<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑272/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0272</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:993">EU:C:2016:993</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>tabonclcjeSENTENZA TAL-<DATE ISO="20161221">21.12.2016</DATE> – KAWŻA C-272/15</P><P>SWISS INTERNATIONAL AIR LINES</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/87/KE</KEYWORD><KEYWORD>Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ restituzzjoni tal-kwoti ta’ emissjonijiet li jirriżultaw minn titjiriet bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-parti l-kbira tal-pajjiżi terzi</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni Nru 377/2013/UE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1</KEYWORD><KEYWORD>Deroga temporanja</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni tat-titjiriet lejn u minn ajruporti li jinsabu fl-Isvizzera</KEYWORD><KEYWORD>Differenza fit-trattament bejn Stati terzi</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD><KEYWORD>Inapplikabbiltà</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-272/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, ippreżentata mill-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) [qorti tal-appell (l-Ingilterra u Wales) (Sezzjoni Ċivili), ir-Renju Unit], b’deċiżjoni tas-<DATE ISO="20150506">6 ta’ Mejju 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20150608">8 ta’ Ġunju 2015</DATE>, fil-kawża</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Swiss International Air Lines AG</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">The Secretary of State for Energy and Climate Change,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Environment Agency,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz (Relatur), President tal-Awla, E. Juhász, C. Vajda, K. Jürimäe u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: I. Illéssy, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20160504">4 ta’ Mejju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Swiss International Air Lines AG, minn J. Robinson u M. Croft, solicitors, D. Piccinin, barrister, u M. Chamberlain, QC,</P></ITEM><ITEM><P>għal The Secretary of State for Energy and Climate Change, minn N. Cohen, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Environment Agency, minn J. Welsh, solicitor,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn M. Holt, bħala aġent, assistit minn R. Palmer u J. Holmes, barristers,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Grasso, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Parlament Ewropew, minn J. Rodrigues, R. van de Westelaken u A. Tamás, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minn M. Simm u K. Michoel, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn K. Mifsud-Bonnici u E. White, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20160719">19 ta’ Lulju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-validità tad-Deċiżjoni Nru 377/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20130424">24 ta’ April 2013</DATE>, għal deroga temporanja mid-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="113" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 113, p. 1</REF.DOC.OJ>) fir-rigward tal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament u fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 340 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn Swiss International Air Lines AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Swiss International<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), minn naħa, u s-Secretary of State for Energy and Climate Change (Ministru tal-Enerġija u tal-Bidla fil-Klima, ir-Renju Unit) u l-Environment Agency (Aġenzija tal-Ambjent, ir-Renju Unit), min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-validità tad-Deċiżjoni Nru 377/2013 u tal-kumpens għall-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra restitwiti minn Swiss International għat-titjiriet lejn jew mill-Isvizzera operati matul l-2012.