Official Journal L 038 , 13/02/2003 P. 0028 - 0029
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 167/2002 tas-6 ta' Diċembru 2002 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta dan il-Ftehim, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness IX għall-ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru. 103/2002 tat-12 ta' Lulju 2002 [1]. (2) Id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' April 2001 dwar ir-riorganizzazzjoni u l-likwidazzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara punt 16b (Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ta' l-Anness IX għall-Ftehim: "16ċ. 32001 L 0024: Id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' April 2001 dwar ir-riorganizzazzjoni u l-likwidazzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 125, tal-5.5.2001, p. 15)." Artikolu 2 It-testi tad-Direttiva 2001/24/KE, fl-ilsna ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li se tiġi ppubblikata fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Diċembru 2002, b'kondizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussel, fis-6 ta' Diċembru 2002. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President Kjartan Jóhannsson [1] ĠU L 298, tal-31.10.2002, p. 19. [2] ĠU L 125, tal 5.5.2001, p. 15. [3] Indikati obbligi kostituzzjonali huma indikati. --------------------------------------------------