għall-iskadenza ta’ dan il-prodott kif ukoll rekwiżiti oħra msemmija fl-Artikolu 36 TFUE dwar l-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-fatt li importaturi paralleli jiġu eżentati mill-obbligu li jissottomettu rapporti perjodiċi dwar is-sigurtà u, f’dan ir-rigward, l-awtorità kkonċernata ma jkollhiex data aġġornata dwar il-bilanċ bejn il-benefiċċji u r-riskju li jirriżulta mill-farmakoterapija, huwa biżżejjed għall-għoti ta’ deċiżjoni dikjaratorja li tipprevedi l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali f’sitwazzjoni ta’ importazzjoni parallela?<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tat-tliet domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 34 u 36 TFUE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-iskadenza <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> ta’ awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela ta’ prodotti mediċinali wara terminu ta’ sena mid-data ta’ skadenza, f’dan l-Istat Membru, tal-ATS ta’ riferiment mingħajr eżami ta’ eventwali riskju għas-saħħa u għall-ħajja tal-persuni. Din il-qorti tistaqsi wkoll dwar il-kwistjoni jekk il-fatt li l-importaturi paralleli huma eżentati mill-obbligu li jissottomettu rapporti perjodiċi dwar is-sigurtà huwiex element li jiġġustifika bħala tali l-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li tikkostitwixxi importazzjoni parallela ta’ prodott mediċinali sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li fiha prodott mediċinali li jibbenefika minn ATS fi Stat Membru jiġi importat fi Stat Membru ieħor li fih prodott mediċinali essenzjalment simili jkun diġà s-suġġett ta’ ATS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Peress li, f’tali sitwazzjoni, il-prodott mediċinali importat ma jistax jitqies bħala li tqiegħed għall-ewwel darba fis-suq fl-Istat Membru ta’ importazzjoni, tali sitwazzjoni ma taqax taħt id-Direttiva 2001/83. Min-naħa l-oħra, tali sitwazzjoni taqa’ taħt id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u, b’mod partikolari, taħt l-Artikoli 34 u 36 TFUE li, essenzjalment, jipprojbixxu lill-Istati Membri r-restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni kif ukoll il-miżuri kollha li jkollhom effett ekwivalenti, li madankollu jistgħu jkunu ġġustifikati, b’mod partikolari, minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni (ara, b’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201008">8 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>kohlpharma</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑602/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:804">EU:C:2020:804</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat jekk l-Artikolu 34 TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jitfakkar ukoll li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-waqfien awtomatiku tal-validità ta’ awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela minħabba l-irtirar tal-ATS ta’ riferiment tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-merkanzija li tmur kontra din id-dispożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020910">10 ta’ Settembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Ferring</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑172/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:474">EU:C:2002:474</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa, mill-Artikolu 21a(3a) tal-Liġi dwar il-Prodotti Mediċinali jirriżulta li, fil-Polonja, l-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela ta’ prodott mediċinali tiskadi <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> wara terminu ta’ sena mill-iskadenza tal-ATS ta’ riferiment f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Peress li din id-dispożizzjoni għandha bħala effett li tipprekludi b’mod awtomatiku l-importazzjoni fil-Polonja ta’ prodotti mediċinali importati b’mod parallel, hija tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-merkanzija fis-sens tal-Artikolu 34 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ġustifikazzjoni ta’ tali restrizzjoni, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela ta’ prodotti mediċinali tista’, għal raġunijiet ta’ natura ġenerali jew, f’każijiet konkreti, għal raġunijiet marbuta mal-protezzjoni tas-saħħa pubblika, tkun neċessarjament marbuta ma’ ATS ta’ riferiment, b’tali mod li