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2003/87</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑<DATE ISO="20031013">13 ta’ Ottubru 2003</DATE>, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631), kif emendata bid-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20081119">19 ta’ Novembru 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="008" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2009">ĠU 2009 L 8, p. 3</REF.DOC.OJ>), iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Direttiva 2003/87<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), tipprovdi fl-Artikolu 12(2a) tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-Istati Membri amministrattivi għandhom jiżguraw li, sat-30 ta’ April ta’ kull sena, kull operatur tal-inġenji tal-ajru jċedi numru ta’ kwoti ugwali għall-emissjonijiet totali matul is-sena kalendarja preċedenti minn attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li għalihom l-operatur huwa l-operatur tal-inġenji tal-ajru, kif verifikati skond l-Artikolu 15. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwoti ċeduti skond dan il-paragafu huma sussegewentement imħassra.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 ta’ din id-direttiva, intitolat, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Il-Penali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali li jistgħu jiġu applikati għall-kontravvenzjonijiet kontra d-disposizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-disposizzjonijiet lill-Kummissjoni u għandhom jinnotifikawha wkoll, mingħajr dewmien, b’kull emenda li taffettwahom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="016.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-operaturi u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jkunu qed jiksru r-rekwiżiti biex iċedu kwoti suffiċjenti skond din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="016.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru li ma jċedux kwoti suffiċjenti sat-30 ta’ April ta’ kull sena biex ikopri l-emissjonijet tiegħu ta’ matul is-sena preċedenti għandu jinżamm responsabbli għall-ħlas ta’ penali ta’ emissjonijiet żejda. Il-penali ta’ emissjonijiet żejda għandha tkun ta’ EUR 100 ghal kull tunellata ta’ dijossidu tal-karbonju ekwivalenti mitfugħa u li għalihom l-operatur ma jkunx ċeda kwoti. Il-ħlas tal-penali ta’ emissjonijiet żejda ma teħlisx lill-operatur mill-obbligu li jċedi ammont ta’ kwoti ekwivalenti ghal dawk l-emissjonijiet żejda meta dan ikun qed iċedi l-kwoti relattivi għas-sena ta’ wara.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Deċiżjoni Nru 377/2013</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessi 4 sa 6 u 9 tad-Deċiżjoni Nru 377/2013 huma redatti kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>(4)</NO.P><TXT>In-negozjati tal-ftehimiet kollha tal-Unjoni dwar l-avjazzjoni ma’ pajjiżi terzi għandu jkollhom l-għan li jissalvagwardjaw il-flessibbiltà tal-Unjoni li tieħu azzjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet ambjentali, inkluż fir-rigward ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tal-impatt tal-avjazzjoni fuq il-bidla fil-klima.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Sar progress fl-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) lejn l-adozzjoni, fit-38 sessjoni tal-Assemblea tal-ICAO li għandha ssir mit-24 ta’ Settembru sal-<DATE ISO="20131004">4 ta’ Ottubru 2013</DATE>, ta’ qafas globali għall-politika tat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jiffaċilita l-applikazzjoni ta’ miżuri bbażati fuq is-suq għall-emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali, u dwar l-iżvilupp ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>MBM<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>). Tali qafas jista’ jagħti kontribut sinifikanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali, reġjonali u globali ta’ CO2.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ffaċilitat dan il-progress u jingħata iktar momentum, ta’ min jipposponi l-infurzar tar-rekwiżiti li jinħolqu qabel it-38 sessjoni tal-Assemblea tal-ICAO u marbutin mat-titjiriet lejn u minn ajruporti f’pajjiżi li jinsabu barra l-Unjoni Ewropea li mhumiex membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA), dipendenzi u territorji tal-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jew pajjiżi li ffirmaw Trattat ta’ Adeżjoni mal-Unjoni. Għalhekk m’għandhiex tittieħed azzjoni kontra l-operaturi tal-inġenji tal-ajru f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti li jirriżultaw mid-[Direttiva 2003/87] għar-rappurtar tal-emissjonijiet ivverifikati għas-snin kalendarji 2010, 2011 u 2012 u għar-restituzzjoni korrispondenti tal-kwoti għall-2012 dwar ir-rappurtar tal-emissjonijiet verifikati u għar-restituzzjoni korrispondenti ta’ kwoti għall-2012 minn titjiriet lejn u minn tali ajruporti. