<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑320/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010TJ0320</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:424">EU:T:2013:424</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>3</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>3</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20130913">13.9.2013</DATE> — KAWŻA T-320/10 [<HT TYPE="ITALIC">ESTRATTI</HT>]</P><P>FÜRSTLICH CASTELL’SCHES DOMÄNENAMT vs UASI – CASTEL FRÈRES (CASTEL)</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20130913">13 ta’ Settembru 2013</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Trade mark Komunitarja</KEYWORD><KEYWORD>Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità</KEYWORD><KEYWORD>Trade mark Komunitarja verbali CASTEL</KEYWORD><KEYWORD>Raġuni assoluta għal rifjut</KEYWORD><KEYWORD>Karattru deskrittiv</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Raġuni assoluta għal rifjut invokata quddiem il-Bord tal-Appell</KEYWORD><KEYWORD>Eżami ex officio tal-fatti</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑320/10,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Fürstlich Castell’sches Domänenamt Albrecht Fürst zu Castell-Castell</HT>, stabbilita f’Castell (il-Ġermanja), irrappreżentata minn R. Kunze, G. Würtenberger u T. Wittmann, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)</HT>, irrappreżentat minn P. Geroulakos u G. Schneider, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><P>il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali, hija</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Castel Frères SAS</HT>, stabbilita fi Blanquefort (Franza), irrappreżentata minn A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukat,</P></INTERVENERS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-<DATE ISO="20100504">4 ta’ Mejju 2010</DATE> (Każ R 962/2009-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Fürstlich Castell’sches Domänenamt Albrecht Fürst zu Castell-Castell et Castel Frères SAS,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn H. Kanninen, President, I. Labucka u S. Soldevila Fragoso (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: S. Spyropoulos, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat ir-rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20100802">2 ta’ Awwissu 2010</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat ir-risposta tal-UASI ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20101115">15 ta’ Novembru 2010</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat ir-risposta tal-intervenjenti ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20101110">10 ta’ Novembru 2010</DATE>,</VISA><?PAGE NO="2"?><VISA>wara l-emenda tal-kompożizzjoni tal-Awli tal-Qorti Ġenerali,</VISA><VISA>wara s-seduta tat-<DATE ISO="20121108">8 ta’ Novembru 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Qed jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat utli għall-pubblikazzjoni.</P></NOTE></P></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tordna lill-UASI jħallas l-ispejjeż tal-kawża.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-UASI u l-intervenjenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, l-intervenjenti kkomunikat li tirrinunzja għall-Annessi I. 9 u I. 10 tar-risposta tagħha, ippreżentati l-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tal-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 7(1)(d) u tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009</HT></P></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Mill-eżami tal-fajl amministrattiv jirriżulta li l-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament Nru 207/2009 ma tqajjimx quddiem il-Bord tal-Appell u li għaldaqstant ġie ppreżentat għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, kuntrarjament għal dak li tallega r-rikorrenti, din ir-raġuni assoluta għal rifjut ma kellhiex tiġi eżaminat <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-Bord tal-Appell fil-kuntest ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009, waqt l-eżami tar-raġunijiet assoluti għal rifjut, l-eżaminaturi tal-UASI u, fuq appell, il-Bordijiet tal-Appell tal-UASI għandhom jeżaminaw <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-fatti sabiex jiddeterminaw jekk it-trade mark li għaliha qed tintalab ir-reġistrazzjoni taqax jew le taħt waħda mir-raġunijiet għal rifjut ta’ reġistrazzjoni li jissemmew fl-Artikolu 7 tal-istess regolament. Minn<?PAGE NO="3"?> dan isegwi li l-korpi kompetenti tal-UASI jistgħu jitwasslu li jibbażaw id-deċiżjonijiet tagħhom fuq fatti rilevanti li ma jkunux tqajmu mill-applikant. L-UASI għandu l-obbligu li jeżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-fatti rilevanti li jistgħu jwassluh li japplika raġuni assoluta għal rifjut [sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20060622">22 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Storck vs UASI, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-25/05 P" PAGE.ECR="I-5719" YEAR="2006">C-25/05 P, Ġabra p. I-5719</REF.DOC.ECR>, punt50 ; sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE>, Develey vs UASI (Forma ta’ flixkun tal-plastik), <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-129/04" PAGE.ECR="II-811" YEAR="2006">T-129/04, Ġabra p. II-811</REF.DOC.ECR>, punt 16, u tat-<DATE ISO="20110412">12 ta’ April 2011</DATE>, Fuller &amp; Thaler Asset Management vs UASI (BEHAVIOURAL INDEXING u BEHAVIOURAL INDEX), T‑310/09 u T‑383/09, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 29].</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Madankollu, fil-kuntest ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, l-UASI ma jistax jiġi obbligat li jwettaq mill-ġdid l-eżami <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-fatti rilevanti, imwettaq mill-eżaminatur, li jistgħu jwassluh li japplika r-raġunijiet assoluti għal rifjut. Mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 52 u 55 tar-Regolament Nru 207/2009 jirriżulta li t-trade mark Komunitarja hija kkunsidrata bħala valida sakemm tiġi ddikjarata invalida mill-UASI wara l-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità. Għaldaqstant hija tibbenefika minn preżunzjoni ta’ validità, li tikkostitwixxi l-konsegwenza loġika tal-kontroll imwettaq mill-UASI fil-kuntest tal-eżami ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Din il-preżunzjoni ta’ validità tillimita l-obbligu tal-UASI, li jinsab fl-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009, li jeżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-fatti rilevanti li jistgħu jwassluh li japplika r-raġunijiet assoluti għal rifjut għall-eżami tal-applikazzjoni ta’ trade mark Komunitarja mwettaq mill-eżaminaturi tal-UASI u, fuq appell, mill-Bordijiet tal-Appell waqt il-proċedura ta’ reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark. Fil-kuntest ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, peress li huwa preżunt li t-trade mark Komunitarja rreġistrata hija valida, huma l-persuna li ppreżentaw it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità li għandhom jinvokaw quddiem l-UASI l-elementi konkreti li jikkontestaw il-validità tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal preċedentement, fil-kuntest tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, il-Bord tal-Appell ma kienx obbligat li jeżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-fatti rilevanti li setgħu jwassluh li japplika r-raġuni assoluta għal rifjut li tirriżulta mill-Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament Nru 207/2009.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għaldaqstant dan il-motiv għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-<DATE ISO="20100504">4 ta’ Mejju 2010</DATE> (Każ R 962/2009-2) hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Fürstlich Castell’sches Domänenamt Albrecht Fürst zu Castell-Castell.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Castel Frères SAS għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Kanninen</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Labucka</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Soldevila Fragoso</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20130913">13 ta’ Settembru 2013</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>