European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/546

29.2.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 307/2021

tad-29 ta’ Ottubru 2021

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/546]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/891 tat-2 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi l-miri tal-prestazzjoni riveduti mal-Unjoni kollha għan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tielet perjodu referenzjarju (2020-2024) u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/903 (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 67/2006 tat-2 ta’ Ġunju 2006, ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 ma japplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/891 tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/903 (2) li hija inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 66xi (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/903) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jinbidel b’dan li ġej:

“ 32021 D 0891: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/891 tat-2 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi l-miri tal-prestazzjoni riveduti għall-Unjoni kollha għan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tielet perjodu referenzjarju (2020-2024) u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/903 (ĠU L 195, 3.6.2021, p. 3).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/891 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Ottubru 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Rolf Einar FIFE


(1)   ĠU L 195, 3.6.2021, p. 3.

(2)   ĠU L 144, 3.6.2019, p. 49.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/546/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)