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jkunu jixtiequ jkomplu jikkonformaw ma’ dawk ir-rekwiżiti għandhom ikunu jistgħu jagħmlu dan.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="4"?><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Id-deroga prevista minn din id-Deċiżjoni m’għandhiex taffettwa l-integrità ambjentali u l-għan ġenerali tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-bidla fil-klima, u lanqas m’għandha tirriżulta f’distorzjonijiet tal-kompetizzjoni. Għalhekk, u sabiex jitħares l-għan ġenerali tad-Direttiva 2003/87/KE, li tifforma parti mill-qafas legali biex l-Unjoni tonora l-impenn indipendenti tagħha li sal-2020 tnaqqas l-emissjonijiet tagħha sa 20 % taħt il-livelli tal-1990, dik id-Direttiva għandha tibqa’ tapplika għal titjiriet li jitilqu minn ajruporti jew li jaslu f’ajruporti fit-territorju ta’ Stat Membru, lejn jew minn ajruporti f’ċerti żoni jew pajjiżi barra l-Unjoni li huma konnessi mill-qrib jew assoċjati.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-deċiżjoni jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>B’deroga mill-Artikolu 16 tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri m’għandhom jieħdu l-ebda azzjoni kontra l-operaturi tal-inġenji tal-ajru f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti mogħtija fl-Artikolu 12(2a) u fl-Artikolu 14(3) ta’ dik id-Direttiva għas-snin kalendarji 2010, 2011 u 2012 għal attivitajiet lejn u minn ajruporti f’pajjiżi li ma jiffurmawx parti mill-Unjoni u li mhumiex membri tal-EFTA, li mhumiex dipendenzi u territorji tal-Istati fiż-ŻEE jew li mhumiex pajjiżi li ffirmaw Trattat ta’ Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea, f’każ li t-tali operaturi tal-inġenji tal-ajru ma jkunu ngħataw l-ebda kwota b’xejn għat-tali attivitajiet fl-2012 jew, f’każ li t-tali operaturi, jekk ikunu ngħataw it-tali kwoti, ikunu rritornaw, sat-tletin jum wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, lill-Istati Membri għal kanċellazzjoni, numru ta’ kwoti tal-avjazzjoni 2012 li jikkorrispondu għas-sehem ta’ tunnellati-kilometru verifikati ta’ tali attività fis-sena ta’ referenza 2010.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 6 tad-deċiżjoni msemmija, din tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-<DATE ISO="20130425">25 ta’ April 2013</DATE>, u tibda tapplika mill-<DATE ISO="20130424">24 ta’ April 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tar-Renju Unit</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz tal-Greenhouse Gas Emissions Trading Scheme (Amendment) Regulations 2013 (att tal-2013 li jemenda r-regolamenti ta’ applikazzjoni tal-iskema ta’ skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra) il-Ministru tal-Enerġija u tal-Bidla fil-Klima emenda l-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-iskema ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra sabiex jimplementa d-Deċiżjoni Nru 377/2013.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Swiss International hija kumpannija tal-ajru stabbilita fl-Isvizzera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Għas-sena 2012, din il-kumpannija akkwistat ċertu numru ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mingħajr ħlas u bi ħlas. Din irrestitwixxiet il-kwoti korrispondenti għall-emissjonijiet marbutin mat-titjiriet magħmula bejn l-Istati Membri taż-ŻEE u l-Isvizzera li hija għamlet matul din is-sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Quddiem il-High Court of Justice (England &amp; Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) [qorti tal-ġustizzja għolja (l-Ingilterra u Wales), taqsima tal-Queen’s Bench (qorti amministrattiva), ir-Renju Unit], Swiss International ippreżentat rikors intiż, minn naħa, għall-annullament tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, minħabba li l-esklużjoni tat-titjiriet lejn u mill-Isvizzera mid-deroga għar-regoli tad-Direttiva 2003/87 stabbilita minn din il-leġiżlazzjoni, li timplementa d-Deċiżjoni Nru 377/2013, tikser il-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, Swiss International talbet l-annullament tar-restituzzjoni tal-kwoti li hija għamlet għat-titjiriet operati matul l-2012 bejn l-Istati Membri taż-ŻEE u l-Isvizzera. Sussidjarjament, hija talbet kumpens finanzjarju għall-valur tal-kwoti restitwiti li hija kienet akkwistat b’titolu oneruż jew kull forma oħra ta’ kumpens xieraq.