l-irtirar tal-imsemmija ATS jista’ jiġġustifika l-irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030508">8 ta’ Mejju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Paranova Läkemedel <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑15/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:256">EU:C:2003:256</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Gvern Pollakk u dak Ġermaniż sostnew fl-osservazzjonijiet tagħhom li l-iskadenza tal-ATS ta’ riferiment iċċaħħad lill-awtorità nazzjonali responsabbli mill-farmakoviġilanza minn informazzjoni aġġornata li tikkonċerna l-kwalità, l-effikaċja u s-sigurtà tal-prodott mediċinali li huwa s-suġġett ta’ importazzjoni parallela u, b’mod partikolari, tipprekludi li din l-awtorità nazzjonali tkun tista’ ssir taf l-effetti mhux mixtieqa jew ikollha għarfien tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju ta’ dan il-prodott mediċinali. Il-Gvern Ġermaniż żied li, fl-assenza ta’ ATS ta’ riferiment, l-aġġornament ta’ dokumenti bħall-fuljett fil-pakkett tal-prodott mediċinali ma huwiex iktar iggarantit u ppreċiża li t-traduzzjoni, mill-importatur parallel, ta’ dawn id-dokumenti aġġornati mid-detentur tal-ATS fl-Istat Membru ta’ esportazzjoni ma tistax tikkumpensa din il-lakuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn dawn l-osservazzjonijiet jirriżulta li, skont dawn l-Istati Membri, dispożizzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha żewġ għanijiet. Minn naħa, din hija intiża sabiex tnaqqas il-piż amministrattiv u ekonomiku marbut mar-riċerka u mal-analiżi tal-informazzjoni aġġornata dwar il-prodotti mediċinali inkwistjoni li jaqgħu fuq l-awtorità nazzjonali responsabbli mill-farmakoviġilanza. Min-naħa l-oħra, hija intiża li tipproteġi s-saħħa u l-ħajja tal-persuni billi tipprekludi l-importazzjoni ta’ prodott mediċinali li l-fuljett fil-pakkett tiegħu ma jkunx aġġornat u li għalih tali informazzjoni tkun nieqsa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward u fl-ewwel lok, sa fejn din id-dispożizzjoni hija intiża sabiex tipproteġi s-saħħa u l-ħajja tal-persuni, għandu jitfakkar li, fost il-beni jew l-interessi protetti mill-Artikolu 36 TFUE, is-saħħa u l-ħajja tal-persuni jokkupaw l-ewwel post u li huma l-Istati Membri, fil-limiti imposti mit-Trattat FUE, li għandhom jiddeċiedu l-livell sa fejn jixtiequ jiżguraw il-protezzjoni tagħhom. Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita, miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni tista’ tiġi ġġustifikata, b’mod partikolari, minn raġunijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni, fis-sens ta’ dan l-artikolu, biss jekk din il-miżura<?PAGE NO="11"?> tkun adatta sabiex tiżgura t-twettiq tal-għan li għandu jintlaħaq u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan jintlaħaq (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190703">3 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Delfarma</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:556">EU:C:2019:556</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza wkoll stabbilita jirriżulta li l-prinċipju ta’ proporzjonalità li huwa l-bażi tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 36 TFUE jeżiġi li l-fakultà tal-Istati Membri li jipprojbixxu jew li jirrestrinġu l-importazzjonijiet tal-prodotti ta’ provenjenza minn Stati Membri oħra tkun limitata għal dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa leġittimament segwiti (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201008">8 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>ikohlpharma</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑602/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:804">EU:C:2020:804</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-każ, leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija adatta sabiex tiżgura l-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni. Fil-fatt, din il-leġiżlazzjoni tipprekludi l-importazzjoni parallela ta’ prodott mediċinali li n-nuqqas ta’ perikolu tiegħu ma għadux neċessarjament stabbilit, peress li l-iskadenza tal-ATS ta’ riferiment iċċaħħad lill-awtorità nazzjonali responsabbli mill-farmakoviġilanza minn sors ta’ informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ dan il-prodott mediċinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda n-natura