|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/2080 |
8.3.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11439 — DWS / GALAXY / FLOW TRADERS / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/2080)
1.
Fit-28 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
DWS Group GmbH & Co. KGaA (“DWS”, il-Ġermanja), ikkontrollat minn Deutsche Bank AG (il-Ġermanja), |
|
— |
Galaxy Digital Labs LLC (“Galaxy”, l-Istati Uniti) ikkontrollata minn Galaxy Digital Holdings LP (il-Gżejjer Cayman), |
|
— |
Flow Traders Holding LLC (“Flow Traders”, l-Istati Uniti) ikkontrollata minn Flow Traders Ltd. (l-Istati Uniti). |
DWS, Galaxy u Flow Traders se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta “greenfield”.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
DWS hija kumpanija azzjonarja ta’ investiment li toffri portafoll ta’ investiment wiesa’ lill-klijenti istituzzjonali u mhux professjonali tagħha, inkluż fondi attivi u passivi kif ukoll alternattivi, |
|
— |
Galaxy hija attiva fl-industrija tal-assi diġitali u tal-blockchain u tipprovdi aċċess lill-istituzzjonijiet, lin-negozji ġodda, u lill-individwi kwalifikati għall-ekonomija tal-assi diġitali, |
|
— |
Flow Traders hija fornitur ta’ likwidità attiv globalment iffaċilitat mit-teknoloġija finanzjarja li toffri firxa wiesgħa ta’ prodotti finanzjarji f’diversi klassijiet ta’ assi. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża bi sħab se jkunu:|
— |
il-ħruġ ta’ stablecoin f’denominazzjoni ta’ euro. |
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11439 — DWS / GALAXY / FLOW TRADERS / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2080/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)