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Peress li dan ir-rikors ġie miċħud, Swiss International appellat quddiem il-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) [qorti tal-appell (l-Ingilterra u Wales) (sezzjoni ċivili), ir-Renju Unit]. Quddiem din il-qorti, il-partijiet fil-kawża prinċipali adottaw pożizzjoni, b’mod partikolari, fuq it-talba għal annullament tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali. F’dan ir-rigward, Swiss International sostniet li d-Deċiżjoni Nru 377/2013 tmur kontra l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament peress li din teskludi t-titjiriet magħmula bejn l-Istati Membri taż-ŻEE u l-Isvizzera mid-deroga għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/87 stabbilita għat-titjiriet lejn jew minn kważi l-pajjiżi terzi l-oħra kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19760122">22 ta’ Jannar 1976</DATE>, <NAME.CASE>Balkan-Import-Export</NAME.CASE> (<NO.CASE>55/75</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1976:8">EU:C:1976:8</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19821028">28 ta’ Ottubru 1982</DATE> <NAME.CASE>Faust vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>52/81</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1982:369">EU:C:1982:369</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980310">10 ta’ Marzu 1998</DATE> <NAME.CASE>Il-Ġermanja vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-122/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:94">EU:C:1998:94</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament ma japplikax fil-każijiet kollha meta l-Unjoni twettaq differenza fit-trattament bejn pajjiżi terzi fir-relazzjonijiet esterni tagħha, din il-ġurisprudenza tikkostitwixxi eċċezzjoni limitata għall-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament li tikkonċerna biss is-sitwazzjonijiet li fihom l-Unjoni tkun eżerċitat il-kompetenzi tagħha fil-qasam ta’ azzjoni esterna, b’mod partikolari, bil-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali li jiġġustifika differenza fit-trattament bejn pajjiżi terzi. Issa, fir-rigward tat-trattament differenti tat-titjiriet lejn jew mill-Isvizzera inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jeżistix tali ftehim internazzjonali jew att ieħor tal-Unjoni fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Din id-differenza fit-trattament lanqas ma hija ġġustifikata għal raġunijiet oħra. B’mod partikolari, din ma tistax tkun iġġustifikata mill-viċinanza ġeografika tal-Isvizzera mal-Unjoni. Fil-fatt, peress li d-deroga prevista mid-Deċiżjoni Nru 377/2013 tkopri biss it-titjiriet operati matul l-2012 qabel l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, l-applikazzjoni tagħha anki għat-titjiriet lejn u mill-Isvizzera ma tistax toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. Fir-rigward tal-għan ta’ din id-deċiżjoni intiża biex ma jiddgħajjifx l-impenn unilaterali tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2020, Swiss International enfasizzat li l-Konfederazzjoni Svizzera ma hijiex parti għal dan l-impenn unilaterali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Ministru tal-Enerġija u tal-Bidla fil-Klima kif ukoll l-Aġenzija tal-Ambjent ikkontestaw din l-argumentazzjoni. Dawn sostnew li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament ma japplikax għad-differenza fit-trattament li d-Deċiżjoni Nru 377/2013 tagħmel bejn pajjiżi terzi sabiex tiffavorixxi n-negozjati internazzjonali fuq livell tal-ICAO. Barra minn hekk, anki kieku kien japplika l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma qabiżx il-limiti tal-marġni ta’ diskrezzjoni tiegħu meta naqas milli jestendi d-deroga temporanja stabbilita minn din id-deċiżjoni għall-pajjiżi terzi marbuta jew assoċjati mill-qrib mal-Unjoni, bħall-Konfederazzjoni Svizzera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) [qorti tal-appell (l-Ingilterra u Wales) (sezzjoni ċivili)] iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1)</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni Nru 377/2013 […] tikser il-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament, stabbilit fid-dritt tal-Unjoni, sa fejn tistabilixxi moratorju fuq ir-rekwiżiti ta’ sabiex jiġu ċeduti l-kwoti ta’ emissjonijiet imposti mid-[Direttiva 2003/87], fir-rigward ta’ titjiriet bejn [iż-ŻEE] u kważi l-Istati kollha mhux fiż-ŻEE, iżda ma testendix dan il-moratorju għal titjiriet bejn l-Istati taż-ŻEE u l-Isvizzera?