European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3447

19.6.2025

Noti ta’ spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(C/2025/3447)

Skont l-Artikolu 9(1), il-punt (a), tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:

Fil-paġna 88, wara t-titlu “ 1902 Għaġin, kemm jekk imsajjar jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħrajn) u kemm jekk le jew ippreparat mod ieħor, bħal pereżempju spagetti, imqarrun, noodles, lażanja, injokki, ravjul, kannelloni; kuskus, ippreparat jew le; ”, jiddaħħal it-test li ġej:

“1902 20 10 to 1902 20 99

Għaġin mimli, imsajjar jew le, jew ippreparat mod ieħor:

Dawn is-subintestaturi ma jkoprux prodotti tal-għaġina moħmija minn qabel jew moqlija minn qabel, bħal “Samosa” jew “Briwat” (ġeneralment, l-intestatura 1905 , jew il-Kapitolu 16 jekk fihom aktar minn 20 % skont il-piż ta’ zalzett, laħam, ġewwieni tal-laħam, demm, insetti, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn, jew kwalunkwe kombinament tagħhom).”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).

(2)   ĠU C 119, 29.3.2019, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3447/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)