proporzjonata ta’ tali leġiżlazzjoni, l-ewwel, għandu jitfakkar li, minn naħa, l-ATS ta’ riferiment tiskadi, skont l-Artikolu 33a tal-Liġi dwar il-Prodotti Mediċinali, meta l-operatur responsabbli ma jqigħedx il-prodott mediċinali fis-suq f’terminu ta’ tliet snin mid-data ta’ kisba tal-awtorizzazzjoni jew meta l-prodott mediċinali ma jkunx tqiegħed fis-suq matul tliet snin konsekuttivi, peress li l-fatt li dan il-prodott mediċinali ma jippreżenta ebda riskju għas-saħħa u għall-ħajja tal-persuni huwa irrilevanti f’dan ir-rigward. Min-naħa l-oħra, l-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela tiskadi <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> wara l-iskadenza tal-ATS ta’ riferiment ukoll mingħajr ma l-Artikolu 21a(3a) ta’ din il-liġi jobbliga lill-awtorità Pollakka kompetenti twettaq eżami individwali u konkret tar-riskji sanitarji li l-prodott mediċinali li huwa s-suġġett tal-importazzjoni parallela jista’ jippreżenta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Isegwi li l-iskadenza tal-ATS ta’ riferiment la hija bbażata fuq l-eżami tar-riskji konkreti għas-saħħa u għall-ħajja tal-persuni minħabba ż-żamma tal-prodott mediċinali fis-suq tal-Istat Membru ta’ importazzjoni u lanqas, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, fuq l-eżistenza ta’ tali riskji, b’tali mod li ma hemm ebda raġuni ta’ natura speċifika marbuta mal-protezzjoni tas-saħħa pubblika li teżiġi li l-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela ta’ prodotti mediċinali tiskadi <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> minħabba l-iskadenza tal-ATS ta’ riferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>It-tieni, huwa minnu li, fil-każ ta’ skadenza tal-ATS ta’ riferiment, l-awtorità nazzjonali responsabbli mill-farmakoviġilanza fl-Istat Membru ta’ importazzjoni hija mċaħħda minn sors sinjifikattiv ta’ informazzjoni u ta’ data rigward is-sigurtà tal-prodott mediċinali inkwistjoni. Fil-fatt, kif tenfasizza r-Repubblika tal-Polonja, fil-kuntest tas-sistema stabbilita mid-Direttiva 2001/83, is-sorveljanza eżerċitata minn din l-awtorità hija, fil-każ ta’ importazzjoni parallela, dipendenti fuq l-informazzjoni pprovduta mid-detentur tal-ATS ta’ riferiment li abbażi tagħha ngħatat l-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għalhekk, skont l-Artikolu 104 ta’ din id-direttiva, id-detentur ta’ ATS għandu jimplimenta sistema ta’ farmakoviġilanza. F’dan ir-rigward, huwa obbligat b’mod partikolari li jaġġorna s-sistema ta’ ġestjoni tar-riskji u li jissorvelja d-data ta’ farmakoviġilanza sabiex jidentifika riskji ġodda, tibdil fir-riskji eżistenti jew bidla fil-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodotti mediċinali. Barra minn hekk, id-detentur ta’ ATS għandu, skont l-Artikolu 107b tal-imsemmija<?PAGE NO="12"?> direttiva, jissottometti lill-EMA rapporti perjodiċi ta’ aġġornament dwar is-sigurtà li jinkludu b’mod partikolari evalwazzjoni xjentifika tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Sa fejn dawn l-obbligi jaqgħu fuq id-detentur tal-ATS ta’ riferiment u mhux fuq l-importatur parallel, fl-assenza ta’ ATS ta’ riferiment, l-awtorità nazzjonali responsabbli mill-farmakoviġilanza fl-Istat Membru ta’ importazzjoni la għandha dokumenti u lanqas data aġġornata dwar b’mod partikolari l-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju marbut mal-użu terapewtiku tal-prodott mediċinali f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Madankollu, tali ċirkustanza ma tikkostitwixxix raġuni ta’ natura ġenerali li tista’ tiġġustifika leġiżlazzjoni nazzjonali li, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tipprevedi l-iskadenza <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> tal-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela minħabba l-iskadenza tal-ATS ta’ riferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fil-fatt, anki fl-assenza ta’ ATS ta’ riferiment u, konsegwentement, ta’ dokumenti u ta’ data pprovduti mid-detentur ta’ din l-ATS, l-awtorità nazzjonali responsabbli mill-farmakoviġilanza tal-Istat Membru ta’ importazzjoni tista’ effettivament ikollha aċċess għall-informazzjoni neċessarja għall-eżerċizzju ta’ farmakoviġilanza xierqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, farmakoviġilanza li tosserva r-rekwiżiti li jirriżultaw mid-Direttiva 2001/83 