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, liema rimedju għandu jingħata lil applikant fil-pożizzjoni ta’ Swiss International Airlines AG, li jkun ċeda l-kwoti ta’ emissjonijiet fir-rigward ta’ titjiriet li jkunu seħħew matul l-2012 bejn l-Istati taż-ŻEE u l-Isvizzera, sabiex tqiegħed lil dan l-applikant fil-pożizzjoni li kien ikun fiha, kieku ma kienx hemm l-esklużjoni mill-moratorju ta’ titjiriet bejn l-Istati taż-ŻEE u l-Isvizzera? B’mod partikolari:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Ir-reġistru għandu jiġi rrettifikat sabiex jirrifletti numru iżgħar ta’ kwoti li tali applikant kien ikollu jċedi kieku t-titjiriet lejn jew mill-Isvizzera kienu ġew inklużi fil-moratorju?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta pożittiva għad-domanda preċedenti, liema azzjoni (jekk ikun il-każ) għandha tittieħed mill-awtorità nazzjonali kompetenti u/jew mil-qorti nazzjonali sabiex il-kwoti addizzjonali ċeduti jiġu rritornati lil dan l-applikant?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Dan l-applikant għandu d-dritt li jitlob danni skont l-Artikolu 340 TFUE fil-konfront tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal kwalunkwe dannu li seta’ sofra minħabba li jkun ċeda l-kwoti addizzjonali b’riżultat tad-Deċiżjoni Nru 377/2013?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>L-applikant għandu jingħata xi forma oħra ta’ kumpens, u jekk ikun il-każ, x’kumpens?<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja biex teżamina l-validità tad-Deċiżjoni Nru 377/2013 fir-rigward tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, sa fejn id-deroga temporanja li jipprevedi l-Artikolu 1 tagħha għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 12(2a) u mill-Artikolu 16 tad-Direttiva 2003/87, f’dak li jikkonċerna r-restituzzjoni tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għat-titjiriet operati matul l-2012 bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-parti l-kbira tal-pajjiżi terzi, ma tapplikax, b’mod partikolari, għat-titjiriet minn jew lejn ajruporti li jinsabu fl-Isvizzera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Nru 377/2013 jistabbilixxi distinzjoni bejn diversi titjiriet lejn jew minn pajjiżi terzi, distinzjoni li hija bbażata esklużivament fuq il-pajjiż ta’ destinazzjoni jew ta’ provenjenza ta’ dawn it-titjiriet li jinsabu barra mill-Unjoni. Tali distinzjoni timplika, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 36 tal-konklużjonijiet tiegħu, differenza fit-trattament bejn pajjiżi terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tintalab interpretazzjoni dwar il-validità tad-Deċiżjoni Nru 377/2013 fir-rigward tal-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament, illum stabbilit fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tqum il-kwistjoni jekk differenza fit-trattament bejn pajjiżi terzi tidħolx taħt dan il-prinċipju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-politiki interni tal-Unjoni fl-aspetti esterni tagħhom jidhru fost il-kompetenzi tagħha fil-qasam ta’ relazzjonijiet esterni (ara b’analoġija, fir-rigward ta’ att adottat fil-qasam tas-suq intern u tal-Politika Agrikola Komuni, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19760122">22 ta’ Jannar 1976</DATE>, <NAME.CASE>Balkan-Import-Export</NAME.CASE>, <NO.CASE>55/75</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1976:8">EU:C:1976:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni Nru 377/2013 tifforma parti mill-miżuri adottati fil-kuntest tal-kompetenzi tal-Unjoni fil-qasam ta’ relazzjonijiet esterni. Fil-fatt, din id-deċiżjoni hija intiża, hekk kif jirriżulta mill-premessi 5 u 6 tagħha, biex tiffaċilita l-adozzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali fi ħdan l-ICAO dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri bbażati fuq is-suq tal-emissjonijiet prodotti mill-avjazzjoni internazzjonali u ġiet adottata abbażi tal-kompetenza esterna fil-qasam tal-ambjent li tirriżulta mill-Artikolu 192(1) TFUE, moqri flimkien