23.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/5


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10699 – SALMAR / NTS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 364/04)

1.   

Fit-12 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

SalMar ASA (“SalMar”, in-Norveġja), finalment ikkontrollata minn Kvarv AS,

—

NTS ASA (“NTS”, in-Norveġja).

SalMar se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ NTS kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fis-17 ta’ Marzu 2022.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

SalMar hija produttur tas-salamun b’operazzjonijiet ta’ marikultura u pproċessar fin-Norveġja, l-Iżlanda u l-Iskozja, filwaqt li l-kumpanija prinċipali tagħha Kvarv AS għandha aktar sussidjarji attivi fl-industrija tal-akwakultura,

—

NTS hija, permezz tas-sussidjarji tagħha SalmoNor AS, Norwegian Royal Salmon ASA u Frøy ASA, attiva fil-marikultura u l-ipproċessar tas-salamun fin-Norveġja u l-Iżlanda kif ukoll f’partijiet oħra tal-industrija tal-akkwakultura.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10699 – SalMar / NTS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).