tista’, normalment, tiġi żgurata għal prodotti mediċinali importati b’mod parallel permezz ta’ kollaborazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra permezz tal-aċċess għad-dokumenti u għad-data prodotti mill-manifattur fl-Istati Membri li fihom dan il-prodott mediċinali jkun għadu kkummerċjalizzat abbażi ta’ ATS li tkun għadha valida (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201008">8 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>kohlpharma</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑602/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:804">EU:C:2020:804</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għalhekk, l-informazzjoni aġġornata msemmija fil-punt 43 ta’ din is-sentenza hija aċċessibbli għall-awtorità nazzjonali responsabbli mill-farmakoviġilanza tal-Istat Membru ta’ importazzjoni fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. Fir-rigward tal-każ partikolari tal-Polonja, tali possibbiltà hija, skont l-indikazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, prevista mid-dritt Pollakk applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>L-awtorità nazzjonali responsabbli mill-farmakoviġilanza tal-Istat Membru ta’ importazzjoni għandha wkoll aċċess għal informazzjoni oħra relatata mal-prodott mediċinali importat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-fatt, meta l-prodott mediċinali inkwistjoni jkun għadu jiġi kkummerċjalizzat fi Stat Membru abbażi ta’ ATS li tkun għadha valida, din l-awtorità tista’ tikseb mingħand awtoritajiet nazzjonali oħra informazzjoni dwar ir-riskji ġodda, il-bidliet fir-riskji eżistenti jew il-modifiki tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju ta’ prodott mediċinali sa fejn l-Artikolu 28a(3) tar-Regolament Nru 726/2004 jobbliga lill-EMA, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u lid-detentur tal-ATS li jinformaw lil xulxin reċiprokament meta jiġu kkonstatati riskji ġodda, tibdil fir-riskji eżistenti jew tibdil fil-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>L-imsemmija awtorità jista’ jkollha wkoll aċċess għar-rapporti perjodiċi ta’ aġġornament dwar is-sigurtà. Fil-fatt, dawn ir-rapporti huma, skont l-Artikolu 107b(2) tad-Direttiva 2001/83 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 25a tar-Regolament Nru 726/2004, imqiegħda għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti permezz ta’ repożitorju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mid-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 107(3) u tal-Artikolu 107a(4) tad-Direttiva 2001/83 jirriżulta li l-effetti mhux mixtieqa tal-prodotti mediċinali indikati mid-detenturi ta’ ATS, mill-professjonisti tas-saħħa jew mill-pazjenti huma identifikati fid-database Eudravigilance, li hija, skont l-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 726/2004, kompletament aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar, minn naħa, li l-Artikolu 25 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 520/2012 jimponi fuq l-EMA, fuq l-Istati Membri u fuq id-detenturi ta’ ATS li jużaw ċerti terminoloġiji rrikonoxxuti fil-livell internazzjonali sabiex jikklassifikaw, jirkupraw jew jippreżentaw informazzjoni dwar il-farmakoviġilanza u l-prodotti mediċinali, jevalwaw il-benefiċċji u r-riskji li jirriżultaw minnhom, jiskambjawhom elettronikament u jittrażmettuhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 107(h)(1)(c) tad-Direttiva 2001/83 jobbliga lill-Istati Membri li jissorveljaw l-informazzjoni mdaħħla fid-database Eudravigilance sabiex jiġi ddeterminat jekk dehrux riskji ġodda, jekk ir-riskji eżistenti nbidlux u jekk dawn ir-riskji għandhomx impatt fuq il-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodotti mediċinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi enfasizzat li l-awtorità nazzjonali responsabbli mill-farmakoviġilanza tal-Istat Membru ta’ importazzjoni tiġi informata meta l-prodott mediċinali joħloq diffikultajiet serji fl-Istat Membru ta’ esportazzjoni jew fl-Istati Membri li fihom dan ikun għadu qiegħed jiġi kkummerċjalizzat abbażi ta’ ATS li tkun għadha valida. Fil-fatt, l-Artikoli 107(i), 107(j) u 107(k) tad-Direttiva 2001/83 stabbilixxew proċedura b’urġenza li tippermetti lill-Istati Membri kollha li jiġu informati fil-każ fejn prodott mediċinali joħloq diffikultajiet tali li miżuri relatati mal-ATS