|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1084 |
13.5.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/1084
tat-12 ta’ Mejju 2026
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1143 dwar Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUMAM Mozambique)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-25 ta’ Frar 2026, fil-kuntest tar-Rieżami Strateġiku tal-EUMAM Mozambique, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà rrakkomanda li l-mandat tal-missjoni jiġi estiż b’sitt xhur sal-31 ta’ Diċembru 2026, u stieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex jippreżenta Valutazzjoni Strateġika f’Settembru 2026. |
|
(2) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1143 (1) tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1143 hija b’dan emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-Missjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2026 għandu jkun ta’ EUR 3 140 000. Il-perċentwal tal-ammont ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 51(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 għandu jkun ta’ 50 % għall-impenji u 0 % għall-ħlasijiet.” |
|
(2) |
fl-Artikolu 13, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-Missjoni għandha tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2026.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1084/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)