mat-tielet inċiż tal-Artikolu 191(1) ta’ dan it-Trattat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Issa, it-tmexxija tar-relazzjonijiet esterni tiġi eżerċitata permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ miżuri li ma humiex limitati għal miżuri adottati fir-rigward tal-pajjiżi terzi kollha, u tista’ għalhekk tikkonċerna wkoll lil pajjiż terz wieħed jew iktar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-istituzzjonijiet u l-organi tal-Unjoni għandhom, fit-tmexxija tar-relazzjonijiet esterni, grad għoli ta’ libertà ta’ deċiżjoni politika. Fil-fatt, hekk kif enfasizzaw ir-Renju Unit, il-Parlament u l-Kunsill fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, it-tmexxija tar-relazzjonijiet esterni timplika neċessarjament għażliet ta’ natura politika. B’hekk, l-Unjoni għandha tkun f’pożizzjoni li tagħmel l-għażliet politiċi tagħha u li topera, skont l-għanijiet imfittxija minnha, distinzjoni bejn il-pajjiżi terzi,<?PAGE NO="7"?> mingħajr ma tkun marbuta li tagħti trattament ugwali lil dawn il-pajjiżi kollha. L-eżerċizzju tal-prerogattivi ta’ politika esterna mill-istituzzjonijiet u mill-organi tal-Unjoni jista’, b’hekk, ikollu bħala konsegwenza li pajjiż terz jiġi ttrattat b’mod differenti meta mqabbel ma’ pajjiżi terzi oħrajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li d-dritt tal-Unjoni ma jistabbilixxi ebda obbligu espress tal-Unjoni li jikkonsisti f’li jiġi rriżervat trattament ugwali lill-pajjiżi terzi kollha. Hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 65 tal-konklużjonijiet tiegħu, id-dritt internazzjonali pubbliku ma jinkludix fih prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn pajjiżi terzi. Għaldaqstant, peress li applikazzjoni tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament għall-pajjiżi terzi tkun tirrestrinġi unilateralment il-possibbiltajiet ta’ azzjoni tal-Unjoni fuq il-pjan internazzjonali, ma jistax jitqies li l-Unjoni setgħet irrikonoxxiet tali ħtieġa li tistabbilixxi l-ugwaljanza fit-trattament tal-pajjiżi terzi b’mod espress fit-Trattati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>B’hekk, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fit-Trattat FUE ma jeżistix prinċipju ġenerali li jobbliga lill-Unjoni, fir-relazzjonijiet esterni tagħha, li tagħti f’kull rigward trattament ugwali lill-pajjiżi terzi differenti u f’kull każ l-operaturi ekonomiċi ma humiex fondati li jinvokaw tali prinċipju (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19760122">22 ta’ Jannar 1976</DATE>, <NAME.CASE>Balkan-Import-Export</NAME.CASE>, <NO.CASE>55/75</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1976:8">EU:C:1976:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19821028">28 ta’ Ottubru 1982</DATE>, <NAME.CASE>Faust vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>52/81</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1982:369">EU:C:1982:369</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980310">10 ta’ Marzu 1998</DATE>, <NAME.CASE>Il-Ġermanja vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-122/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:94">EU:C:1998:94</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980310">10 ta’ Marzu 1998</DATE>, <NAME.CASE>T. Port</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-364/95 u C-365/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:95">EU:C:1998:95</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Issa, Swiss International issostni li din il-ġurisprudenza tistabbilixxi biss eċċezzjoni limitata għall-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. Din l-eċċezzjoni tapplika biss fis-sitwazzjonijiet li fihom l-Unjoni tkun eżerċitat il-kompetenzi tagħha fil-qasam tal-azzjoni esterna, b’mod partikolari bil-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali li jiġġustifika differenza fit-trattament bejn pajjiżi terzi. Madankollu, fir-rigward tad-Deċiżjoni Nru 377/2013 adottata sabiex tiġi promossa l-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali fi ħdan l-ICAO, tali azzjoni esterna hija nieqsa, b’mod li d-differenza fit-trattament li tirriżulta minn din id-deċiżjoni għandha tkun iġġustifikata oġġettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, kuntrarjament għal dak li ssostni Swiss International, il-ġurisprudenza msemmija ma tistax tinftiehem fis-sens li tissuġġetta, bħala