tiegħu huma previsti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fl-aħħar, kuntrarjament għal dak li jissuġġerixxi l-Gvern Ġermaniż, l-assenza ta’ ATS ta’ riferiment fl-Istat Membru ta’ importazzjoni ma għandhiex l-effett li tipprekludi l-aġġornament tal-fuljett fil-pakkett tal-prodott mediċinali li huwa s-suġġett ta’ importazzjonijiet paralleli. Fil-fatt, tali aġġornament ta’ dan id-dokument għandu jsir mid-detentur tal-ATS fl-Istat Membru ta’ esportazzjoni, peress li t-traduzzjoni hija ffaċilitata bl-użu tat-terminoloġiji msemmija fil-punt 53 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sa fejn il-prodott mediċinali inkwistjoni jintuża fl-Istat Membru ta’ importazzjoni għall-istess indikazzjoni jew indikazzjonijiet terapewtiċi bħal fl-Istat Membru ta’ esportazzjoni, l-awtorità nazzjonali responsabbli mill-farmakoviġilanza fl-Istat Membru ta’ importazzjoni għandha aċċess għall-informazzjoni aġġornata neċessarja għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha minkejja l-fatt li l-importaturi paralleli ma humiex obbligati li jissottomettu rapporti perjodiċi dwar is-sigurtà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Isegwi li l-iskadenza <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> tal-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela ta’ prodott mediċinali minħabba l-fatt biss tal-iskadenza tal-ATS ta’ riferiment, mingħajr eżami tar-riskji kkawżati minnu, tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jiġu protetti s-saħħa u l-ħajja tal-persuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, sa fejn din id-dispożizzjoni hija intiża sabiex tnaqqas il-piż amministrattiv u ekonomiku marbut mar-riċerka u mal-analiżi tal-informazzjoni dwar il-prodott mediċinali, li huwa obbligu tal-awtorità nazzjonali responsabbli mill-farmakoviġilanza, huwa biżżejjed li jitfakkar li l-Artikolu 36 TFUE ma jistax jiġi invokat sabiex jiġu ġġustifikati leġiżlazzjonijiet jew prattiki, anki jekk utli, iżda li l-elementi restrittivi tagħhom huma essenzjalment dovuti mix-xewqa li jitnaqqas il-piż amministrattiv jew in-nefqa pubblika, ħlief jekk, fin-nuqqas<?PAGE NO="14"?> tal-imsemmija leġiżlazzjonijiet jew prattiki, dan il-piż jew din in-nefqa jaqbżu manifestament il-limiti ta’ dak li jista’ jkun raġonevolment mistenni (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190703">3 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Delfarma</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:556">EU:C:2019:556</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Issa, fid-dawl tal-aċċessibbiltà tal-informazzjoni, enfasizzata fil-punti 47 sa 55 ta’ din is-sentenza, dan il-piż u din in-nefqa li tirriżulta minnu ma jaqbżux, anki meta diversi prodotti mediċinali jkunu s-suġġett ta’ importazzjonijiet paralleli, il-limiti ta’ dak li jista’ jiġi raġonevolment meħtieġ minn dawn l-awtoritajiet, li huma, hekk kif jirriżulta b’mod partikolari mill-Artikolu 101 tad-Direttiva 2001/83, responsabbli mill-farmakoviġilanza u garanti tas-sorveljanza tal-prodotti mediċinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li d-domandi preliminari għandhom jiġu risposti li l-Artikoli 34 u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-iskadenza <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT>, mingħajr eżami ta’ eventwali riskju għas-saħħa u għall-ħajja tal-persuni, ta’ awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela ta’ prodott mediċinali wara terminu ta’ sena mid-data ta’ skadenza tal-ATS ta’ riferiment. Il-fatt li l-importaturi paralleli huma eżentati mill-obbligu li jissottomettu rapporti perjodiċi dwar is-sigurtà ma huwiex element li jista’ jiġġustifika bħala tali l-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L‑Artikoli 34 u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-iskadenza <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT>, mingħajr eżami ta’ eventwali riskju għas-saħħa u għall-ħajja tal-persuni, ta’ awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela ta’ prodott mediċinali wara terminu ta’ sena mid-data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ riferiment. Il-fatt li l-importaturi paralleli huma eżentati mill-obbligu li jissottomettu rapporti perjodiċi dwar is-sigurtà ma huwiex element li jista’ jiġġustifika bħala tali l-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>