|
5.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 125/294 |
P9_TA(2022)0313
Żona tal-Konvenzjoni dwar is-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali: miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni applikabbli fiż-Żona tal-Konvenzjoni dwar is-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/2007 (COM(2021)0198 – C9-0153/2021 – 2021/0103(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2023/C 125/23)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0198), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0153/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2021 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat(i) responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta’ Ġunju 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0009/2022), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2021)0103
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta’ Settembru 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni applikabbli fiż-Żona tal-Konvenzjoni dwar is-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/2007
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2022/2056.)