prinċipju, lir-relazzjonijiet tal-Unjoni ma’ pajjiżi terzi għall-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 25 ta’ din is-sentenza hija intiża biex tiddispensa lill-istituzzjonijiet u lill-organi tal-Unjoni mill-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-pajjiżi terzi, sabiex tiġi ppreżervata l-kapaċità ta’ azzjoni politika tagħhom fuq livell internazzjonali. B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat, b’mod ġenerali, li differenza fit-trattament bejn pajjiżi terzi ma tmurx kontra d-dritt tal-Unjoni, filwaqt li enfasizzat l-assenza ta’ kull obbligu li l-pajjiżi terzi jiġu ttrattati ugwalment (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19821028">28 ta’ Ottubru 1982</DATE>, <NAME.CASE>Faust vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>52/81</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1982:369">EU:C:1982:369</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980310">10 ta’ Marzu 1998</DATE>, <NAME.CASE>Il-Ġermanja vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-122/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:94">EU:C:1998:94</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980310">10 ta’ Marzu 1998</DATE>, <NAME.CASE>T. Port</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-364/95 u C-365/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:95">EU:C:1998:95</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>L-inapplikabbiltà tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament għar-relazzjonijiet tal-Unjoni ma’ pajjiżi terzi hija kkonfermata mill-mod li bih il-Qorti tal-Ġustizzja implementat il-prinċipju ġurisprudenzjali mfakkar fil-punt 26 ta’ din is-sentenza. B’hekk, fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19821028">28 ta’ Ottubru 1982</DATE>, <NAME.CASE>Faust vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>52/81</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1982:369">EU:C:1982:369</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja llimitat ruħha biex tikkonstata li t-trattament iddifferenzjat ta’ ċerti importazzjonijiet kien jirriżulta minn differenza fit-trattament bejn pajjiżi terzi, biex tikkonkludi li din id-differenza fit-trattament ma kinitx tikser il-liġi tal-Unjoni. Bl-istess mod, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li trattament iddifferenzjat tal-operaturi li jikkummerċjalizzaw prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi, li kien il-konsegwenza awtomatika ta’ differenza fit-trattament bejn pajjiżi terzi, ma kienx jikser il-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza<?PAGE NO="8"?> fit-trattament (ara s-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980310">10 ta’ Marzu 1998</DATE>, <NAME.CASE>Il-Ġermanja vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-122/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:94">EU:C:1998:94</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980310">10 ta’ Marzu 1998</DATE>, <NAME.CASE>T. Port</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-364/95 u C-365/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:95">EU:C:1998:95</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja wettqet, fil-punt 15 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19760122">22 ta’ Jannar 1976</DATE>, <NAME.CASE>Balkan-Import-Export</NAME.CASE> (<NO.CASE>55/75</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1976:8">EU:C:1976:8</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), eżami tal-paragunabbiltà tal-ġobon Bulgaru u Svizzeru, għandu jitqies, hekk kif irrileva l-Parlament fl-osservazzjonijiet tiegħu ippreżentati quddiem l-Qorti tal-Ġustizzja, li dan l-eżami kellu natura superfluwa u b’hekk ma jistax ipoġġi indiskussjoni l-konstatazzjoni li tinsab fil-punt 14 ta’ din is-sentenza li tgħid li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament ma japplikax għar-relazzjonijiet tal-Unjoni ma’ pajjiżi terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, kuntrarjament għal dak li ssostni Swiss International, il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 26 ta’ din is-sentenza ma stabbilixxietx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>eċċezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> għall-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament li kellha tiġi interpretata b’mod