|
6.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 385/28 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10857 – CINVEN / ZURICH SANDER VERMÖGENSVERWALTUNG)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 385/09)
1.
Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Viridium Holding AG (“Viridium”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Cinven Partnership LLP (“Cinven”, ir-Renju Unit), |
|
— |
Zurich Sander Vermögensverwaltungs AG (il-Ġermanja), li tappartjeni għall-grupp Zurich Insurance Group Ltd (l-Iżvizzera). |
Cinven se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Zurich Sander Vermögensverwaltungs AG kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Cinven hija negozju ta’ ekwità privata. Viridium hija fornitur ta’ prodotti tal-assikurazzjoni tal-ħajja, speċjalizzata fil-ġestjoni ta’ portafolli tal-assikurazzjoni tal-ħajja magħluqa fil-Ġermanja, |
|
— |
Zurich Sander Vermögensverwaltungs AG għandha portafoll magħluq ta’ poloz tal-assikurazzjoni tal-ħajja miżmuma kważi esklużivament mill-klijenti Ġermaniżi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10857 – CINVEN / ZURICH SANDER VERMÖGENSVERWALTUNG
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permez tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).