European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/1477

7.12.2023

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11319 — EPEI / CASINO)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2023/1477)

1.   

Fl-1 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

EP Equity Investment S.à r.l. (“EPEI”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn Daniel Křetínský,

—

Casino, Guichard-Perrachon S.A. (“Casino”, Franza), ikkontrollat minn Groupe Rallye finalment ikkontrollat minn Jean Charles Naouri.

EPEI se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Casino kollha kemm hu.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

EPEI hija kumpanija ta’ investiment attiva f’diversi oqsma ta’ negozju, bħall-ikel bl-ingrossa fil-format cash & carry, il-bejgħ bl-imnut ta’ oġġetti tal-konsum ta’ kuljum, l-akkwist u l-ġestjoni ta’ assi tal-midja, il-pubblikazzjoni ta’ rivisti, l-enerġija, l-infrastruttura, is-servizzi postali u tat-twassil, il-kummerċ elettroniku, il-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut tal-elettronika u prodotti oħra mhux tal-ikel, is-settur tal-logħob tal-video,

—

Casino huwa grupp ta’ ħwienet tas-suq tal-massa attiv fil-bejgħ bl-imnut ta’ segment ta’ oġġetti ta’ kuljum għall-konsum permezz ta’ hypermarkets, supermarkets, ħwienet ta’ skont u ħwienet ta’ konvenjenza fi Franza, il-Brażil u l-Kamerun. Casino jopera wkoll fi Franza bħala ħanut online u operatur tas-suq Cdiscount iffokat fuq l-elettronika u prodotti oħra mhux tal-ikel.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11319 — EPEI / CASINO

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1477/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)