strett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din il-ġurisprudenza ma tillimitax ruħha għal sitwazzjonijiet li jippresupponu l-eżerċizzju preċedenti tal-kompetenzi esterni tal-Unjoni permezz ta’ azzjoni esterna, bħal ftehim internazzjonali, iżda tikkonċerna differenza fit-trattament bejn pajjiżi terzi, differenza li testendi wkoll għal miżuri unilaterali tal-Unjoni intiżi biex jippromwovu l-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali, bħad-Deċiżjoni Nru 377/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, kuntrarjament għal dak li ssostni Swiss International, il-Qorti tal-Ġustizzja applikat ukoll il-ġurisprudenza msemmija f’każijiet fejn id-differenza fit-trattament bejn pajjiżi terzi ma kinitx tirriżulta mill-eżerċizzju preċedenti tal-kompetenzi esterni tal-Unjoni, b’mod partikolari bil-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali tal-Unjoni. B’hekk, fil-kawża li wasslet għas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19821028">28 ta’ Ottubru 1982</DATE>, <NAME.CASE>Faust vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>52/81</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1982:369">EU:C:1982:369</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), id-differenza fit-trattament bejn pajjiżi terzi inkwistjoni kienet tirriżulta mhux minn ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni, iżda minn leġiżlazzjoni tagħha li kienet tissospendi unilateralment il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni ta’ ċerti prodotti provenjenti mill-pajjiżi terzi kollha, bl-eċċezzjoni tal-pajjiżi terzi li setgħu jiżguraw li l-esportazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti lejn l-Unjoni ma jaqbżux ċertu kwantitajiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Isegwi li d-differenza fit-trattament bejn pajjiżi terzi fil-kuntest tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni stabbilita fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Nru 377/2013 ma tidħolx taħt il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma huwiex neċessarju, sabiex tingħata risposta għall-ewwel domanda, li jiġi eżaminat jekk tal-differenza fit-trattament tistax tkun oġġettivament iġġustifikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha msemmija iktar ’il fuq, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-eżami fir-rigward tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tad-Deċiżjoni Nru 377/2013 ma żvela ebda element li jista’ jaffettwa l-validità ta’ din id-deċiżjoni, sa fejn id-deroga temporanja li jipprevedi l-Artikolu 1 tagħha għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 12(2a) u mill-Artikolu 16 tad-Direttiva 2003/87, f’dak li jikkonċerna r-restituzzjoni tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għat-titjiriet operati matul l-2012 bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-parti l-kbira tal-pajjiżi terzi, ma tapplikax, b’mod partikolari, għat-titjiriet minn jew lejn ajruporti li jinsabu fl-Isvizzera.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta li ngħatat għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tiġi eżaminata t-tieni domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-eżami fir-rigward tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tad-Deċiżjoni Nru 377/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20130424">24 ta’ April 2013</DATE>, għal deroga temporanja mid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20031013">13 ta’ Ottubru 2003</DATE>, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, ma żvela ebda element li jista’ jaffettwa l-validità ta’ din id-deċiżjoni, sa fejn id-deroga temporanja li jipprevedi l-Artikolu 1 tagħha għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 12(2a) u mill-Artikolu 16 tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20031013">13 ta’ Ottubru 2003</DATE>, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, kif emendata bid-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20081119">19 ta’ Novembru 2008</DATE>, f’dak li jikkonċerna r-restituzzjoni tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għat-titjiriet operati matul l-2012 bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-parti l-kbira tal-pajjiżi terzi, ma tapplikax, b’mod partikolari, għat-titjiriet minn jew lejn ajruporti li jinsabu fl-Isvizzera.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>